{"id":5346,"date":"2016-12-13T13:00:16","date_gmt":"2016-12-13T12:00:16","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=5346"},"modified":"2016-12-13T14:00:47","modified_gmt":"2016-12-13T13:00:47","slug":"5346","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/5346\/","title":{"rendered":"L-EWTANA\u017bJA &#8211; ta\u0127dita minn Fr. Chris Caruana &#8211; 2 ta&#8217; Di\u010bembru 2016"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">X&#8217;inhi l-ewtana\u017cja? L-ewtana\u017cja hi meta persuna tidde\u010biedi li ttemm \u0127ajjitha, jew dik ta&#8217; \u0127addie\u0127or, min\u0127abba diversi ra\u0121unijiet, b\u0127al mard terminali, s-sofferenzi li j\u0121ib mieg\u0127u, et\u010b. Fil-fatt, hawn \u0127afna istituzzjonijiet, b\u0127al fl-Isvizzera, l-Bel\u0121ju u l-Olanda, li jamministraw l-ewtana\u017cja.\u00a0 Hemm il-&#8220;physician assisted&#8221; ewtana\u017cja, meta t-tobba j\u0127ejju ta\u0127lita ta&#8217; medi\u010bina letali biex il-pazjent je\u0127odha u jmut, u hemm l-ewtana\u017cja diretta, meta ti\u0121i amministrata mit-tobba nfushom. Fi\u017c-\u017cew\u0121 ka\u017ci, dan huwa qtil.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Irridu naraw dan kollu fi sfond nisrani. Jista&#8217; jkun li ng\u0127idu &#8220;Imma ja\u0127asra, g\u0127alfejn t\u0127allih ibati?&#8221; Hemm b\u017conn li, b\u0127ala nsara, ni\u017cviluppaw \u010berti prin\u010bipji:<\/p>\n<ol style=\"text-align: justify;\">\n<li><strong> Il-\u0127ajja hi prerogattiva t&#8217;Alla. <\/strong>\u0126ajti mhix tieg\u0127i. Hi don t&#8217;Alla. Alla biss jista&#8217; jag\u0127ti l-\u0127ajja u Alla biss jista&#8217; je\u0127odha. Din tmur kontra l-idejat li \u017cviluppaw f&#8217;dawn l-a\u0127\u0127ar 40 sena fl-Ewropa u l-Amerika &#8211; li \u0127ajti hi tieg\u0127i u nag\u0127mel biha dak li rrid. Dan huwa abbu\u017c tal-liberta&#8217; u g\u0127alhekk huwa dnub. Alla \u0127alaqna Hu u rridu nag\u0127tu kont Lilu.<\/li>\n<\/ol>\n<ol style=\"text-align: justify;\" start=\"2\">\n<li><strong> It-tbatija tag\u0127mel sens. <\/strong>It-tbatija ma \u0127alaqiex Alla. A\u0127na ma narawx skop fiha. Hu tajjeb li l-kamp mediku, l-istat, etc, jag\u0127mlu \u0127ilithom biex ifejjqu l-mard u jtaffu t-tbatija. Quddiem is-salib ta&#8217; Kristu, t-tbatija tag\u0127mel sens. Alla g\u0127adda Hu stess mit-tbatija. It-tbatija tag\u0127mel sens biss ghax Kristu g\u0127adda minna. Meta jien ng\u0127aqqad is-sofferenzi tieg\u0127i ma&#8217; dawk ta&#8217; \u0120esu&#8217;, allura t-tbatija tieg\u0127i issir redemptiva &#8211; hi stess issalvani. Hekk it-tbatija ma tibqg\u0127ax assurdita&#8217; li tipprova tkissirni u tiddisprani. Dan hu l-iskop tax-xitan &#8211; li jisfidu\u010bjani minn Alla, ma nibqg\u0127ax nafda fil-volonta&#8217; Tieg\u0127u. Alla g\u0127alhekk g\u0127a\u017cel li jsalvana bit-tbatija u l-mewt. Ix-xitan anke lil \u0120esu&#8217; ttanta fid-de\u017cert u permezz tal-Lhud u l-\u0127alliel il-\u0127a\u017cin fuq is-salib. B\u0127al ma qal San Pawl &#8220;Jien intemm f&#8217;\u0121ismi dak li jonqos mit-tbatijiet ta&#8217; Kristu fuq is-salib g\u0127al \u0121isem Tieg\u0127u il-Knisja.&#8221; It-tbatija fiha sens anke fin-natura: biex twelled, biex tit\u0127arre\u0121 f&#8217;xi sport, biex titg\u0127allem iddoqq strument, etc. Xejn ma jsir ming\u0127ajr sagrifi\u010b\u010bju.<\/li>\n<\/ol>\n<ol style=\"text-align: justify;\" start=\"3\">\n<li><strong> Il-valur tal-\u0127ajja ma jiddipendix mill-kwalita&#8217; tag\u0127ha.<\/strong> Ma jfissirx li g\u0127andha inqas valur min\u0127abba difetti fi\u017ci\u010bi jew mentali, jew livell so\u010bjali, jew faqar. A\u0127na forsi nirra\u0121unaw: &#8220;g\u0127ax jien ma rridx nara lil \u0127addie\u0127or ibati min\u0127abba fija.&#8221; Din it-tbatija ta&#8217; dak li jie\u0127u \u0127siebu ma \u0127oloqiex il-marid. Dik hi l-\u0127ajja &#8211; li niddependu minn \u0127addie\u0127or. Dik hi l-vulnerabbilta&#8217; umana u d-djufija tag\u0127na. Hu sinjal ta&#8217; umilta&#8217;. B&#8217;hekk it-tbatija qed tag\u0127ti opportunita&#8217; lil \u0127addie\u0127or biex i\u0127obbok, biex jag\u0127mel karita&#8217;, biex anke hu jiltaqa&#8217; ma&#8217; Kristu fit-tbatija tieg\u0127ek. \u0126addie\u0127or g\u0127andu l-possibilta&#8217; li je\u017cer\u010bita l-virtujiet insara billi jdur bik.