{"id":5264,"date":"2016-11-01T21:10:20","date_gmt":"2016-11-01T20:10:20","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=5264"},"modified":"2016-11-01T21:11:36","modified_gmt":"2016-11-01T20:11:36","slug":"fejn-tieqaf-il-ligi-hemm-tibda-l-imhabba-prayer-cafe-28-tottubru-2016","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/fejn-tieqaf-il-ligi-hemm-tibda-l-imhabba-prayer-cafe-28-tottubru-2016\/","title":{"rendered":"Fejn tieqaf il-li\u0121i, hemm tibda l-im\u0127abba &#8211; Prayer Caf\u00e8 &#8211; 28 t\u2019Ottubru 2016"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">\u00a0Il-laqg\u0127a tat-28 t&#8217;Ottubru 2016 tmexxiet minn Dr. Paul Pace li huwa lecturer fl-Universita ta\u2019 Malta kif ukoll membru tal-Kummissjoni Interdjo\u010besana dwar l-Ambjent tad-Djo\u010besi ta\u2019 Malta. Din il-kummissjoni kienet wa\u0127da mill-frott tal-a\u0127\u0127ar sinodu li sar; u l-iskopijiet tag\u0127ha huma li sservi b\u0127ala kuxjenza g\u0127all-Kurja nnifisha g\u0127ad-de\u010bi\u017cjonijiet li jikkon\u010bernaw l-ambjent, li titkellem u tkun vu\u010bi dwar xi kwistjonijiet li jaffetwaw l-ambjent ta\u2019 madwarna u t-tielet li teduka u tinforma n-nies dwar \u010bertu de\u010bi\u017cjonijiet u affarijiet li jkunu qed ise\u0127\u0127u. Il-fatt li hija interdjo\u010besana jfisser ukoll li tinkludi fiha l-g\u017cira ta\u2019 G\u0127awdex.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dr. Paul Pace introdu\u010ba l-En\u010biklika \u2018Laudato Si\u2019 li b\u0127ala fra\u017ci tfisser tkun imfa\u0127\u0127ar, fra\u017ci bit-Taljan antik me\u0127uda minn talba ta\u2019 San Fran\u0121isk. Dan l-isem huwa parti mill-poe\u017cija\/talba tal-Kantiku tal-\u0126olqien ta\u2019 San Fran\u0121isk. Fran\u0121isku kien bniedem qaddis li kien imsejja\u0127 minn Alla sabiex jirrestawra l-Knisja tieg\u0127u; u l-Papa jippre\u017centah b\u0127ala mudell. Kien g\u0127alhekk li Fran\u0121isku jag\u0127ti ka\u017c kemm tal-Knisja kif ukoll tan-nies li hemm \u0121ewwa fiha. Kien bniedem li \u0127adem \u0127afna g\u0127all-\u0121ustizzja so\u010bjali filwaqt li kien bniedem mimli bil-pa\u010bi interjuri u li g\u0127adu j\u0121ennen in-nies g\u0127al warajh sal-lum il-\u0121urnata.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dr. Pace kompla jispjega il-kun\u010bett ba\u017ciku tal-ekolo\u0121ija integrali li kien beda qablu l-Papa Benedittu XVI. \u017bvilupp sostenibbli huwa li meta l-i\u017cvilupp isir, jing\u0127ataw ukoll i\u010b-\u010bans li ji\u017cviluppaw dawk il-persuni li g\u0127ad ji\u0121u warajja. Dan jista\u2019 ji\u0121i kkunsidrat b\u0127ala li\u0121i. Issa \u0120esu Kristu \u0121ie biex jg\u0127allimna li fejn tieqaf il-li\u0121i, hemm tibda l-im\u0127abba. G\u0127alhekk l-i\u017cvilupp sostenibbli g\u0127all-Knisja irridu narawh mil-lat ta\u2019 relazzjonijiet. Dan id-dokument, l-en\u010biklika \u2018Laudato Si\u2019 titkellem dwar relazzjonijiet li huma marbuta ma\u2019 xulxin. L-ewwel wa\u0127da hija: \u201cJiena x\u2019iwassalni biex ma jimpurtanix minnek u ma nirrispettakx bl-a\u0121ir tieg\u0127i?