{"id":5269,"date":"2016-11-07T09:17:36","date_gmt":"2016-11-07T08:17:36","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=5269"},"modified":"2016-11-07T09:30:31","modified_gmt":"2016-11-07T08:30:31","slug":"is-satanizmu-prayer-cafe-4-ta-novembru-2016","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/is-satanizmu-prayer-cafe-4-ta-novembru-2016\/","title":{"rendered":"IS-SATANI\u017bMU &#8211; Prayer Caf\u00e8 &#8211; 4 ta&#8217; Novembru 2016"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\"><strong>IS-SATANI\u017bMU &#8211; ta\u0127dita minn John Seguna<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Is-su\u0121\u0121ett tas-satani\u017cmu mhux su\u0121\u0121ett sabi\u0127, i\u017cda mportanti. \u0126a\u017cin li ntuh importanza \u017cejda, u \u0127a\u017cin jekk ma ntuhx l-ebda mportanza. Alla dejjem g\u0127andu jie\u0127u l-ewwel importanza. Alla huwa l-Kreatur. Ix-xitan qatt ma jista&#8217; jkun aqwa minn Alla.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-kelma Satana tfisser avversarju &#8211; qieg\u0127ed kontra Alla. B\u0127al wi\u010b\u010b tax-xitan fil-film &#8220;The Passion of the Christ&#8221;, Satana jurik \u0127afna direzzjonijiet &#8211; jista&#8217; jidher b\u0127ala mostru jew \u0127abib.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">G\u0127alkemm fuq is-salib qisu jidher li \u0120esu&#8217; qed jitlef u x-xitan qed jirba\u0127, fil-fatt dak il-\u0127in \u0120esu&#8217; kien qed jirba\u0127 l-umanita&#8217; kollha u x-xitan kien qed jitlifha.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ni\u0121u g\u0127al festa ta&#8217; Halloween. Din hi l-v\u0121ili ta&#8217; festa qaddiesa Kristjana &#8211; All Hallows Day &#8211; All Saints&#8217; Day. Issa &#8220;Hallowed Evening&#8221;, li tfisser &#8220;holy evening&#8221;, \u0121ejja mill-lingwa Sko\u010b\u010bi\u017ca. B\u0127ala Hallows Day ma fiha xejn \u0127a\u017cin. Imma tibqa festa qaddiesa meta ntuha dak li suppost intuha. Meta \u010berti nies u movimenti dawwru d-direzzjoni tag\u0127ha u saret \u010belebrazzjoni tal-mewt, allura issa qed tirrappre\u017centa festa \u0127a\u017cina. A\u0127na f&#8217;All Saints Day ni\u010b\u010belebraw il-\u0127ajja tag\u0127hom, mhux il-mewt. Saret festa ta&#8217; mewt, u fejn hemm il-mewt m&#8217;hemmx Alla i\u017cda x-xitan, li jinfiltra bil-mod il-mod biex jid\u0127ol u tibda tg\u0127addi tieg\u0127u. Infatti kien hemm e\u017cor\u010bista li qal li fi \u017cmien il-Halloween ji\u017cdidilhom \u0127afna xog\u0127ol. Minn festa Kristjana, il-Halloween saret elo\u0121ju lill-mewt.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Satana kien Kerubin &#8211; l-g\u0127ola grad ta&#8217; an\u0121lu, u l-iktar qrib t&#8217;Alla. Hemm min jg\u0127id li dan \u0127ada kontr&#8217;Alla g\u0127ax beda jg\u0127ir g\u0127all-qawwa li kellu Kristu, l-Iben t&#8217;Alla. Hemm imbag\u0127ad min jg\u0127id li meta Alla \u0127alaq il-bniedem xbiha Tieg\u0127u, din bdiet iddejjaq lid-demonju, u iktar u iktar meta \u0120esu&#8217; libes il-\u0121isem uman b\u0127alna. Satana tkabbar u \u0121ibed terz tal-an\u0121li mieg\u0127u.<\/p>\n<div style=\"width: 420px\" class=\"wp-caption alignright\"><img decoding=\"async\" loading=\"lazy\" class=\"\" src=\"https:\/\/upload.wikimedia.org\/wikipedia\/commons\/thumb\/f\/f3\/Cornelis_Cornelisz._van_Haarlem_-_The_Fall_of_Man_-_WGA05250.jpg\/800px-Cornelis_Cornelisz._van_Haarlem_-_The_Fall_of_Man_-_WGA05250.jpg\" width=\"410\" height=\"512\" \/><p class=\"wp-caption-text\">The Fall of Man &#8211; By Cornelis van Haarlem &#8211; Web Gallery of Art: \u00a0 Image\u00a0 Info about artwork, Public Domain, https:\/\/commons.wikimedia.org\/w\/index.php?curid=15494479<\/p><\/div>\n<p style=\"text-align: justify;\">G\u0127alfejn ix-xitan jattakka lil bniedem? id-demonju m&#8217;g\u0127andux qawwa li je\u0127odha kontr&#8217;Alla, allura jattakka l-i\u017cjed \u0127a\u0121a li g\u0127andu g\u0127al qalbu &#8211; il-bniedem, li g\u0127alih Alla ni\u017cel fid-dinja u ssallab biex isalvah. Ix-xitan jag\u0127mel minn kollox biex jo\u0127dilna din il-\u0127ajja.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">G\u0127aliex Alla ma jeqirdux lix-xitan? Alla ma jistg\u0127ax jg\u0127ati milli m&#8217;g\u0127andux. Alla m&#8217;g\u0127andux mibg\u0127eda. Alla j\u0127allina nag\u0127mlu g\u0127a\u017cla, u ma joqtolniex. Ix-xitan kapa\u010bi jidher ta\u0127t \u0127afna g\u0127amliet, u l-aqwa tarka kontrieh hu t-Talb, L-Iskrittura Mqaddsa, il-Qrar u t-Tqarbin.