{"id":5385,"date":"2017-01-24T16:34:26","date_gmt":"2017-01-24T15:34:26","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=5385"},"modified":"2017-01-25T16:50:29","modified_gmt":"2017-01-25T15:50:29","slug":"5385","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/5385\/","title":{"rendered":"L-universali\u017cmu &#8211; Prayer Caf\u00e8 &#8211; 6 ta\u2019 Jannar 2017"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\"><strong>L-EPIFANIJA TAL-MULEJ &#8211; 8 TA&#8217; JANNAR &#8211; ta\u0127dita minn Fr. Reno Muscat<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>X&#8217;inhu l-universali\u017cmu?<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hemm tlett termini li huma frott tal-universali\u017cmu.<\/p>\n<ol style=\"text-align: justify;\">\n<li><strong> &#8220;Global village&#8221;. <\/strong>Nisimg\u0127u din l-espressjoni li bdiet permezz ta&#8217; McLuhan u Fiore, awturi tal-ktieb &#8220;War and Peace in the Global Village&#8221;, fejn dawn jaraw lid-dinja kollha mag\u0127quda flimkien b&#8217;mezzi ta&#8217; telekomunikazzjonijiet moderni. Biss xorta l-pajji\u017ci jibqg\u0127u ndipendenti, ekonomikament, so\u010bjalment, u politikament, pero&#8217; fl-istess \u0127in interdipendenti. Illum ng\u0127ixu dak li jissejja\u0127 &#8220;real time&#8221;, li jfisser li naraw x&#8217;qed ji\u0121ri fid-dinja proprju dak il-\u0127in stess li qed ise\u0127\u0127.<\/li>\n<\/ol>\n<ol style=\"text-align: justify;\" start=\"2\">\n<li><strong> So\u010bjeta&#8217; Likwida. <\/strong>\u0126are\u0121 b&#8217;din il-fra\u017ci Sigmund Bowman. Fil-globalizzazjoni, kien jara l-istess problemi li jin\u0121arru minn so\u010bjeta&#8217; li m&#8217;g\u0127adhiex solida, m&#8217;g\u0127adhiex stabbli, fiha l-in\u010bertezza, timxi wara l-produtturi u l-konsumaturi. &#8220;Il-konsumi\u017cmu u l-industrija tal-bi\u017ca&#8217; f&#8217;dinja globalizzata iddewweb is-sigurta&#8217; u titlef lill-umanita&#8217; f&#8217;so\u010bjeta&#8217; likwida&#8221;. X&#8217;ji\u0121ifieri dan? A\u0127na kontinwament ibbumbardjati bir-reklami. X&#8217;iskop a\u0127\u0127ari g\u0127andu r-reklamar? Li lilek i\u0121ieg\u0127lek t\u0127ossok fil-b\u017conn ta&#8217; dak il-prodott anke jekk fil-verita&#8217; m&#8217;g\u0127andekx b\u017connu. Din hi problema universali, anke f&#8217;pajji\u017ci tat-tielet dinja. Ir-reklamar hu wie\u0127ed mill-fatturi g\u0127aliex is-so\u010bjeta&#8217; tilfet l-istabbilita&#8217; tag\u0127ha &#8211; saret likwida.<\/li>\n<\/ol>\n<ol style=\"text-align: justify;\" start=\"3\">\n<li><strong> &#8220;The McDonaldisation of Society&#8221;. <\/strong>George Ritzer, awtur tal-ktieb &#8220;The McDonaldisation of Society&#8221; (1993) juri kif il-McDonali\u017cmu wkoll hu effett tal-universali\u017cmu. Qed ng\u0127ixu f&#8217;dinja sterjotipika &#8211; tmur fejn tmur fid-dinja, b\u0127al McDonalds, se ti\u0121i offrut l-istess prodott. M&#8217;hemmx fruntieri. Qed ng\u0127ixu f&#8217;ra\u0127al, mhux dinja. Chains s\u0127a\u0127 ta&#8217; \u0127wienet li waqqg\u0127u l-fruntieri fin-negozju. Qed ng\u0127ixu f&#8217;dinja \u017cg\u0127ira fejn sirna \u0121irien ta&#8217; kul\u0127add. Mal-universali\u017cmu ma tilg\u0127abx. Trid tara xi jrid il-konsumatur. G\u0127aliex nixtri dan il-prodott u mhux l-ie\u0127or? Din hi \u0127a\u0121a universali. Il-konsumatur g\u0127andu effett fuq il-globalizzazjoni. Per e\u017cempju, illum kul\u0127add konxju tal-ambjent. Allura, fir-reklamar, b\u0127al ta&#8217; McDonalds u l-Coca Cola, qed jintu\u017ca l-a\u0127dar flok l-a\u0127mar. Dan kollu frott tal-universali\u017cmu.<\/li>\n<\/ol>\n<p style=\"text-align: justify;\">Issa x&#8217;g\u0127andu x&#8217;jaqsam dan kollu mal-Van\u0121elu? Dan hu l-Van\u0121elu tal-universalita&#8217; tad-dinja kollha. Fil-bidu tal-Van\u0121elu nsibu l-ma\u0121i jistaqsu fejn twieled is-sultan tal-Lhud. Elfejn sena ilu il-Lhud kienu, u g\u0127adhom, jistennew messija tag\u0127hom biss, il-poplu mag\u0127\u017cul, il-poplu t&#8217;Alla. Sa minn twelidu, Kristu wera li Hu \u0121ie g\u0127ad-dinja kollha &#8211; l-univers. &#8220;\u0120ew xi ma\u0121i mil-Lvant&#8221; &#8211; mill-bog\u0127od. Kristu, bil-mi\u0121ja Tieg\u0127u, waqqa&#8217; l-fruntieri kollha. Dawn a\u0127na nag\u0127mluhom. Anke fit-tag\u0127lim Tieg\u0127u, &#8220;morru sa&#8217; truf l-art xandru l-bxara t-tajba&#8221;.