{"id":5342,"date":"2016-12-13T13:43:31","date_gmt":"2016-12-13T12:43:31","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=5342"},"modified":"2016-12-13T13:49:48","modified_gmt":"2016-12-13T12:49:48","slug":"il-verita-tal-messija-prayer-cafe-9-ta-dicembru-2016","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/il-verita-tal-messija-prayer-cafe-9-ta-dicembru-2016\/","title":{"rendered":"Il-Verita tal-Messija &#8211; Prayer Caf\u00e8 &#8211; 9 ta\u2019 Di\u010bembru 2016"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">Mistoqsija li \u017cgur ti\u0121ina f\u2019mo\u0127\u0127na f\u2019dan l-evan\u0121elju hija kif \u0120wanni l-Battista bag\u0127at tnejn mid-dixxipli tieg\u0127u g\u0127and \u0120esu biex jistaqsuh jekk kienx hu l-Messija jew inkella jistennew lil xi \u0127add ie\u0127or. Issa a\u0127na nafu li kien \u0120wanni stess li g\u0127ammed lil \u0120esu fix-xmara \u0120ordan fejn instemg\u0127et l-istqarrija minn Alla nnifsu li: \u201cDan hu Ibni l-g\u0127a\u017ci\u017c, fik sibt l-g\u0127axqa tieg\u0127i.(Lq 3,22)\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">X\u2019aktarx li \u0120wannni bag\u0127at jistaqsi lil \u0120esu proprju min\u0127abba d-dixxipli tieg\u0127u stess \u0127alli jinteb\u0127u kif g\u0127andu jkun il-Messija li kellu ji\u0121i. Huma kellhom ideja \u0127a\u017cina tal-Messija, kellhom ideja biss ta\u2019 Messija li se jsalvahom mill-oppressjoni politika u militari ta\u2019 dawk li kienu qed ja\u0127kmuhom.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120esu kien stqarr li \u0127add ma hu aqwa minn \u0120wanni; imma anke l-anqas wie\u0127ed minna hu aqwa minnu. Hu kien imsejja\u0127 biex i\u0121ib bidla fis-so\u010bjeta fejn kien jg\u0127ix. B\u0127al \u0120wanni hu kien imsejja\u0127 sabiex iwassal il-verita tal-Messija. Irridu nkunu ta\u2019 g\u0127ajnuna g\u0127al dawk ta\u2019 madwarna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ebda bniedem li jiltaqa\u2019 ma\u2019 \u0120esu ma jibqa\u2019 l-istess imma jinbidel u j\u0121ib bidla po\u017cittiva. Kul\u0127add se jfieq skont il-b\u017connijiet tieg\u0127u u bil-mod li g\u0127andu b\u017conn. Irid ikollna l-fidi f\u2019\u0120esu li huwa verament kapa\u010bi jaqlag\u0127na mill-problemi kollha tag\u0127na kemm fi\u017ci\u010bi u kemm spiritwali.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Irridu niftakru wkoll li a\u0127na umani u g\u0127andna wkoll id-difetti tag\u0127na. Hemm xi dnub li qieg\u0127ed i\u017commna \u2018l bog\u0127od minn Alla u ma j\u0127alliniex nikbru u ninbidlu. Ejjew nitolbu l-qawwa tal-Ispirtu s-Santu biex nirrikorru g\u0127all-qawwa tieg\u0127u. L-Ispirtu, li huwa Alla; jilluminana u jurina dan in-nuqqas x\u2019inhu. Tajjeb ukoll li nsibu persuna li titlob g\u0127alina, li tinter\u010bedi g\u0127alina quddiem Alla. M\u2019hemmx g\u0127alfejn nag\u0127tu d-dettalji kollha lil din il-persuna imma tajjeb li l-komunita li ng\u0127ixu fiha titlob g\u0127alina b\u0127alma g\u0127andna wkoll id-dmir li nitolbu g\u0127al \u0127addie\u0127or.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-ma\u0127fra g\u0127andha tkun g\u0127odda qawwija fil-\u0127ajja tag\u0127na li te\u0127lisna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-komunikazzjoni tag\u0127na ma\u2019 Alla tkabbar it-tama tag\u0127na fih. Irridu nemmnu li l-grazzja t\u2019Alla hija akbar mill-problemi kollha tag\u0127na. \u0120wanni l-Battista ma qatax qalbu u m\u2019g\u0127amel xejn meta kien il-\u0127abs. \u0120ieg\u0127el lid-dixxipli biex ikomplu jistaqsu l-mistoqsijiet tal-\u0127ajja \u0127alli jkollhom aktar tama li twassalhom biex ikomplu jg\u0127ixu \u0127ajjithom fi \u0127dan il-Messija l-\u0120did.