{"id":5371,"date":"2017-01-24T23:59:43","date_gmt":"2017-01-24T22:59:43","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=5371"},"modified":"2017-01-25T00:00:15","modified_gmt":"2017-01-24T23:00:15","slug":"5371","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/5371\/","title":{"rendered":"Il-Quddiesa"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">Fil-Laqg\u0127a Prayer Caf\u00e9 mmexxi minn Fr JESMOND MANICARO nhar il-\u0121img\u0127a 13 ta\u2019 Jannar trattat is-su\u0121\u0121ett tal-LITUR\u0120IJA FIL-QUDDIESA.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Katabatika : azzjoni minn fuq g\u0127al isfel. F\u2019kull quddiesa Alla jie\u0127u din l-inzjattiva u minn hemm fuq jix\u0127et fuqna l-grazzja \/ l-im\u0127abba tieg\u0127u. Il-Bibbja\u00a0 hi storja wara l-o\u0127ra ta\u2019 azzjoni katabatika t\u2019Alla. Hu \u0127alaq l-univers-l-annimali-l-\u0127olqien- imbag\u0127ad \u0127alaq il-bniedem u bierku b\u2019barka spe\u010bjali. L-istess b\u0127alna l-ewwel bniedem kien kapri\u010b\u010bus \u2013 b\u0127ala e\u017cempju nsibu l-istorja ta\u2019 Noe u d-dulluvju. Imbag\u0127ad naraw l-azzjoni\u00a0 katabatika t\u2019Alla. Ja\u0127lef li ma jer\u0121ax jeqred l-art. Nsibu wkoll stejjer t\u2019Adam, ta\u2019 David ..stejjer ta\u2019 im\u0127abba t\u2019Alla lejn il-bniedem li til\u0127aq il-qu\u010b\u010bata tag\u0127ha fl-Inkarnazzjoni ta\u2019 \u0120esu \u2013 Alla bag\u0127at lill-Ibnu b\u0127ala rigal. Kull azzjoni u miraklu ta\u2019 \u0120esu naraw wirja tal-im\u0127abba t\u2019Alla g\u0127alina l-bnedmin u anke meta Kristu wasal biex imur lura g\u0127and il-missier qalilna mhux se n\u0127allikom iltiema imma bg\u0127atilna lill-Ispirtu s-Santu li permezz tieg\u0127u tasal g\u0127andna l-im\u0127abba tal-Missier. Katabazi hi x-xita ta\u2019 grazzji tal-im\u0127abba t\u2019Alla li tin\u017cel hawn isfel fuqna. Id-domanda li rridu nag\u0127mlu hija din \u2013 \u201cQeg\u0127din n\u0127ossuha l-Im\u0127abba t\u2019Alla, waqt i\u010b-\u010belebrazzjoni litur\u0121ika?\u201d Xi kultant nistaqsu imma \u0127adna gost waqt il-quddiesa? Mhix domanda ezatta li rridu nistaqsu \u2013 nie\u0127du gost f\u2019xi kun\u010bert&#8230; aktar milli \u0127adniex gost rridu nistaqsu lilna nfusna \u201c\u0126assejna l-presenza t\u2019ALLA fi qlubna?\u201d Ir-risposta tista tkun \u201civa\u201d u tista tkun \u201cle\u201d. Xi jkun \u0121ara meta ma n\u0127ossuhiex? Jistg\u0127u jkunu diversi r-ra\u0121unijiet g\u0127al dan. Jista\u2019 jkun li f\u2019\u0127ajjitna hemm dnub li mhux i\u0127alli l-im\u0127abba t\u2019Alla tippenetra f\u2019\u0127ajjitna. Dan id-dnub jista\u2019 jimblokka l-grazzja t\u2019Alla. Nistg\u0127u wkoll inkunu aljenati \u2013 mo\u0127\u0127na fil-pittura jew fl-affarijiet li \u0127allejna warajna. Fr Jesmond fakkarna fi \u0121rajja li g\u0127adda minnha Mons Ar\u010bisqof Pawlu Cremona meta dan kien fil-Brazil. Hemm hekk, fis-sempli\u010bita tal-post fejn kien qieg\u0127ed; is-sepulkru kien f\u2019toqba f\u2019 \u017cokk ta\u2019 si\u0121ra \u0121ewwa kaxxa taz-zraben mg\u0127otti b\u2019velu. U Mons Cremona kien \u0127aseb bejnu u bejn ru\u0127u, min jaf kemm il-darba d-deheb u l-fidded li n\u017cejnu t-tabernakli tag\u0127na bihom spi\u010b\u010baw biex telfuna mill-attenzjoni g\u0127all-Ewkaristija.