\u201d It-tieni \u0127a\u0121a hija a\u0127na nfusna; kemm huwa mportanti li a\u0127na rigal minn Alla g\u0127alina nfusna kif ukoll g\u0127al dawk ta\u2019 madwarna. Il-Papa f\u2019din l-en\u010biklika aktar milli jitkellem dwar l-ambjent, jitkellem dwar il-\u0127olqien g\u0127aliex jindika li hemm relazzjoni bejn min \u0127alaq u l-\u0127olqien.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Papa jitkellem kif il-mentalit\u00e1 li l-flus huma kollox, twassalna biex nag\u0127mlu li rridu fl-ambjent. Il-Papa \u0120wanni Pawlu II kien qal li a\u0127na g\u0127andna kri\u017ci fil-valuri fejn a\u0127na po\u0121\u0121ejna l-flus qabel kollox. Dr. Pace \u0121ab l-e\u017cempju kif pere\u017cempju meta beda ji\u0121i diskuss it-tunnel g\u0127al G\u0127awdex, l-ewwel marru grupp ta\u2019 imprendituri Maltin biex jaraw jekk hix vijabbli; vijabbli b\u2019mod spe\u010bjali b\u2019mod ekonomiku. Il-\u0121id ekonomiku qieg\u0127ed ji\u0121i qabel kollox, qabel l-impatt fuq il-g\u017cejjer u fuq in-nies u l-mod kif jg\u0127ixu. Il-gwaj hu li kollox jibda ji\u0121i mg\u0127awwe\u0121 sabiex naslu g\u0127all-iskop a\u0127\u0127ari g\u0127all-profitt ekonomiku.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dr. Pace semma e\u017cempju ta\u2019 persuna Maltija li g\u0127aliha ma kinux ji\u0121u l-flus l-ewwel. Il-persuna li semma\u2019 kien Vincenzo Bugeja li wara li kien reba\u0127 \u0127afna flus barra minn Malta, meta \u0121ie lura Malta huwa nvestihom fejn kien hemm verament b\u017conn dak i\u017c-\u017cmien; investa f\u2019konservatorju li jg\u0127in nies bi problemi so\u010bjali u jag\u0127ti kenn g\u0127al tfajliet bi problemi.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-ambjent huwa mag\u0127mul minn diversi bi\u010b\u010biet li huma mag\u0127quda flimkien. Inti trid tara l-affarijiet kif inhuma ming\u0127ajr ma tilbes nu\u010b\u010balijiet; nu\u010b\u010balijiet tal-partit parti\u0121\u0121jan politiku tieg\u0127ek.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Papa fl-en\u010biklika tieg\u0127u semma kif il-Papa qieg\u0127ed jikkritika sistema li g\u0127andna ta\u2019 poter u teknolo\u0121ija. It-teknolo\u0121ija qieg\u0127da ti\u0121i u\u017cata biex inkabbru l-mi\u017cerja \u0127alli nkabbru l-profitti. Dr. Pace semma l-e\u017cempju kif f\u2019pajji\u017ci b\u0127all-Afrika, l-ilma qieg\u0127ed ji\u0121i u\u017cat b\u0127ala mezz g\u0127all-profitt.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Papa semma wkoll il-valur ta\u2019 kull \u0127lejqa fejn jikkritika r-rispett g\u0127all-\u0127ajja fil-forom kollha tag\u0127ha. Kull \u0127lejqa g\u0127andha r-rwol tag\u0127ha u parti min-natura. L-importanza tal-\u0127lejqiet ma g\u0127andhiex ti\u0121i abbinata ma\u2019 kemm tiswa jew kemm tirrendi flus.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Is-sens uman tal-ekolo\u0121ija integrali jpo\u0121\u0121i l-bniedem b\u0127ala parti essenzjali mill-\u0127olqien u l-\u0127olqien huwa komplut permezz tal-bniedem. L-univers u l-bniedem huwa kompluti permezz ta\u2019 xulxin.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dr. Pace semma diversi affarijiet b\u0127al-\u0127wejje\u0121 li nilbsu illi sabiex dawn isiru, in-nies isiru biss g\u0127odda ta\u2019 profitt u tinqered g\u0127al kollox id-dinjit\u00e1 tag\u0127hom.