{"id":4821,"date":"2016-05-28T22:14:16","date_gmt":"2016-05-28T20:14:16","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=4821"},"modified":"2016-06-01T22:28:54","modified_gmt":"2016-06-01T20:28:54","slug":"kristu-jghix-gewwa-fija-prayer-cafe-27-ta-mejju-2016","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/kristu-jghix-gewwa-fija-prayer-cafe-27-ta-mejju-2016\/","title":{"rendered":"Kristu jg\u0127ix \u0121ewwa fija &#8211; Prayer Caf\u00e8 &#8211; 27 ta` Mejju 2016"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\"><strong>Solennit\u00e1 tal-\u0120isem u d-Demm Imqaddes ta\u2019 \u0120es\u00fa. Lq 9: 11b-17.\u00a0<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">F\u2019din is-silta d-dixxipli kienu \u0121ejja lura fer\u0127ana g\u0127ax kien irnexxielhom jag\u0127mlu il-mirakli. \u0120es\u00fa kien qieg\u0127ed jg\u0127idilhom biex imorru jistrie\u0127u ftit u marru lejn Betsajda; \u0127alli jinqatg\u0127u \u2018il bog\u0127od mi\u010b-\u010bentru tal-belt. Per\u00f3 n-nies xorta sabuhom; u \u0120es\u00fa kompla mag\u0127hom allavolja kienu g\u0127ajjiena.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dan il-post imwarrab g\u0127andu sens importanti g\u0127alina g\u0127aliex jissimbolizza l-periferiji tas-so\u010bjet\u00e1 tag\u0127na fejn hemm xorta wa\u0127da jg\u0127ixu \u0127afna nies li huma maqtug\u0127a jew imwarrba mis-so\u010bjet\u00e1.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Issa wie\u0127ed kien forsi jistenna li l-evan\u0121elju ta\u2019 dan il-\u0126add ikun tal-a\u0127\u0127ar \u010bena. Per\u00f3 huwa proprju dan il-qari mill-evan\u0121elju ta\u2019 San Luqa tar-rakkont tal-miraklu tat-tkattir tal-\u0127ob\u017c li l-Knisja tippre\u017centalna. Hawn \u0120es\u00fa qieg\u0127ed jitma\u2019 5,000 ra\u0121el minbarra n-nisa u t-tfal. Parti kbira mill-evan\u0121elju hija djalogu bejn \u0120es\u00fa u l-appostli. Niftakru li l-jum kien wasal biex jintemm u l-appostli talbu lil \u0120es\u00fa biex lin-nies jibg\u0127atuhom fl-irziezet u l-ir\u0127ula \u0127alli jistrie\u0127u u jieklu. I\u017cda \u0120es\u00fa qalilhom: \u201cAg\u0127tuhom intom x\u2019jieklu.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Huma qalulu li m\u2019g\u0127andhomx aktar minn \u0127ames \u0127ob\u017ciet u \u017cew\u0121 \u0127utiet. \u0120es\u00fa qal lid-dixxipli biex lin-nies ipo\u0121\u0121uhom gruppi jew komunitajiet ta\u2019 \u0127amsin \u0127amsin. Il-punt prin\u010bipali huwa li \u0120es\u00fa qal lid-dixxipli biex jag\u0127tuhom huma x\u2019jieklu. \u0120es\u00fa l-ewwel \u0127a il-ftit tad-dixxipli, \u0127ames \u0127ob\u017ciet u \u017cew\u0121 \u0127utiet; li huwa insinifikanti quddiem dik il-folla kollha. Imbag\u0127ad ti\u0121i t-tieni parti fejn sar il-miraklu minn \u0120es\u00fa. \u0120es\u00fa refa\u2019 g\u0127ajnejh lejn is-sema, bierek u qasam dan l-ikel. Per\u00f3 dan l-ikel tah lid-dixxipli \u0127alli jkunu huma li jag\u0127tuh lin-nies.