{"id":5405,"date":"2017-02-04T09:55:16","date_gmt":"2017-02-04T08:55:16","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=5405"},"modified":"2017-02-05T20:00:52","modified_gmt":"2017-02-05T19:00:52","slug":"james-borg-cumbo-zaghzugh-tas-sena-2016","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/james-borg-cumbo-zaghzugh-tas-sena-2016\/","title":{"rendered":"James Borg Cumbo &#8211; \u017bAG\u0126\u017bUG\u0126 TAS-SENA 2016"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">Il-Premju \u017bag\u0127\u017cug\u0127 tas-Sena 2016 organizzat mill-Moviment Ker\u0177gma din is-sena intreba\u0127 minn James Borg Cumbo minn San Gwann.\u00a0 Ir-rebbie\u0127 tal-premju, li huwa sponsorjat minn APS Bank, \u0121ie m\u0127abbar mill-President tal-Moviment Ker\u0177gma, is-Sinjura Bernice Micallef.\u00a0 Ing\u0127ata wkoll \u010aertifikat ta\u2019 Rikonoxximent Spe\u010bjali lil Sara Portelli minn Birkirkara g\u0127ax-xog\u0127ol volontarju li wettqet favur il-kultura tal-\u0127ajja spe\u010bjalment g\u0127al dawk li m\u2019g\u0127andomx vu\u010bi kif ukoll g\u0127al \u0127idma tag\u0127ha fi \u0127dan il-Komunit\u00e0 Fran\u0121iskana.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-pre\u017centazzjoni tat-trofew saret mill-E\u010b\u010bellenza Tag\u0127ha Marie-Louise Coleiro Preca, President ta\u2019 Malta, fi tmiem ta\u2019 quddiesa li saret fil-Knisja ta\u2019 San Duminku r-Rabat, il-\u0120img\u0127a, 3 ta&#8217; Frar 2017.\u00a0 Pre\u017centi wkoll g\u0127al din i\u010b-\u010berimonja kien hemm ir-ra\u0121el tal-President is-Sur Edgar Preca, il-Prof. Emanuel P. Delia, \u010aermen tal-APS Bank li sponsorjaw l-okka\u017c\u017cjoni, s-Sinjura Bernice Micallef, President tal-Moviment Ker\u0177gma, Dr George Hyzler \u010aerman tal-Board tal-G\u0127a\u017cla u mistednin o\u0127ra.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">James Borg Cumbo huwa\u00a0 \u017cg\u0127a\u017cug\u0127 ta\u2019 25 sena minn San Gwann ja\u0127dem ma\u2019 kumpanija tal-insurance.\u00a0 Fl-2012, James mar ma\u2019 s\u0127abu g\u0127al youth exchange \u0121ewwa l-Fillandja.\u00a0 Hawn il-parte\u010bipanti kienu m\u0127e\u0121\u0121a jirriflettu fuq ir-realtajiet tal-\u0127ajja li hinn minn xtutna u g\u0127alhekk tkebbset \u0121ewwa fihom il-\u0127ajra li jag\u0127mlu esperjenza missjunarja.\u00a0 Minn hawn nibtet l-idea ta\u2019 Karibu! Malta (Karibu tfisser Mer\u0127ba bis-Swahili).<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">James kien involut f\u2019dan il-pro\u0121ett biex i\u0127ajru \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 imorru l-Kenja ta\u0127t skema tal-Youth in Action i\u017cda l-applikazzjoni g\u0127al fondi ma \u0121ietx milquha.\u00a0 I\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 li kienu nteressati jag\u0127mlu din l-esperjenza g\u0127alhekk idde\u010bidew li ma kienx hemm triq o\u0127ra \u0127lief li jmorru xorta wa\u0127da u j\u0127allsu l-flus min buthom.\u00a0 James dak i\u017c-\u017cmien kien segretarju tal-grupp u kien responsabbli g\u0127al \u0121bir tar-rekords lokali kif ukoll fl-ippjanar tal-attivitajiet g\u0127at-tfal fil-Kenja.\u00a0 G\u0127amlu kuntatt mal-Ar\u010bisqof Emanuel Barbara fil-Kenja, u f\u2019Awwissu tal-2013 il-grupp mar f\u2019dan il-pajji\u017c u minn hawn bdew l-esperjenzi ta\u2019 Karibu! Malta.