{"id":5422,"date":"2017-02-19T08:26:15","date_gmt":"2017-02-19T07:26:15","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=5422"},"modified":"2017-02-19T08:26:15","modified_gmt":"2017-02-19T07:26:15","slug":"imhabba-gratwita-prayer-cafe-17-ta-frar-2017","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/imhabba-gratwita-prayer-cafe-17-ta-frar-2017\/","title":{"rendered":"Im\u0127abba Gratwita &#8211; Prayer Caf\u00e8 &#8211; 17 ta\u2019 Frar 2017"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">7 \u0126add matul is-Sena. Sena A.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><a href=\"http:\/\/www.cakmalta.org\/jumilmulej\/NEW%20web\/pdfs\/SENA%20A\/7HMSA.pdf\">Levitiku 19: 1-2, 17-18; Salm 102; 1 Kor 3: 16-23; Mattew 5: 38-48<\/a><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kemm-il darba niltaqg\u0127u ma\u2019 persuna\u0121\u0121i fl-evan\u0121elji li \u0120es\u00f9 meta ltaqa\u2019 mag\u0127hom qalilhom \u2018dnubietek ikunu ma\u0127fura\u2019. Il-parabbola tal-Iben il-\u0126ali twasslilna \u0127afna sentimenti b\u0127all-ma\u0127fra, im\u0127abba, stennija, \u0121ustizzja, prefernzi u suppervja fost l-o\u0127rajn. Forsi l-ma\u0127fra sin\u010biera hija l-akbar wa\u0127da li to\u0127ro\u0121 bil-qawwa g\u0127alina. It-talb \u017cgur li jg\u0127inna biex nirb\u0127u dawk il-mumenti mudlama li fihom ma nkunux nistg\u0127u naslu g\u0127all-ma\u0127fra li t\u0127allina nkomplu ng\u0127ixu \u0127ajjitna b\u2019mod kostruttiv. Il-kelliem tal-laqg\u0127a semma kif il-Papa Fran\u0121isku qal li l-ag\u0127ar \u0127a\u0121a li nag\u0127mlu meta nkunu ttentati hija li nid\u0127lu fi djalogu max-xitan. Il-Papa semma l-e\u017cempju ta\u2019 Eva li tkellmet u ddjalogat max-xitan fil-\u0121nien tal-Eden; u dan wassalha biex taqa\u2019 g\u0127alih. Mentri b\u2019mod oppost insibu lil \u0120es\u00f9 li meta \u0121ie ttentat fid-de\u017cert huwa ma kompliex u ma tkellimx max-xitan. \u0120es\u00f9 ikkowatalu l-Kelma t\u2019Alla fl-Iskrittura u waqaf hemm. Bit-talb g\u0127alhekk inkunu qeg\u0127din nitolbu u nitkellmu ma\u2019 Alla li jwassalna biex neg\u0127lbu dak li jkun qieg\u0127ed ifixkilna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><img decoding=\"async\" loading=\"lazy\" width=\"500\" height=\"281\" class=\"alignright size-full wp-image-3941\" src=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2015\/03\/03_Jesus_Dies_small.jpg\" alt=\"03_Jesus_Dies_small\" srcset=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2015\/03\/03_Jesus_Dies_small.jpg 500w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2015\/03\/03_Jesus_Dies_small-300x169.jpg 300w\" sizes=\"(max-width: 500px) 100vw, 500px\" \/>L-evan\u0121elju tal-\u0126add li \u0121ej huwa parti mid-diskors tal-muntanja. Huwa van\u0121elu iebes li forsi jdarrasna, per\u00f3 dak huwa li g\u0127allimna \u0120es\u00f9. L-akbar e\u017cempju ta\u2019 dan \u0120es\u00f9 tah fuq is-salib. \u0120es\u00f9 qieg\u0127ed jg\u0127idilna biex in\u0127obbu lill-g\u0127adu tag\u0127na. Fuq is-salib huwa qal: \u201cA\u0127frilhom g\u0127ax ma jafux x\u2019inhuma jag\u0127mlu.