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dan il-pro\u010bess huwa l-pro\u010bess ewkaristiku. Fil-bidu \u0120es\u00fa qag\u0127ad jg\u0127allimhom fuq is-saltna t\u2019Alla u fejjaq dawk li kienu je\u0127tie\u0121u l-fejqan, fejqan kemm materjali kif ukoll spiritwali. \u0120es\u00fa fejjaq lil min kien je\u0127tie\u0121lu l-fejqan. \u0120es\u00fa beda dan il-pro\u010bess billi jistaqsi: \u201cTemmen?\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Meta a\u0127na mmorru l-quddiesa u nir\u010bievu l-Ewkaristija, qeg\u0127din nemmnu f\u2019dak li qeg\u0127din nir\u010bievu?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Xi tfisser l-Ewkaristija g\u0127alina? Xi tfisser li tir\u010bievi l-\u0120es\u00fa \u0121ewwa fik? Bil-lingwa Ingli\u017ca tintu\u017ca l-espressjoni \u2018Holy Communion\u2019; li tfisser li \u0120es\u00fa jing\u0127aqad mieg\u0127i, jinterjorizza ru\u0127u fija. Dan il-privile\u0121\u0121, qabel kull\u0127add kien tal-Madonna li kellha fiha lil \u0120es\u00fa. Meta nir\u010bievi lil \u0120es\u00fa jiena nsir tabernaklu \u0127aj, jiena nsir \u0120es\u00fa ie\u0127or. San Pawl ukoll, g\u0127alkemm forsi mhux f\u2019kuntest ewkaristiku jg\u0127id fl-ittra lill-Galatin: \u201cMhux jien ng\u0127ix imma Kristu jg\u0127ix \u0121ewwa fija.\u201d Dak huwa d-dixxiplu, dik il-persuna li Kristu jg\u0127ix u jie\u0127u kontroll assolut tal-persuna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Jekk ner\u0121g\u0127u induru g\u0127ar-rakkont tal-a\u0127\u0127ar \u010bena nindunaw li fl-evan\u0121elju ta\u2019 San \u0120wann li forsi huwa l-aktar appostlu u persuna marbuta ma\u2019 din il-\u0121rajja, ma nsibux ir-rakkont tal-qsim tal-\u0127ob\u017c. San \u0120wann g\u0127andu sitt kapitli fejn jg\u0127id x\u2019\u0121ara fl-a\u0127\u0127ar \u010bena. Huwa jibda dan ir-rakkont tal-a\u0127\u0127ar \u010bena bil-\u0127asil tar-ri\u0121lejn. Dan il-van\u0121elu jinqara nhar \u0126amis ix-Xirka fejn lanqas ma naqraw is-silta tal-qsim tal-\u0127ob\u017c. Fil-kuntest Lhudi, il-\u0127asil tar-ri\u0121ejn fl-ikla kien isir mill-ilsir li jkun hemm fid-dar. \u017bgur li ma kienx isir minn sid id-dar, hekk kif g\u0127amel \u0120es\u00fa lill-appostli. San \u0120wann beda b\u2019din il-\u0121rajja billi jg\u0127id: \u201cQabel il-festa tal-G\u0127id billi kien jaf \u0120es\u00fa li waslet is-sieg\u0127a tieg\u0127u, biex jg\u0127addi minn din id-dinja g\u0127al g\u0127and il-Missier, hu li kien \u0127abb lil tieg\u0127u li kienu fid-dinja, \u0127abbhom g\u0127all-a\u0127\u0127ar.\u201d Dak il-\u0127in \u0120es\u00fa feta\u0127 qalbu g\u0127alihom b\u2019mod assolut. U dan huwa proprju il-preludju g\u0127as-sagrament tal-Ewkaristija. Is-sagrament tal-Ewkaristija rridu nifhmuh f\u2019dan il-kuntest tal-im\u0127abba, l-im\u0127abba ta\u2019 \u0120es\u00fa g\u0127al dawk ta\u2019 madwaru.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Din hija missjoni ta\u2019 servizz. Ma nistax ma nitqanqalx g\u0127as-servizz lejn il-Knisja u l-o\u0127rajn. \u0120es\u00fa qalilna li m\u2019hemmx im\u0127abba akbar minn dik li wie\u0127ed jag\u0127ti \u0127ajtu g\u0127al \u0127biebu. G\u0127alhekk meta ng\u0127idu li \u0120es\u00fa qieg\u0127ed \u0121ewwa fija , irridu nifhmu dan il-\u0121est ta\u2019 m\u0127abba li \u0120es\u00fa g\u0127amel g\u0127alina. \u0120es\u00fa qieg\u0127ed ikellimna u jfejjaqna bil-pre\u017cenza reali tieg\u0127u fina.