\u00a0 G\u0127amlu xog\u0127ol ta\u2019 manteniment \u0121enerali, attivitajiet mat-tfal u sso\u010bjalizzaw man-nies lokali tal-Malindi u xi villa\u0121\u0121i o\u0127ra fil-vi\u010bin.\u00a0 Fl-istess \u0127in raw x\u2019pro\u0121etti setg\u0127u jag\u0127mlu g\u0127all-futur.\u00a0 Hawn James tkellem mat-tfal biex jara kif kienu j\u0127ossuhom u verament x\u2019jixtiequ.\u00a0 Ra d-differenza bejn dak li jkunu jridu tfal Maltin u dawk tal-Kenja li xtaqu affarijiet ba\u017ci\u010bi tal-\u0127ajja.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-grupp kien tant ma\u0127kum mill-impatt ta\u2019 din l-esperjenza spe\u010bjalment meta rritornaw g\u0127al kumditajiet ta\u2019 djarhom, li dde\u010bidew li din \u017cgur ma kienitx se tkun esperjenza ta\u2019 darba biss u g\u0127alhekk waqqfu kumitat apposta, b\u2019James jin\u0127atar President.\u00a0 Huwa kien responsabbli li jfassal pjan ta\u2019 attivitajiet matul is-sena kollha g\u0127al \u0121bir ta\u2019 flus u kif l-a\u0127jar li jintefqu.\u00a0 In\u0127olqu esperjenzi ta\u2019 team-building g\u0127all-parte\u010bipanti, ippjanaw il-mawra tal-2014 u l-komunikazzjoni kontinwa ma\u2019 l-Ar\u010bisqof Barbara.\u00a0 Din id-darba marru Ruiru u James u l-voluntiera l-o\u0127ra qag\u0127du g\u0127and is-sorijiet tal-Qalb ta\u2019 \u0120es\u00f9.\u00a0 Hawn it-tfal kienu ji\u0121u kuljum kif ukoll in-nies tat-triq.\u00a0 Il-grupp Malti kien jg\u0127in fit-tisjir u tqassim tal-ikel u l-finanzjament tieg\u0127u.\u00a0 G\u0127at tfal din id-dar kienet l-unika speranza g\u0127alihom.\u00a0 Karibu! Malta ffinanzjat ukoll k\u010bina \u0121dida sabiex it-tfal setg\u0127u wkoll jitg\u0127allmu jsajru.\u00a0 Apparti minn hekk sar xog\u0127ol ta\u2019 tqejid ta\u2019 madum fil-knisja tal-vi\u010bin.\u00a0 Sar ukoll ristrutturar tal-iskola St. Theresa Nuzzo.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fl-2015 u fl-2016 ix-xog\u0127ol kien ikkon\u010bentrat \u0121ewwa Kipangajeni, villa\u0121\u0121 li jinsab fil-periferija ta\u2019 Malindi.\u00a0 \u0120iet mibnija u ffinanzjata wkoll l-ewwel binja mag\u0127mula mill-\u0121ebel li tintu\u017ca b\u0127ala kappella, kif ukoll g\u0127al attivitajiet varji b\u0127al edukazzjoni g\u0127an-nisa, skola g\u0127at-tfal \u017cg\u0127ar u post fejn jiltaqg\u0127u r-residenti tal-villa\u0121\u0121.\u00a0 Bnewlhom ukoll l-ewwel toilet pubbliku.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fl-2016 tkompla dan il-pro\u0121ett billi \u017ciedu 2 kmamar li se jintu\u017caw b\u0127ala klassijiet u 2 kmamar i\u017cg\u0127ar b\u0127ala uffi\u010bini g\u0127al-g\u0127alliema.\u00a0 Saru wkoll \u017cew\u0121 toilets o\u0127ra pubbli\u010bi kif ukoll bnew kanal madwar is-sala \u0127alli jkollhom a\u010b\u010bess g\u0127al ilma nadif mix-xita.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">James s\u2019issa mar il-Kenja erbg\u0127a snin wara xulxin u qed jippana o\u0127ra g\u0127al-Lulju 2017.\u00a0 Din id-darba se jinbeda pro\u0121ett ta\u2019 3 snin \u0121ewwa Mbaoni, villa\u0121\u0121 ie\u0127or l-barra \u0127afna mi\u010b-\u010bentru ta\u2019 Malindi u li g\u0127alhekk ir-ri\u017corsi tieg\u0127u huma \u0127afna limitati.\u00a0 Karibu! Malta di\u0121\u00e0 introdu\u010ba ru\u0127u mag\u0127hom bil-bini ta\u2019 bore-hole.