<\/li>\n<\/ol>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-ewtana\u017cja hi \u0127a\u017cina g\u0127ax il-valur tal-\u0127ajja umana hu invijolabbli &#8211; ma nistg\u0127ax nimmina\u010b\u010bja l-\u0127ajja, ma nista&#8217; nag\u0127mel xejn biex innaqqas jew intemm il-\u0127ajja. \u0126add m&#8217;g\u0127andu d-dritt li jwaqqaf il-\u0127ajja &#8211; la tieg\u0127u u lanqas tal-o\u0127rajn.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hemm ukoll l-integrita&#8217; tal-professjoni medika. It-tabib g\u0127andu \u0121urament li jg\u0127in u jg\u0127ati s-sa\u0127\u0127a, mhux biex inehhi l-\u0127ajja.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-istat g\u0127andu jiffoka iktar fuq il-kura palliattiva &#8211; tnaqqas kemm jista&#8217; jkun it-tbatija u l-mi\u017cerja. Hemm differenza bejn l-intenzjoni li toqtol, u l-intenzjoni li ttaffi l-u\u0121ieg\u0127. Kultant il-kura palliattiva t\u0127affef il-mewt ukoll, b\u0127al, per e\u017cempju, il-morfina. Qed tie\u0127u azzjoni u g\u0127andek diversi konsegwenzi li mhux kollha tkun tridhom &#8211; huma &#8220;by-product&#8221;. A\u0127na obbligati li nie\u0127du trattamenti ordinarji biex intejbu \u0127ajjitna. Mhux obbligat tag\u0127ti trattament jekk m&#8217;hemm l-ebda \u010bans, b\u0127al min hu &#8220;brain dead&#8221;, qed jin\u017camm \u0127aj artifi\u010bjalment.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Irid ikun hemm aktar rispett lejn min hu anzjan, jew inkompetenti. M&#8217;g\u0127andhomx jitqisu b\u0127ala pi\u017c jew skart. Alla j\u0127ares lejn kul\u0127add b\u0127ala ibnu jew bintu. Alla l-ikar li jfittex l-i\u017cvanta\u0121\u0121jati.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">La darba t\u0127alli daqsxejn \u010bans g\u0127all-ewtana\u017cja, b\u0127al f&#8217;ka\u017c ta&#8217; can\u010ber terminali, imbag\u0127ad tibda ssib elf ra\u0121uni g\u0127alfejn tag\u0127mel ewtana\u017cja. L-ewtan\u017cja, b\u0127all-abort, saret industrija. Ix-xjenza ghandha l-obbligu li t\u0127ares il-\u0127ajja &#8211; obbligu lejn l-etika u l-valuri morali.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120esu&#8217; stess qalilna &#8220;Erfa salibek u imxi warajja.&#8221;<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, il-bniedem beda&#8217; jsir iktar i\u010b-\u010bentru ta&#8217; kollox. Il-Knisja tkellmet dwar l-importanza tal-bniedem, mhux b\u0127ala assolut, imma b\u0127ala l-kapolavur t&#8217;Alla. \u0120esu&#8217; stess kien japprezza lill-bniedem s\u0127i\u0127: &#8220;Biex nurik li nista&#8217; na\u0127firlek dnubietek, qed ng\u0127idlek qum u imxi&#8221;. Biss i\u010b-\u010bentru ta&#8217; kollox jibqa&#8217; dejjem Alla.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">F&#8217;dan id-dokument il-Knisja titkellem ukoll dwar l-ekonomija, l-i\u017cbilan\u010b, u l-globalizzzazjoni.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fl-a\u0127\u0127ar tal-laqg\u0127a saret mistoqsija dwar l-evoluzzjoni. Jekk insiru mija fil-mija \u010berti minn dan &#8211; g\u0127ax g\u0127ad hemm il-&#8220;missing link&#8221; &#8211; din m&#8217;g\u0127andiex tkun ta&#8217; problema, g\u0127ax huwa Alla li jag\u0127ti mo\u0127\u0127 intelletwali u r-ru\u0127. F&#8217;kull twelid ta&#8217; bniedem hemm il-nifs t&#8217;Alla &#8211; ir-ru\u0127.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127a g\u0127alqet bil-kwotazzjoni &#8220;Let pleasing God become bigger than pleasing people&#8221;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>X&#8217;inhi l-ewtana\u017cja? L-ewtana\u017cja hi meta persuna tidde\u010biedi li ttemm \u0127ajjitha, jew dik ta&#8217; \u0127addie\u0127or, min\u0127abba diversi ra\u0121unijiet, b\u0127al mard terminali, s-sofferenzi li j\u0121ib mieg\u0127u, et\u010b. Fil-fatt, hawn \u0127afna istituzzjonijiet, b\u0127al <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":1137,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[133,59,184],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5346"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5346"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5346\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5352,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5346\/revisions\/5352"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/1137"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5346"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5346"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5346"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}