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Sfortunatament \u0127afna Maltin nibqg\u0127u fuq livell artifi\u010bjali u ma nikbrux fejn jid\u0127ol it-twemmin tag\u0127na. \u0126afna huma dawk li l-kateke\u017ci tag\u0127hom spi\u010b\u010ba mal-Grizma tal-Isqof. Wara ma baqg\u0127ux jipprofondixxu t-tag\u0127lim tal-fidi tag\u0127hom. Qalbhom baqg\u0127et bierda g\u0127al dan il-pro\u010bess ta\u2019 katabazi. B\u0127al fil-kas ta\u2019 \u0127biberija: wie\u0127ed isir jaf lill-ie\u0127or aktar ma jg\u0127addu \u017cmien flimkien. L-istess fir-relazzjoni tag\u0127na m\u2019Alla. U fil-bruda tag\u0127hom jispi\u010b\u010baw li x\u2019aktarx ma jmorrux aktar quddies jew forsi jmorru g\u0127al okkazzjonijiet ta\u2019 funerali jew ti\u0121ijiet.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Problema o\u0127ra tista\u2019 tkun li qalbna tkun tant mimlija b\u2019affarijiet, li ma n\u0127allux post g\u0127al Mulej. U allura Alla jibg\u0127at il-grazzji tieg\u0127u, imma a\u0127na ma nilqg\u0127uhomx. Biex ifiehem din is-sitwazzjoni, Fr Jesmond irrakkonta storja ta\u2019 Patri mid-de\u017cert. Ra\u0121el sema\u2019 b\u2019Patri li kien msemmi g\u0127al qdusija u l-g\u0127erf tieg\u0127u; u mar g\u0127andu g\u0127al parir spiritwali; g\u0127ax kien i\u0127oss qalbu vojta mill-fer\u0127 t\u2019Alla. Wara li semg\u0127u l-Patri staqsih \u00a0x\u2019jag\u0127mel f\u2019\u0127ajtu u x\u2019kienu l-ispirazzjonijiet tieg\u0127u. Imbag\u0127ad il-Patri qabad buqar bl-ilma u lir-ra\u0121el qallu j\u017comm tazza filwaqt li beda jferra l-ilma fiha sakemm din faret u l-ilma baqa\u2019 nie\u017cel fl-art. Il-Patri lir-ra\u0121el qallu qalbek hi b\u0127al din it-tazza tant hi mimlija b\u2019tant \u0121ennijiet li m\u2019hemmx post g\u0127al Mulej \u2013 trid tbattal minnha biex jkun hemm post g\u0127alih. I\u017cda Azzjoni katabatika mhix xi \u0127a\u0121a li se\u0127\u0127 b\u2019mod awtomatiku&#8230; irridu a\u0127na nie\u0127du \u0127siebha. Mela Alla jie\u0127u l-inizzjattiva u jimliena bil-grazzja tieg\u0127u, imma rridu nikkoperaw ma din il-grazzja \u2013jekk a\u0127na rridu n\u0127ossuha u nwie\u0121bu g\u0127aliha. Imma anke hawn hawn periklu li r-ringrazzjament ma jkunx ringrazzjament \u0121enwin. Immorru l-knisja u g\u0127alkemm nwie\u0121bu g\u0127at-talb, dan ikun \u2018lip service\u2019. Anke fl-antik testment nsibu li Alla kien jibg\u0127at lill-profeti biex ibe\u017cb\u017cu lill-poplu Lhudi \u2013 g\u0127ax dawn b\u0127alna kienu jag\u0127mlu \u0127afna festi imma l-qalb kienet tkun x\u2019imkien ie\u0127or. Alla permezz tal-profeti kien jg\u0127id \u201cjien mhux offerti ta\u2019 l-annimali rrid imma jinteressani l-qalb tag\u0127kom\u201d. \u0120eremija, Ezekjel u Noe kollha widdbu lill-poplu Lhudi g\u0127aliex it-talb tag\u0127hom ma kienx jirrifletti x\u2019hemm fil-qalb.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Din xi \u0127a\u0121a li tinkwieta lil Fr Jesmond Manicaro. Ejjew bis-sin\u010berita nistaqsu lilna nfusna meta nkunu fil-knisja nie\u0127du sehem fil-Litur\u0121ija tal-quddiesa; kemm a\u0127na konxji mill-azzjonijiet li qeg\u0127din nag\u0127mlu? Kemm huma \u0121enwini l-espressjonijiet ta\u2019 tif\u0127ir, ta\u2019 talb li jsir waqt il-quddiesa? JEW qeg\u0127din sempli\u010biment nirrepetu li jg\u0127idu l-o\u0127rajn? Imbag\u0127ad ng\u0127idu li n\u0127ossuna vojta u nibdew nwa\u0127\u0127lu fil-qassis g\u0127ax ma jafx jipprietka, fil-kor g\u0127ax kanta stonat, fil-lettur g\u0127ax ma qarax sew&#8230; kollox jista\u2019 jkun minnu \u2013 imma jista jkun ukoll li l-problema l-kbira hija a\u0127na. A\u0127na li g\u0127adna ma ppreparajniex bi\u017c\u017cejjed biex nilqg\u0127u l-grazzja t\u2019Alla. Din hija d-dimensjoni vertikali u mag\u0127ha hemm id-dimensjoni orizontali \u2013 dak li ni\u010b\u010belebraw fil-knisja jrid jitkompla barra. Ma nistg\u0127ux n\u0127ossuna qrib t\u2019Alla fil-knisja u kif no\u0127or\u0121u ni\u0121\u0121ieldu ma nofs ir-ra\u0127al! San \u0120wann jg\u0127idilna kif nista\u2019 n\u0127obb lil Alla li ma narahx u imbag\u0127ad jkolli nuqqas ta\u2019 rispett lejn \u0127uti li niltaqa\u2019 mag\u0127hom kuljum. Dak li nibdew fil-knisja rridu nsarrfuh fil-\u0127ajja tag\u0127na billi ng\u0127inu fil-bini tas-Saltna t\u2019Alla fuq din l-art.