\u00a0 L-iskola trid tinbena mill-\u0121did peress li dik li g\u0127andhom hija mag\u0127mula minn zkuk iddeterjorati u m\u2019g\u0127andomx bankijiet g\u0127at-tfal li jog\u0127qodu bilqeg\u0127da fl-art.\u00a0 Peress li l-villa\u0121\u0121 huwa kbir, hemm b\u017conn ta\u2019 11-il klassi, 3 uffi\u010bini amministrattivi u 5 toilet pits.\u00a0 Ir-residenti jixtiequ wkoll knisja li tintu\u017ca wkoll b\u0127al post fejn jiltaqg\u0127u b\u0127ala komunit\u00e0 kif ukoll isservi g\u0127all-edukazzjoni tan-nisa.\u00a0 L-ispi\u017ca ta\u2019 dan il-pro\u0121ett kollu hija stmata li tla\u0127\u0127aq g\u0127al \u20ac90,000.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ir-rwol ta\u2019 James b\u0127ala president huwa li bl-g\u0127ajnuna tal-membri l-o\u0127ra, l-ewwel jag\u0127\u017clu voluntiera addatati g\u0127ax-xog\u0127ol u li jkunu kapa\u010bi ja\u0127dmu b\u0127ala tim.\u00a0 Wara jorganizzalhom laqg\u0127at regolari biex jippreparawhom sewwa g\u0127al dak li se jsibu fil-Kenja u x\u2019ikun mistenni minnhom.\u00a0 Fl-istess \u0127in James jibda jinnegozja g\u0127al-a\u0127jar prezzijiet tal-ivja\u0121\u0121ar u biex ikunu jistg\u0127u jtellg\u0127u kemm jista\u2019 jkun bagalji biex jimlewhom bil-\u0127wejje\u0121 g\u0127at-tfal.\u00a0 Jibdew ukoll l-attivitajiet g\u0127al \u0121bir ta\u2019 flus g\u0127all-pro\u0121etti, normalment wa\u0127da kull xahar.\u00a0 James jikkuntattja nies biex i\u0121ib sponsorships, japplika g\u0127all-permessi ne\u010bessarji u jqassam ix-xog\u0127ol lil-parte\u010bipanti biex jintla\u0127qu l-aspettattivi tag\u0127hom biex kul\u0127add i\u0127ossu parti mill-pro\u0121ett, u fl-stess \u0127in jara li x-xog\u0127ol isir kollu.\u00a0 I\u017comm ukoll kuntatt kontinwu mal-Malindi biex jara li kollox g\u0127adu g\u0127addej sew u li l-Ar\u010bisqof tal-Malindi u l-assistenti tieg\u0127u qed jie\u0127du \u0127sieb il-permessi ne\u010bessarji.\u00a0 Lokalment jag\u0127mel kuntatti mad-dipartiment tas-Sa\u0127\u0127a biex il-parte\u010bipanti jie\u0127du t-tilqim ne\u010bessarju u fl-istess \u0127in i\u017comm rekords ta\u2019 xi kundizzjonijiet ta\u2019 sa\u0127\u0127a spe\u010bjali tal-parte\u010bipanti biex ji\u017cgura s-sa\u0127\u0127a tag\u0127hom waqt l-esperjenza.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-pro\u0121ett \u0121ewwa Mboani huwa bla dubju l-akbar pro\u0121ett li qatt da\u0127lu g\u0127alih Karibu! Malta u James g\u0127andu fidu\u010bja li bis-sapport kontinwu tal-\u0121enero\u017cit\u00e0 tal-Maltin flimkien max-xog\u0127ol tal-grupp, jirnexxielhom jag\u0127mluh u minn hemm ikomplu j\u0127arsu l-quddiem.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">I\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 nominati g\u0127al dan il-Premju kienu: James Borg Cumbo minn San Gwann, Alan Joseph Buhagiar minn Ha\u017c-\u017babbar, Fabio Cini mi\u017c-\u017bebbu\u0121 G\u0127awdex, Sarah Magro mill-Birgu, Mellieha Youth u Sara Portelli minn Birkirkara.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dan it-trofew jing\u0127ata kull sena f\u2019\u0121ie\u0127 il-mejjet Dr Rudolph Saliba li kien l-ewwel president tal-Moviment Ker\u0177gma.\u00a0 L-E\u010b\u010bellenza Tag\u0127ha Marie-Louise Coleiro Preca fer\u0127et lill-rebbie\u0127 u lill-finalisti l-o\u0127ra u l-Moviment Kerygma g\u0127all-organizzazzjoni ta&#8217; dan l-avveniment annwali fejn jesponu il-\u0127idma volontarja ta&#8217; tant \u017cg\u0127a\u017cag\u0127.