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0126sieb ie\u0127or hu l-bi\u017ca&#8217; ta&#8217; Erodi. Be\u017ca&#8217; li \u0127a jitlef xi \u0127a\u0121a. G\u0127alhekk il-bniedem joffri oppo\u017cizzjoni anke g\u0127al \u0127a\u0121a sempli\u010bi. Il-bniedem jib\u017ca&#8217; mill-bdil g\u0127ax jib\u017ca&#8217; li ser jitlef xi \u0127a\u0121a minn tieg\u0127u &#8211; so\u010bjeta&#8217; likwida. Erodi ma kellux fidi bi\u017c\u017cejjed biex jemmen u jifhem li dik il bi\u017ca&#8217; kienet finta g\u0127alih g\u0127ax is-sultan li twieled kien sultan universali. Kristu jne\u0127\u0127ilna l-bi\u017ca&#8217;. Irridu nduru lejH. Is-slaten ma\u0121i ma be\u017cg\u0127ux li se jitilfu s-saltna tag\u0127hom, imma raw fiH sultan ie\u0127or u offrewlu rigali, g\u0127ax raw fiH il-kobor t&#8217;Alla. Dan l-universali\u017cmu &#8211; dinja ming\u0127ajr fruntieri &#8211; \u0121ag\u0127abilna Kristu meta wera Lilu nnifsu lid-dinja kollha. Kien l-ewwel universali\u017cmu. Il-bniedem kien g\u0127adu ftit il-bog\u0127od biex jifhem dan il-kun\u010bett. Dan li qed ng\u0127ixu llum twettaq elfejn sena ilu, b&#8217;mod spiritwali, meta Kristu ta Lilu nnifsu lill-univers kollu. Dan hu s-sens veru tal-Epifanija. Jekk \u0127a nibqg\u0127u so\u010bjeta&#8217; esklussiva ma nkunu fhimna xejn mill-fatt li Kristu \u0121ie g\u0127al kul\u0127add. F&#8217;kollox irridu nwaqqg\u0127u l-fruntieri, kemm so\u010bjali kif ukoll spiritwali. Inkella ma nkunux qed nifhmu l-veru sens g\u0127aliex a\u0127na nsara. Kristu hu ta&#8217; kul\u0127add.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-istess ideja ta&#8217; universalita&#8217; nsibuha sa&#8217; mill-bidu nett tal-Bibbja &#8211; il-\u0127olqien. Hawnhekk issemma kif dal il-\u0127sieb jattakka l-egoi\u017cmu tag\u0127na. Na\u0127sbu li d-dinja ddur madwarna, u mhux a\u0127na nduru mad-dinja. Din hi problema anke fl-edukazzjoni fid-dar &#8211; il-mod kif in\u0127arsu lejn uliedna &#8211; dejjem g\u0127anhom ra\u0121un.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><div class=\"creativ-shortcode creativ-shortcode-pullright creativ-shortcode-pullright-colour-red\">L-art hi ta' kul\u0127add. \u0120esu' \u0127adha kontra n-nazzjonali\u017cmu Lhudi. Jew ta\u010b\u010betta lil \u0120esu' kif inhu, inkella tissejja\u0127x nisrani.<\/div>Fr Reno hawnhekk kompla j\u017cid li dan l-egoi\u017cmu nsibuh anke fis-so\u010bjeta, f&#8217;min g\u0127andu l-mezzi u l-poter. Hemm b\u017conn li jsir investiment f&#8217;pajji\u017ci tat-tielet dinja biex i\u010b-\u010bittadini jkunu jistg\u0127u jg\u0127ixu a\u0127jar f&#8217;pajji\u017chom.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dak li t-teknolo\u0121ija qed tag\u0127mel illum, Kristu riedu mill-bidu. G\u0127ad g\u0127andna nsara, li huma konvinti li huma nsara, li emigrant f&#8217;pajji\u017chom ma jriduhx. L-art hi ta&#8217; kul\u0127add. \u0120esu&#8217; \u0127adha kontra n-nazzjonali\u017cmu Lhudi. Jew ta\u010b\u010betta lil \u0120esu&#8217; kif inhu, inkella tissejja\u0127x nisrani.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">B\u0127al ma qal il-papa Fran\u0121isku, &#8220;Ejjew ng\u0127ixu l-kelma sempli\u010bi ta&#8217; \u0120esu&#8217;.&#8221;<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>L-EPIFANIJA TAL-MULEJ &#8211; 8 TA&#8217; JANNAR &#8211; ta\u0127dita minn Fr. Reno Muscat X&#8217;inhu l-universali\u017cmu? Hemm tlett termini li huma frott tal-universali\u017cmu. &#8220;Global village&#8221;. Nisimg\u0127u din l-espressjoni li bdiet permezz ta&#8217; <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":5391,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[165,37,184,23],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5385"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5385"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5385\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5396,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5385\/revisions\/5396"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/5391"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5385"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5385"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5385"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}