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kif nistg\u0127u nsa\u0127\u0127u l-azzjoni anabatika tag\u0127na? Il-katabazi tiddependi minn Alla; b\u0127al parabola ta\u017c-\u017cerrieg\u0127a. Dik li taqa\u2019 fuq art tajba tag\u0127mel il-frott filwaqt li dik li taqa\u2019 fuq art \u0127a\u017cina ma tag\u0127milx frott. L-istess a\u0127na. L-im\u0127abba t\u2019Alla qeg\u0127da hemm g\u0127al kul\u0127add i\u017cda jiddependi minna biex ine\u0127\u0127u dak li qieg\u0127ed jiblokkana \u2013 f\u2019kas li hu dnub irridu nsibu direttur spiritwali biex jigwidana.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-azzjoni anabatika tag\u0127na trid tkun aktar bis-sens. It-talb fil-Litur\u0121ija jrid ikun b\u2019aktar sens. Dan nistg\u0127u nag\u0127mluh billi nivalutaw aktar is-sinjali u l-kliem li jing\u0127ad. Meta saret ir-riforma Litur\u0121ika u l-quddies mill-Latin saret bil-Malti nqallbu t-testi g\u0127al-Maltin u \u0127asbu li kollox lest i\u017cda ma kienx&#8230;ma sarx formazzjoni kemm fuq il-kliem u kif ukoll fuq is-sinjali li jintu\u017caw fil-Litur\u0121ija. Per e\u017cempju s-silenzju huwa nieqes g\u0127al kollox mill-Litur\u0121ija tag\u0127na. Jrid ikollna f\u2019mo\u0127\u0127na l-e\u017cempju ta\u2019 \u0120es\u00f9. Kien i\u0127oss il b\u017conn li minn mument g\u0127al ie\u0127or jinqata\u2019 ftit mill-\u0121enn u jmur jin\u0121abar jitlob fis-skiet.\u00a0 F\u2019wa\u0127da mill-kitbiet tieg\u0127u, il-Papa \u0120wanni Pawlu II jg\u0127id li fid-dinja storbjuza tal-llum il-litur\u0121ija tag\u0127na g\u0127andha tkun \u2018oasi\u2019 &#8211; tant il-bniedem g\u0127andu b\u017connu s-silenzju li jmur ifittxu x\u2019imkien ie\u0127or b\u0127al fil-yoga u dan hu xi \u0127a\u0121a li di\u0121a g\u0127andna imma ma nuzawhx. Il-Papa kien \u017cied jg\u0127id li s-silenzju j\u017comm ankrat f\u2019qalbna dak li nisimg\u0127u&#8230; g\u0127alhekk importanti li wara Omelija jkun hemm mument ta\u2019 silenzju. Kwazi sirna na\u0127sbu li hemm xi nuqqas ta\u2019 xi \u0127a\u0121a kif ikun hemm mument ta\u2019 silenzju! Barra s-sinjali fil-Litur\u0121ija nsibu sinjali o\u0127ra. (ktieb li wie\u0127ed jista\u2019 jni\u017c\u017cel minn fuq l-internet dwar dan hu \u201c<a href=\"https:\/\/www.ewtn.com\/library\/LITURGY\/SACRSIGN.TXT\" target=\"_blank\">Sacred Signs minn Romano Guardini<\/a>\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Per ezempju meta g\u0127andna nag\u0127mlu l-\u0121eniflessjoni u g\u0127aliex? Dan il-\u0121est ikun qed juri li inti qieg\u0127ed ti\u010b\u010bekken quddiem il-presenza t\u2019Alla dak li jaf u g\u0127andu kollox.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Is-sinjal tas-Salib xi jfisser? \u00a0Meta niksu rigal b\u2019\u017cigarella dan nag\u0127mluh forma ta\u2019 salib&#8230; ng\u0127aqdu kollox bih&#8230; l-istess meta nag\u0127mlu s-sinjal tas-salib qisna qeg\u0127din nkebbu lilna nfusna kollna kemm a\u0127na bi Kristu, biex mbag\u0127ad minnhu nie\u0127du l-qawwa biex ng\u0127elbu t-tentazzjonijiet. Tifsira o\u0127ra tas-salib hi: \u201cKristu Alla mis-sema sar bniedem biex mid-dlam ng\u0127addu g\u0127ad-dawl\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">G\u0127alhekk meta tifhem l-iskop ta\u2019 wara dawn is-sinjali tkun tista\u2019 tid\u0127ol aktar fil-fond tal-Litur\u0121ija.