\u00a0\u00a0 Hija qalet li x-xog\u0127ol li wettqu dawn i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 u \u0127afna o\u0127ra, jag\u0127tuha inkora\u0121\u0121iment u fidu\u010bja fis-socjeta\u2019 Maltija u hemm b\u017conn li dawn i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 ikomplu ikaxkru \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 o\u0127ra biex ikomplu ikabbru l-\u0121id li qed jag\u0127mlu kemm f\u2019Malta u f\u2019pajji\u017ci o\u0127ra spe\u010bjalment fl-Afrika.\u00a0 Hija sejj\u0127et dawn i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 b\u0127ala l-<em>peace builders<\/em> tal-komunita\u2019 tag\u0127na u kienu qed jag\u0127tu lezzjoni li dawk in-nies li qed jinqdew bil-bi\u017ca biex imexxu messa\u0121\u0121i skorretti ta\u2019 bi\u017ca fil-konfront ta\u2019 nies li g\u0127andhom b\u017conn ir-rispett u dinjita\u2019. \u00a0Ma jistax ikollna tensjonijiet so\u010bjali g\u0127ax dawn qeg\u0127din hawn.\u00a0 Dawn il-Maltin huma nies li g\u0127alkemm ma jiddejjqux ida\u0127\u0127lu idejhom fil-but biex jg\u0127inu l-missjoni, meta jaraw xi \u0127add minn dawn in-nies f&#8217;pajji\u017cna, jarawh b\u0127al xi \u0127add ta\u2019 barra minn hawn.\u00a0 G\u0127alhekk hemm b\u017conn li jkun hemm xi \u0127add li jwassal il-verita\u2019 ta\u2019 dawn is-sitwazzjonijiet ta\u2019 \u0127lejjaq t\u2019Alla li qed ja\u0127arbu minn gwerrer, faqar u \u0121u\u0127 u jing\u0127ataw rispett, dinjita\u2019 u l-id tal-\u0127biberija li dawn i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 b\u2019qalb imfawwra b\u2019im\u0127abba u solidarjeta\u2019 kienu qed jag\u0127tu.\u00a0 G\u0127alhekk irringrazzjathom u qalet li hi kburija biex xog\u0127ol li kienu qed jag\u0127mlu b\u0127ala <em>peace-builders<\/em> u \u0127e\u0121\u0121ithom iwasslu messa\u0121\u0121i ta\u2019 din il-verita\u2019 fl-ambjent lokali.<\/p>\n\n\t\t<style type=\"text\/css\">\n\t\t\t#gallery-2 {\n\t\t\t\tmargin: auto;\n\t\t\t}\n\t\t\t#gallery-2 .gallery-item {\n\t\t\t\tfloat: left;\n\t\t\t\tmargin-top: 10px;\n\t\t\t\ttext-align: center;\n\t\t\t\twidth: 33%;\n\t\t\t}\n\t\t\t#gallery-2 img {\n\t\t\t\tborder: 2px solid #cfcfcf;\n\t\t\t}\n\t\t\t#gallery-2 .gallery-caption {\n\t\t\t\tmargin-left: 0;\n\t\t\t}\n\t\t\t\/* see gallery_shortcode() in wp-includes\/media.php *\/\n\t\t<\/style>\n\t\t<div id='gallery-2' class='gallery galleryid-5405 gallery-columns-3 gallery-size-thumbnail'><dl class='gallery-item'>\n\t\t\t<dt class='gallery-icon landscape'>\n\t\t\t\t<a href='https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/DSC7240-6x4a_web.jpg'><img width=\"275\" height=\"200\" src=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/DSC7240-6x4a_web-275x200.jpg\" class=\"attachment-thumbnail size-thumbnail\" alt=\"\" decoding=\"async\" aria-describedby=\"gallery-2-5400\" loading=\"lazy\" srcset=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/DSC7240-6x4a_web-275x200.jpg 275w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/DSC7240-6x4a_web-150x110.jpg 150w\" sizes=\"(max-width: 275px) 100vw, 275px\" \/><\/a>\n\t\t\t<\/dt>\n\t\t\t\t<dd class='wp-caption-text gallery-caption' id='gallery-2-5400'>\n\t\t\t\tThe President of Malta awarding the Youth of the Year Trophy to James Borg Cumbo.  