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Lejn l-a\u0127\u0127ar tal-laqg\u0127a Dr. Pace elenka t-taqsimiet differenti tal-En\u010biklika \u2018Laudato Si\u2019. L-Ewwel kapitlu jitkellem dwar x\u2019inhuma l-problemi. It-tieni kapitlu jitkellem dwar l-isfond\u00a0 bibbliku e\u017c. fis-sena tal-\u0120ublew il-bniedem kien jing\u0127ata \u010b-\u010bans li jin\u0127afrulu d-djun sabiex ikun jista\u2019 jer\u0121a\u2019 jibda jg\u0127ix b\u2019dinjit\u00e1. Il-\u0121id li g\u0127andna huwa mog\u0127ti lilna b\u2019xejn minn Alla l-Missier. Fit-tielet u r-raba\u2019 kapitlu l-Papa jibda jag\u0127ti s-soluzzjoni g\u0127all-problemi b\u0127an-nuqqas ta\u2019 valuri. Fil-\u0127ames kapitlu, il-Papa jattakka l-istrutturi politi\u010bi li ju\u017caw in-nies biex jisservew huma. Fl-a\u0127\u0127ar il-Papa jitkellem dwar edukazzjoni u konver\u017cjoni ekolo\u0121ika. Il-Papa jpo\u0121\u0121i l-prin\u010bipju tal-\u2018g\u0127o\u017c\u017ca tad-dar komuni\u2019; xi \u0127a\u0121a li tintegra flimkien l-opri tal-\u0127niena. Il-Papa jenfasizza kif il-konver\u017cjoni hija vja\u0121\u0121 u mhux destinazzjoni.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">B\u0127ala konklu\u017cjoni, Dr. Pace semma kemm il-prin\u010bipju huwa mportanti li ji\u0121i mi\u017cmum minn kull\u0127add. Semma e\u017cempju nteressanti ta\u2019 tfal li jaraw ir-ri\u010bikla\u0121\u0121 b\u0127ala tixbiha ta\u2019 Alla li jag\u0127ti ka\u017c u jag\u0127ti valur lil kull\u0127add.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">B\u0127ala g\u0127eluq g\u0127al-laqg\u0127a \u0121iet u\u017cata din is-song <strong>\u2018A Prayer for the Earth\u2019<\/strong> li hija parti mill-En\u010biklika \u2018Laudato Si\u2019 tal-Papa Fran\u0121isku.<\/p>\n<p><iframe loading=\"lazy\" width=\"980\" height=\"551\" src=\"https:\/\/www.youtube.com\/embed\/VJz0ZuxxMI0?feature=oembed\" frameborder=\"0\" allowfullscreen><\/iframe><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><a href=\"http:\/\/www.laikos.org\/LSi.htm\" target=\"_blank\"><strong><br \/>\nRi\u017corsa o\u0127ra hija t-traduzzjoni tal-En\u010biklika \u2018Laudato Si\u2019 bil-lingwa Maltija [http:\/\/www.laikos.org\/LSi.htm].<\/strong><\/a><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>\u00a0Il-laqg\u0127a tat-28 t&#8217;Ottubru 2016 tmexxiet minn Dr. Paul Pace li huwa lecturer fl-Universita ta\u2019 Malta kif ukoll membru tal-Kummissjoni Interdjo\u010besana dwar l-Ambjent tad-Djo\u010besi ta\u2019 Malta. Din il-kummissjoni kienet wa\u0127da mill-frott <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":1116,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[175,59],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5264"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5264"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5264\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5266,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5264\/revisions\/5266"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/1116"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5264"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5264"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5264"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}