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Barra s-sinjali; fil-litur\u0121ija nsibu wkoll kliem. Wa\u0127da mill-aktar talbiet qosra li hemm fil-quddiesa hi \u201c<em>Il-Mulej Mag\u0127kom<\/em>\u201d u r-risposta tag\u0127na lill-qassis hi \u201c<em>U mieg\u0127ek ukoll<\/em>\u201d. F\u2019dak il-\u0127in il-qassis qieg\u0127ed jitlob fuqna &#8230; qieg\u0127ed jawguralna li \u201c<em>L-Mulej jkun fil-\u0127ajja tag\u0127kom<\/em>\u2019 u a\u0127na qed nirrispondu \u201c<em>Fr. dak li qieg\u0127ed tixtieq lilna nixtiequh lilek ukoll<\/em>\u201d. Talba li ntennuha erba\u2019 darbiet fil-quddiesa.<\/p>\n<ol style=\"text-align: justify;\">\n<li>Fil-bidu. Biha jitlob fuqna prezenti biex fil-minuti li \u0121ejjin n\u0127ossu l-qawwa t\u2019Alla fuqna.<\/li>\n<li>Qabel il-van\u0121elu: Biha hawn is-sa\u010berdot qieg\u0127ed jitlob biex nisimg\u0127u l-kelma t\u2019Alla u biha qalbna tit\u0127e\u0121\u0121e\u0121 b\u0127alma t\u0127e\u0121\u0121u d-dixxipli ta\u2019 Emmaws.<\/li>\n<li>Din it-talba \u010bkejna ter\u0121a tintqal qabel it-talba Ewkaristika. J\u2019Alla ng\u0127arfu lill-Mulej fil-qsim tal-\u0127ob\u017c b\u0127ad-dixxipli ta\u2019 Emmaws.<\/li>\n<li>Ter\u0121a ting\u0127ad fl-a\u0127\u0127ar tal-quddiesa.<\/li>\n<\/ol>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kemm hu importanti li jkollna kateke\u017ci biex nifhmu a\u0127jar il-quddiesa. Kemm hu importanti li nfittxu nifhmu il-kliem li ng\u0127idu a\u0127na stess b\u0127ala rit tal-quddiesa. Meta nifhmu dak li qieg\u0127ed jing\u0127ad kemm napprezzaw aktar il-Litur\u0121ija tal-quddiesa.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Qatt \u0127sibt li Kristu jista\u2019 jag\u0127mel differenza f\u2019\u0127ajtek? Dan irid isir b\u2019mixja ta\u2019 konversjoni. Trid t\u0127alli \u0127in g\u0127al mieg\u0127u \u0127alli jag\u0127tik d-dawl kif titfa\u010b\u010bja l-problemi li niltaqg\u0127u mag\u0127hom. Meta mbag\u0127ad n-nies ta\u2019 madwarna jaraw l-bidla fina ( per e\u017cempju ta\u0127fer lil min naqsek) din il-bidla ti\u0121bidhom lejn \u0120esu. Din hija l-mixja li kull nisrani jrid jimxi kuljum minkejja li l-\u0127in tag\u0127na mimli daqs bajda. L-istess kif ma\u0127bu\/a jfittex\/tfittex li tisraq mument mill-\u0121urnata biex inkunu mal \u2013ma\u0127bubin tag\u0127na.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Fil-Laqg\u0127a Prayer Caf\u00e9 mmexxi minn Fr JESMOND MANICARO nhar il-\u0121img\u0127a 13 ta\u2019 Jannar trattat is-su\u0121\u0121ett tal-LITUR\u0120IJA FIL-QUDDIESA. Katabatika : azzjoni minn fuq g\u0127al isfel. F\u2019kull quddiesa Alla jie\u0127u din l-inzjattiva <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4221,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[37,59,171],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5371"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5371"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5371\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5375,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5371\/revisions\/5375"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4221"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5371"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5371"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5371"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}