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ejjew nitfg\u0127u l-impenn u l-fidu\u010bja kollha tag\u0127na f\u2019Alla u Alla jie\u0127u \u0127siebna. \u0120es\u00fa u\u017ca l-ftit li kellhom id-dixxipli u tema 5,000 ru\u0127 b\u2019dan il-ftit ikel.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">X\u2019inhi l-missjoni tag\u0127na? Meta San \u0120wann jibda dan il-punt ta\u010b-\u010benaklu sar-rakkont tal-passjoni, \u0120wanni jitlef ismu u jibda ji\u0121i msejja\u0127 \u2018id-dixxiplu l-ma\u0127bub\u2019. G\u0127aliex isir dan? G\u0127aliex id-dixxiplu l-ma\u0127bub huwa jiena u inti. Jekk irrid jiena nista\u2019 npo\u0121\u0121i ru\u0127i li jiena d-dixxiplu l-ma\u0127bub li kelli rasi ma\u2019 sider il-ma\u0127bub. Fit-traduzzjoni nsibu li d-dixxiplu l-ma\u0127bub kien fi \u0127dan \u0120es\u00fa. A\u0127na g\u0127alhekk inkunu fl-Ewkaristija \u0127a\u0121a wa\u0127da ma\u2019 \u0120es\u00fa. B\u0127alma l-omm fil-\u0121uf tag\u0127ha tmantni lit-tarbija tag\u0127ha, hekk \u0120es\u00fa jmantni lilna li nkunu fi \u0127danu. \u0120es\u00fa huwa fi \u0127dan il-Missier u a\u0127na fi \u0127dan \u0120es\u00fa.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ejjew nisimg\u0127u lil \u0120es\u00fa \u0127alli huwa jkellimna u jfejjaqna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Talba\/riflessjoni: Santa Tere\u017ca ta\u2019 Avila: \u201cKristu issa m\u2019g\u0127andux \u0121isem \u0127lief tieg\u0127ek, m\u2019g\u0127andux idejn u ri\u0121lejn fuq din l-art \u0127lief tieg\u0127ek, tieg\u0127ek huma l-g\u0127ajnejn li bihom \u0120es\u00fa juri il-\u0127arsa ta\u2019 \u0127niena tieg\u0127u lejn id-dinja; tieg\u0127ek ir-ri\u0121lejn li bihom iterraq jag\u0127mel il-\u0121id, tieg\u0127ek huma l-idejn li bihom \u0120es\u00fa ibierek lid-dinja kollha, tieg\u0127ek l-idejn, ir-ri\u0121lejn u l-g\u0127ajnejn; inti il-\u0121isem tieg\u0127u, Kristu issa m\u2019g\u0127andux \u0121isem \u0127lief tieg\u0127ek.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Solennit\u00e1 tal-\u0120isem u d-Demm Imqaddes ta\u2019 \u0120es\u00fa. Lq 9: 11b-17.\u00a0 F\u2019din is-silta d-dixxipli kienu \u0121ejja lura fer\u0127ana g\u0127ax kien irnexxielhom jag\u0127mlu il-mirakli. \u0120es\u00fa kien qieg\u0127ed jg\u0127idilhom biex imorru jistrie\u0127u ftit <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4824,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[159,59,141],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4821"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=4821"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4821\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":4822,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4821\/revisions\/4822"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4824"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=4821"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=4821"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=4821"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}