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kif irnexxielu x-xitan jid\u0127ak b&#8217;Adam u Eva? Qallhom &#8220;Issiru daqs Alla&#8221;. Ittradiehom bix-xejn, g\u0127ax huma ma kien jonqoshom xejn! Kienu jaraw lil Alla wi\u010b\u010b imb&#8217;wi\u010b\u010b. &#8220;Qalbu tkabbret bi \u0121mielu&#8221; &#8211; kontra ta&#8217; \u0120esu &#8220;ta&#8217; qalb \u0127elwa u umli&#8221;. Ippretenda li jsir daqs Alla. Satana waqa&#8217; min\u0127abba l-kburija tieg\u0127u. Ma riedx ikun servjent t&#8217;Alla.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hawnhekk saret riferenza g\u0127an-numerolo\u0121ija fil-Bibbja. Kif in-numru 777 ifisser perfezzjoni kompleta, hekk ukoll in-numru 666 jfisser imperfezzjoni kompleta &#8211; g\u0127alhekk jissejja\u0127 in-numru tax-xitan.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">X&#8217;inhi d-differenza bejn il-\u0127a\u017cen u l-\u0127a\u017cin? L-ikbar forma ta&#8217; \u0127a\u017cen hu d-dnub. Il-\u0127a\u017cin hu d-demonju. Kultant naqg\u0127u f&#8217;nasba u nwa\u0127\u0127lu fih, imma mhux dejjem il-ka\u017c. Hawn min jid\u0127ol fl-g\u0127alqa tieg\u0127u, b\u0127al min ju\u017ca l-ouija board. Darba dda\u0127\u0127lu fil-log\u0127ba, miskin int! Jag\u0127tik kull ma trid, imma je\u0127odlok ru\u0127ek. Jinqeda bik biex tkompli tkabbar il-\u0127a\u017cen. Il-quddiesa s-sewda, bir-riti annimaleski tag\u0127ha, tkasbar ix-xbiha t&#8217;Alla fil-persuna tal-bniedem, li hu ma\u0127luq b\u0127ala tempju t&#8217;Alla. Ix-xitan jipprova j\u017cebla\u0127na g\u0127ax a\u0127na ma\u0127luqin xbiha t&#8217;Alla.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0126afna drabi nkunu a\u0127na li nsej\u0127u lix-xitan, u la darba jid\u0127ol, ma tantx jinqala&#8217; malajr. Trid konver\u017cjoni s\u0127i\u0127a. Alla biss jista&#8217; jsalvak! Noqog\u0127du attenti li ma nkunux a\u0127na li nfittxu lil Satana. Dan kapa\u010bi biss jobg\u0127od lil Alla u lilna. It-tqarbin ta&#8217; spiss jiskansana mill-infern.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-possessjoni vera isse\u0127\u0127, imma mhux daqstant. Jekk ix-xitan jippossedi li xi \u0127add, dak il-bniedem ma jibqax sid ta&#8217; g\u0127emilu, u allura x-xitan \u0121a tellief, g\u0127ax g\u0127alkemm ipposseda, l-affarijiet li qed isiru mhux mill-bniedem, i\u017cda minnu. Hemm diversi sinjali ta&#8217; possessjoni, li l-e\u017cor\u010bista jkun konxju tag\u0127hom. L-arma tieg\u0127u hija t-talb.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Illum nitkellmu fuq New Age, White Magic, Black Magic. S\u0127a\u0127ar tajba ma je\u017cistux. Ma tistax titlob it-tajjeb minn sorsi \u0127\u017ciena. Kristu qatt ma u\u017ca l-ma\u0121ija, imma mirakli. Infatti, l-Lhud qatt ma akku\u017cawh b&#8217;ma\u0121ija. Mill-\u0127a\u017cin ma ji\u0121i xejn tajjeb. Il-quddiesa s-sewda hi l-ag\u0127ar e\u017cempju ta&#8217; dan.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Irridu noqg\u0127odu attenti g\u0127ax qed tid\u0127ol fin fin l-ideja li xejn mhu xejn, li kul\u0127add hekk jag\u0127mel, li llum hekk hi s-so\u010bjeta&#8217;. Sa\u0127ansitra x-xitan jipprova jikkonvin\u010bina li ma je\u017cistix!<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">SATANA HU D-DNUBIET KOLLHA!<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>IS-SATANI\u017bMU &#8211; ta\u0127dita minn John Seguna Is-su\u0121\u0121ett tas-satani\u017cmu mhux su\u0121\u0121ett sabi\u0127, i\u017cda mportanti. \u0126a\u017cin li ntuh importanza \u017cejda, u \u0127a\u017cin jekk ma ntuhx l-ebda mportanza. Alla dejjem g\u0127andu jie\u0127u l-ewwel <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":5276,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[177,59],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5269"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5269"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5269\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5274,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5269\/revisions\/5274"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/5276"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5269"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5269"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5269"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}