Dr George Hyzler LL.D, Chairman of the independent Selection Board is In the background .\nPhoto: Robert Soler\n\t\t\t\t<\/dd><\/dl><dl class='gallery-item'>\n\t\t\t<dt class='gallery-icon landscape'>\n\t\t\t\t<a href='https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/DSC7249-6x4a_web.jpg'><img width=\"275\" height=\"200\" src=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/DSC7249-6x4a_web-275x200.jpg\" class=\"attachment-thumbnail size-thumbnail\" alt=\"\" decoding=\"async\" aria-describedby=\"gallery-2-5401\" loading=\"lazy\" srcset=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/DSC7249-6x4a_web-275x200.jpg 275w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/DSC7249-6x4a_web-150x110.jpg 150w\" sizes=\"(max-width: 275px) 100vw, 275px\" \/><\/a>\n\t\t\t<\/dt>\n\t\t\t\t<dd class='wp-caption-text gallery-caption' id='gallery-2-5401'>\n\t\t\t\tThe President of Malta H.E. Marie Louise Coleiro Preca, Mr Edgar Preca and the 6 finalists of this year\u2019s award.\nLeft to right: Alan Joseph Buhagiar, Fabio Cini, Sara Portelli, James Borg Cumbo, Sarah Magro and Andrea Bartolo on behalf of Mellieha Youth. \nPhoto: Robert Soler\n\t\t\t\t<\/dd><\/dl><dl class='gallery-item'>\n\t\t\t<dt class='gallery-icon portrait'>\n\t\t\t\t<a href='https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/James-Borg-Cumbo-1_web.jpg'><img width=\"275\" height=\"200\" src=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/James-Borg-Cumbo-1_web-275x200.jpg\" class=\"attachment-thumbnail size-thumbnail\" alt=\"\" decoding=\"async\" aria-describedby=\"gallery-2-5402\" loading=\"lazy\" srcset=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/James-Borg-Cumbo-1_web-275x200.jpg 275w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/James-Borg-Cumbo-1_web-150x110.jpg 150w\" sizes=\"(max-width: 275px) 100vw, 275px\" \/><\/a>\n\t\t\t<\/dt>\n\t\t\t\t<dd class='wp-caption-text gallery-caption' id='gallery-2-5402'>\n\t\t\t\tThe winner of this year&#8217;s award \u2013 Mr James Borg CumboPhoto: Robert Soler\n\t\t\t\t<\/dd><\/dl><br style=\"clear: both\" \/>\n\t\t<\/div>\n\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-Premju \u017bag\u0127\u017cug\u0127 tas-Sena 2016 organizzat mill-Moviment Ker\u0177gma din is-sena intreba\u0127 minn James Borg Cumbo minn San Gwann.\u00a0 Ir-rebbie\u0127 tal-premju, li huwa sponsorjat minn APS Bank, \u0121ie m\u0127abbar mill-President tal-Moviment Ker\u0177gma, <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":5400,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"gallery","meta":{"footnotes":""},"categories":[84,147],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5405"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5405"}],"version-history":[{"count":6,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5405\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5412,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5405\/revisions\/5412"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/5400"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5405"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5405"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5405"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}