{"id":5286,"date":"2016-11-19T16:00:58","date_gmt":"2016-11-19T15:00:58","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=5286"},"modified":"2016-11-19T16:01:36","modified_gmt":"2016-11-19T15:01:36","slug":"aghtuhom-intom-xjieklu-prayer-cafe-11-ta-novembru-2016","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/aghtuhom-intom-xjieklu-prayer-cafe-11-ta-novembru-2016\/","title":{"rendered":"Ag\u0127tuhom intom x&#8217;jieklu &#8211; Prayer Caf\u00e8 &#8211; 11 ta\u2019 Novembru 2016"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\"><strong>Ta\u0127dita minn Fr. Joseph Bonnici<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><a href=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/sermon\/1715\/#description-tab\" target=\"_blank\">Il-laqg\u0127a bdiet bil-qari tal-van\u0121elu skond San Luqa, kapitlu 16, versi 1 &#8211; 13: l-amministratur di\u017conest<\/a>. F&#8217;diversi sitwazzjonijiet, \u0120esu&#8217; jitkellem b&#8217;mod li narawh stramb, jew \u0121ieli anke niskandalizzaw ru\u0127na. F&#8217;din il-\u0121rajja, \u0120esu&#8217; fa\u0127\u0127ar lill-amministratur di\u017conest, mhux g\u0127all-g\u0127emil \u0127a\u017cin tieg\u0127u, imma g\u0127al mod kif u\u017ca mo\u0127\u0127u u \u0127addem rasu biex meta ji\u0121i fil-b\u017conn isib min jg\u0127inu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120esu&#8217; ma jridnix nimxu b\u0127an-nag\u0127a\u0121 ta&#8217; Bendu. Kien i\u0127alli lil kul\u0127add isaqsih li jrid. La tana mo\u0127\u0127, Alla jridna n\u0127addmuh, kemm fl-affarijiet materjali, u wisq i\u017cjed f&#8217;dawk spiritwali. Kristu jrid nies li jsaqsu. G\u0127alhekk il-Knisja waqqfet l-istudju tat-Teolo\u0121ija, u t\u0127e\u0121\u0121e\u0121 l-istudju tal-Filosofija. L-insara jridu jifhmu x&#8217;inhuma jemmnu. Irridu na\u0127sbu u n\u0127addmu rasna biex aktar nifhmu u napprezzaw lil Kristu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Aspett importanti li \u017cviluppat il-Knisja hu dak so\u010bjali. Ma kenitx titkellem biss fuq il-morali, imma anke fuq il-\u0127ajja tag\u0127na b\u0127ala bnedmin. Kristu, meta \u0121ie fostna, ried isalva lill-bniedem s\u0127i\u0127. G\u0127alhekk \u0120esu&#8217; kien jag\u0127mel il-mirakli, biex jag\u0127ti mportanza lill-aspett uman, u hekk g\u0127amlet il-Knisja sa mill-bidu. Infatti l-ewwel \u0127idmiet so\u010bjali fid-dinja kienu inizzjattivi tag\u0127ha.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-espressjoni ta&#8217; \u0120esu&#8217; fit-tkattir tal-\u0127ob\u017c: &#8220;ag\u0127tuhom intom x&#8217;jieklu&#8221; hi mportanti \u0127afna g\u0127all-Knisja u g\u0127alina. Naqraw fl-Atti tal-Appostli kif il-Knisja ordnat id-djakni biex jg\u0127inu lill-foqra u lir-romol. Kienet il-Knisja li waqqfet l-ewwel sptarijiet u skejjel.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fi\u017c-\u017cmien meta d-dinja bdiet ti\u0121i ndustrijalizzata u bdiet l-ideja tas-so\u010bjali\u017cmu, il-Papa Ljun XIII \u0127are\u0121 l-en\u010biklika Rerum Novarum, li titkellem dwar l-aspett so\u010bjali tax-xog\u0127ol u d-drittijiet tal-\u0127addiema. Tant kienet importanti li diversi papiet baqg\u0127u ifakkruna fiha. Il-Papa \u0120wanni Pawlu II wkoll tkellem dwar il-valur tax-xog\u0127ol mag\u0127mul mill-bniedem. Fil-Kon\u010bilju Vatikan it-Tieni, id-dokument &#8220;Il-Knisja fid-Dinja Llum&#8221; jitkellem dwar l-aspett so\u010bjali u jag\u0127ti mportanza g\u0127al dak li qed ji\u0121ri fid-dinja tag\u0127na.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, il-bniedem beda&#8217; jsir iktar i\u010b-\u010bentru ta&#8217; kollox. Il-Knisja tkellmet dwar l-importanza tal-bniedem, mhux b\u0127ala assolut, imma b\u0127ala l-kapolavur t&#8217;Alla. \u0120esu&#8217; stess kien japprezza lill-bniedem s\u0127i\u0127: &#8220;Biex nurik li nista&#8217; na\u0127firlek dnubietek, qed ng\u0127idlek qum u imxi&#8221;. Biss i\u010b-\u010bentru ta&#8217; kollox jibqa&#8217; dejjem Alla.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">F&#8217;dan id-dokument il-Knisja titkellem ukoll dwar l-ekonomija, l-i\u017cbilan\u010b, u l-globalizzzazjoni.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fl-a\u0127\u0127ar tal-laqg\u0127a saret mistoqsija dwar l-evoluzzjoni. Jekk insiru mija fil-mija \u010berti minn dan &#8211; g\u0127ax g\u0127ad hemm il-&#8220;missing link&#8221; &#8211; din m&#8217;g\u0127andiex tkun ta&#8217; problema, g\u0127ax huwa Alla li jag\u0127ti mo\u0127\u0127 intelletwali u r-ru\u0127. F&#8217;kull twelid ta&#8217; bniedem hemm il-nifs t&#8217;Alla &#8211; ir-ru\u0127.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127a g\u0127alqet bil-kwotazzjoni &#8220;Let pleasing God become bigger than pleasing people&#8221;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Ta\u0127dita minn Fr. Joseph Bonnici Il-laqg\u0127a bdiet bil-qari tal-van\u0121elu skond San Luqa, kapitlu 16, versi 1 &#8211; 13: l-amministratur di\u017conest. F&#8217;diversi sitwazzjonijiet, \u0120esu&#8217; jitkellem b&#8217;mod li narawh stramb, jew \u0121ieli <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":1716,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[23],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5286"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5286"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5286\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5287,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5286\/revisions\/5287"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/1716"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5286"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5286"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5286"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}