{"id":5223,"date":"2016-10-03T20:04:34","date_gmt":"2016-10-03T18:04:34","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/il-quddiesa-2\/"},"modified":"2016-10-03T20:11:04","modified_gmt":"2016-10-03T18:11:04","slug":"il-quddiesa","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/il-quddiesa\/","title":{"rendered":"Il-Quddiesa"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\"><strong>Il-Quddiesa<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-laqg\u0127a tal-lum ing\u0127atat \u0127arsa u spjega tal-Litur\u0121ija, b\u2019mod spe\u010bjali il-quddiesa u t-taqsim tag\u0127ha.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Bil-kelma litur\u0121ija nifhmu \u2018azzjoni\/\u0127idma kollettiva tal-\u0121isem mistiku ta\u2019 Kristu\u2019; li huwa wara kollox a\u0127na lkoll. G\u0127alhekk l-enfasi hija fuq il-mi\u0121emg\u0127a li hemm mi\u0121bura fil-knisja g\u0127al-litur\u0121ija. Bniedem wa\u0127du ma jag\u0127milx litur\u0121ija imma jrid ikun hemm \u0121emg\u0127a ta\u2019 fidili mi\u0121bura f\u2019isem \u0120esu. Hemmhekk tkun qed timmanifesta ru\u0127ha dik il-weg\u0127da li g\u0127amel Kristu meta qal: \u201cFejn hemm tnejn jew tlieta mi\u0121bura f\u2019ismi, hemm inkun jiena f\u2019nofshom.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-qofol tal-litur\u0121ija hija il-quddiesa. San Piju ta\u2019 Pietrelcina kien jg\u0127id illi kieku n-nies jifhmu xi tfisser il-quddiesa, \u017cgur li kienu jkunu jiffullaw wara l-bieb tal-knisja biex jie\u0127du sehem fil-quddiesa.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Knisja ssej\u0127ilna sabiex nhar ta\u2019 \u0126add a\u0127na nin\u0121abru l-knisja sabiex ni\u010b\u010belebraw il-litur\u0121ija. Ti\u0121i we\u0127idha l-mistoqsija: \u201cMin qieg\u0127ed imur, qieg\u0127ed imur b\u2019konvinzjoni jew inkella biex ma jag\u0127milx dnub?\u201d Il-quddiesa hija ikla, hija l-\u2018agape\u2019 li fiha kienu jaqsmu l-ikel bejniethom l-insara tal-bidu. Benedittu XVI kien jg\u0127id li: \u201cmeta a\u0127na nitilg\u0127u nir\u010bievu l-Ewkaristija, a\u0127na nsiru \u0127a\u0121a wa\u0127da.\u201d Fina lkoll ikun \u0121ie \u0120esu individwalment imma b\u2019mod s\u0127i\u0127.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>It-taqsim tal-Quddiesa:<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-bidu tal-quddiesa nsibu l-<strong>introduzzjoni<\/strong> li hija kant filwaqt li s-sa\u010berdot u l-pur\u010bissjoni mal-ministranti tasal fuq l-artal. Is-sa\u010berdot hawnhekk irodd is-salib. Il-mi\u0121emg\u0127a g\u0127andha biss tg\u0127id l-<strong>Ammen<\/strong> wara l-formola li jg\u0127id is-sa\u010berdot. Is-sa\u010berdot qieg\u0127ed jag\u0127ti l-barka fuq il-mi\u0121emg\u0127a u l-Ammen hija l-affirmazzjoni ta\u2019 dik il-barka.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Wara din il-parti isir l-<strong>att penitenzjali<\/strong> illi j\u0127ejjina sabiex bil-parte\u010bipazzjoni tag\u0127na nie\u0127du l-akbar frott spiritwali possibli mill-quddiesa. Il-formola li tintu\u017ca f\u2019dan il-\u0127in, tal-confiteor, tista\u2019 ti\u0121i varjata g\u0127aliex je\u017cisti ver\u017cjonijiet differenti li jistg\u0127u jintu\u017caw. Wara r-riforma tal-litur\u0121ija \u0121iet mi\u017cjuda l-fra\u017ci \u201cu billi \u0127allejt dmirijieti.\u201d B\u0127ala nisrani hawnhekk nirrikonoxxu n-nuqqasijiet tag\u0127na u npo\u0121\u0121uhom b\u0127ala midimbin quddiem Alla. Imbag\u0127ad is-sa\u010berdot jg\u0127id il-formola tal-assoluzzjoni.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Wara nsibu t-talba tal-bidu, il-<strong>kolletta<\/strong>. Din it-talba dejjem maqsuma f\u2019erba\u2019 partijiet. Dawn huma l-invokazzjoni, wara tissemma xi \u0127a\u0121a storika\u00a0 li \u0121rat fl-istorja tas-salvazzjoni, imbag\u0127ad parti fejn nitolbu g\u0127al xi \u0127a\u0121a partikolari(xerred fuqna perezempju) u fl-a\u0127\u0127ar il-konklu\u017cjoni trinitarja, id-Dossolo\u0121ija, fejn jid\u0127lu il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Il-kolletta tkun ti\u0121bor fiha l-\u0127sieb \u0121eneriku tal-qari li jkun ser jinstema\u2019.