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Papa Fran\u0121isku semma kif f\u2019dan l-Avvent se jkollna it-tliet mi\u0121jiet tal-Avvent. L-ewwel mi\u0121ja hija tal-passat, l-Inkarnazzjoni u t-twelid ta\u2019 \u0120esu. It-tieni fil-pre\u017cent kif \u0120esu ji\u0121i j\u017curna kuljum fl-Ewkaristija b\u2019mod spe\u010bjali. It-tielet huwa fil-futur meta se niltaqg\u0127u ma\u2019 \u0120esu wara \u0127ajjitna u fl-a\u0127\u0127ar mi\u0121ja ta\u2019 \u0120esu. L-Avvent jg\u0127allimna li ma nafux meta se ner\u0121g\u0127u niltaqg\u0127u wi\u010b\u010b imb\u2019wi\u010b\u010b ma\u2019 \u0120esu u li g\u0127alhekk g\u0127andna nkunu dejjem ipprepeparati.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Milied g\u0127andu jkun il-laqg\u0127a tag\u0127na verament ma\u2019 \u0120esu. Niltaqg\u0127u mieg\u0127u bil-fidi tag\u0127na spe\u010bjalment permezz tat-talb u l-Ewkaristija. Il-karita wkoll hija mportanti spe\u010bjalment f\u2019dawn i\u017c-\u017cminijiet. Imqar ftit \u0127in \u0127dejn xi \u0127add li huwa wa\u0127du huwa bi\u017c\u017cejjed. Irridu naraw lil dawn in-nies b\u0127ala \u0120esu ie\u0127or li a\u0127na se ner\u0121g\u0127u niltaqg\u0127u mieg\u0127u wi\u010b\u010b imb\u2019wi\u010b\u010b. Ejjew insibu lil dawk in-nies li j\u0127ossuhom we\u0127idhom f\u2019dawn i\u017c-\u017cminijiet, nitolbu g\u0127alihom \u0127alli \u0120esu jipprovdilhom min se jg\u0127inhom.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Wie\u0127ed jista\u2019 jistaqsi: G\u0127aliex wara tant snin li ilna ni\u010b\u010belebraw il-festi tal-Milied, xi nies g\u0127adhom qatt ma daqu l-fer\u0127 ta\u2019 \u0120esu? Jista\u2019 jkun li m\u2019a\u0127niex infittxu l-g\u0127ajnuna li verament kapa\u010bi tg\u0127inna ming\u0127and \u0120esu. M\u2019a\u0127niex konvinti li \u0120esu g\u0127andu l-g\u0127ajnuna partikulari g\u0127alina? Nifhmu li \u0120wanni l-Battista beda jipponta, imexxi u jwassal id-dixxipli tieg\u0127u g\u0127al g\u0127and \u0120esu g\u0127aliex huwa biss, \u0120esu, kien il-vera Messija.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">We\u0127idna m\u2019a\u0127na kapa\u010bi nag\u0127mlu xejn; g\u0127andna nitolbu l-g\u0127ajnuna ming\u0127and \u0120esu g\u0127aliex hu biss kapa\u010bi jg\u0127inna u jimliena.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-kmandament ta\u2019 \u0120esu huwa li i\u0127obb lil Alla u lil g\u0127ajrek b\u0127alek innifsek. Importanti g\u0127alhekk li n\u0127obbu wkoll lilna nfusna, li ma nintremewx. Irridu n\u0127ossuna mportanti fil-\u0127ajja tag\u0127na fil-Knisja. Meta nkunu fil-kwiet u l-kalma rridu nag\u0127mlu e\u017cer\u010bizzju ta\u2019 talb \u0127alli meta nkunu fl-inkwiet inkunu di\u0121a tlabna l-g\u0127ajnuna u ppreparati mentalment minn \u0120esu g\u0127al dak il-mument. Meta forsi nkunu g\u0127addejjin minn xi problema, irridu nkunu ppreparati minn qabel permezz tat-talb. Irridu ninbidlu minn qabel ma niltaqg\u0127u mal-problemi. Il-Papa Fran\u0121siku pere\u017cempju kien g\u0127ex minn qabel ma\u2019 diversi persuni bi problemi so\u010bjali u kulturali u pprepara ru\u0127u permezz tat-talb spe\u010bjalment sabiex issa g\u0127andu dan il-programm ta\u2019 tmexxija u mod partikulari kif jg\u0127ix u jiltaqa\u2019 ma\u2019 dawk li verament g\u0127andhom problemi.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Mistoqsija li \u017cgur ti\u0121ina f\u2019mo\u0127\u0127na f\u2019dan l-evan\u0121elju hija kif \u0120wanni l-Battista bag\u0127at tnejn mid-dixxipli tieg\u0127u g\u0127and \u0120esu biex jistaqsuh jekk kienx hu l-Messija jew inkella jistennew lil xi \u0127add ie\u0127or. <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":2442,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[133,59,184],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5342"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5342"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5342\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5354,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5342\/revisions\/5354"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/2442"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5342"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5342"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5342"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}