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Wara jkun imiss g\u0127all-parti tal-qari mill-<strong>Kelma t\u2019Alla<\/strong>. Tajjeb li ng\u0127idu li l-qari jag\u0127mlu l-lettur; g\u0127alhekk m\u2019g\u0127andniex in\u0127allu l-karti li jkun hemm disponibbli ttellifna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Wara l-qari jkun hemm <strong>l-ispjega fejn is-sa\u010berdot<\/strong> itina fil-prattika dak li fisser il-qari sabiex a\u0127na nkunu nistg\u0127u nag\u0127mluh tag\u0127na u nwettquh fil-\u0127ajja tag\u0127na.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Wara din il-parti jkun hemm il-parti tat-<strong>talbiet universali<\/strong> tal-komunita. Irridu nkunu aktar pratti\u010bi u na\u0127sbu fil-Knisja universali u fil-gruppi li jag\u0127mlu parti mill-parro\u010b\u010ba tag\u0127na. Hawnhekk tajjeb ukoll li jkun hemm mument ta\u2019 silenzju \u0127alli nkunu nistg\u0127u nag\u0127mlu tag\u0127na dan it-talb li jkun qieg\u0127ed jing\u0127ad.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-<strong>parti Ewkaristika<\/strong> hija l-aktar parti mportanti tal-fidi tag\u0127na. Din tibda permezz tal-prefazju, tal-istedina \u201cIl-Mulej mag\u0127kom.\u201d Imbag\u0127ad tibda <strong>t-talba Ewkaristika.<\/strong> Je\u017cistu tlettax-il talba ewkaristika li s-sa\u010berdot jista\u2019 jag\u0127\u017cel skont l-udjenza pre\u017centi jew xi \u017cmien jew avvenimenti partikulari.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Din il-parti ewkaristija tintemm bl-<strong>Ammen<\/strong>, filwaqt li <strong>wara tibda l-parti tal-komunjoni, tat-tqarbin<\/strong>. Din tibda bil-<strong>Missierna<\/strong> fejn dejjem g\u0127andna nu\u017caw il-formola, it-talba kif g\u0127allimielna \u0120esu u kif insibuha fl-Evan\u0121elju. Fil-laqg\u0127a ing\u0127ad li jekk titkanta, il-Missierna g\u0127andha ssir bil-formola u l-kliem e\u017catt li g\u0127amel Kristu stess u mhux xi ver\u017cjoni li tag\u0127mel sens mu\u017cikali jew poetiku biss.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Wara ting\u0127ata <strong>l-pa\u010bi<\/strong> lil xulxin li huwa sinjali li a\u0127na qed inwettqu dak li weg\u0127dna lil xulxin fil-Missierna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Wara jsir it-<strong>tqarbin<\/strong> fejn nir\u010bievu \u0121ewwa fina <strong>lil \u0120esu Ewkaristija<\/strong>.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Wara t-tqarbin, fl-a\u0127\u0127ar tal-quddiesa, is-sa\u010berdot iberikna bis-sinjal tas-salib u s-sa\u010bersot jg\u0127id: \u201c<strong>morru fil-pa\u010bi ta\u2019 Kristu<\/strong>.\u201d Dan il-pa\u010bi ta\u2019 Kristu g\u0127andna n\u0121orruh mag\u0127na fil-\u0127ajja tag\u0127na u ma\u2019 kull min niltaqg\u0127u mieg\u0127u billi nwasslu l-Kelma t\u2019Alla lil \u0127addie\u0127or.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-Quddiesa Fil-laqg\u0127a tal-lum ing\u0127atat \u0127arsa u spjega tal-Litur\u0121ija, b\u2019mod spe\u010bjali il-quddiesa u t-taqsim tag\u0127ha. Bil-kelma litur\u0121ija nifhmu \u2018azzjoni\/\u0127idma kollettiva tal-\u0121isem mistiku ta\u2019 Kristu\u2019; li huwa wara kollox a\u0127na lkoll. G\u0127alhekk <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":5221,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[59,171],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5223"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5223"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5223\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5224,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5223\/revisions\/5224"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/5221"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5223"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5223"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5223"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}