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120es\u00f9 jg\u0127idilna li ma \u0121iex biex jibdel il-li\u0121i imma biex jipperfezzjonaha. Fil-ktieb tal-Levitiku li fih il-li\u0121ijiet li kienu ju\u017caw il-poplu Lhudi insibu kif azzjoni \u0127a\u017cina kienet twassal g\u0127al azzjoni \u0127a\u017cina o\u0127ra bi tpattija; kienet tpattija ta\u2019 g\u0127ajn g\u0127al g\u0127ajn u sinna g\u0127al sinna.(Ma kinitx risposta u azzjoni \u0127a\u017cina akbar mill-azzjoni ir\u010bevuta). \u0120es\u00f9 per\u00f3 qed jg\u0127id xi \u0127a\u0121a differenti; dik li npattu azzjoni jew nirrea\u0121ixxu azzjoni \u0127a\u017cina b\u2019wa\u0127da tajba. Hekk ma tkunx qieg\u0127ed ta\u0121ixxi bl-istint impulsiv tieg\u0127ek imma bil-kmandament il-\u0121did tal-im\u0127abba ta\u2019 \u0120es\u00f9. \u0120es\u00f9 qieg\u0127ed jurina li l-vendetta mhux tan-nisrani. San \u0120or\u0121 Preca kien isemmi \u0127afna l-manswetudni li tfisser il-ma\u0127fra tal-g\u0127edewwa. G\u0127andna n\u017commu quddiem g\u0127ajnejna li dan huwa pro\u010bess fit-triq tal-perfezzjoni. L-azzjonijiet tag\u0127na mhuma xejn \u0127lief pass f\u2019din it-triq; \u017cgur li mhux se naslu mill-ewwel imma rridu nkunu kapa\u010bi nag\u0127mlu pass wara pass.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">A\u0127na ulied il-Missier u min\u0127abba li hu j\u0127obb ming\u0127ajr distinzjoni, a\u0127na rridu nkunu b\u0127alu u nkunu kapa\u010bi sa\u0127ansitra n\u0127obbu l-g\u0127edewwa tag\u0127na. Alla ji\u0121ri wara l-midneb u wara min offendieh.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dan allura jfisser li nkunu \u0121wejfa u ma nirrea\u0121ixxux g\u0127al dak li ji\u0121rilna? Lanqas xejn. Waqt il-pro\u010bess ta\u2019 \u0120es\u00f9 fil-passjoni, il-qaddej qal lil \u0120es\u00f9 \u201chekk twie\u0121eb lill-qassis il-kbir?\u201d, u tah daqqa ta\u2019 \u0127arta. \u0120es\u00f9 kif irrea\u0121ixxa? B\u2019mod vjolenti? Le. \u0120es\u00f9 rrispondieh u qallu: \u201cJekk g\u0127edt is-sewwa, g\u0127alfejn qed terfa\u2019 jdejk fuqi?\u201d Ma kienx aggressiv u \u0127allas bl-istess munita. \u0120es\u00f9 ma we\u0121ibx bi stqarrija imma wie\u0121eb b\u2019mistoqsija fejn meta twie\u0121eb hekk tkun bdejt pro\u010bess li forsi jwassal biex dak li g\u0127amel l-azzjoni ja\u0127seb fuq g\u0127emilu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Papa Fran\u0121isku qal li jekk bl-im\u0127abba ji\u0121u l-ulied, hekk bil-ma\u0127fra inkunu qeg\u0127din inqajjmu lil xi \u0127add mill-mewt; dik spiritwali. A\u0127na rridu nkunu xhieda ta\u2019 dak li nemmnu bil-mod tal-\u0127ajja tag\u0127na. Il-kelliem semma lill-Kardinal Van Thuan li kien mitfug\u0127 il-\u0127abs fil-Vjetnam g\u0127al 13-il sena. L-g\u0127assiesa tieg\u0127u kienu jistaqsuh jekk jobg\u0127odhomx. Huwa kien jg\u0127idilhom le, anke le g\u0127al tpattija kieku jo\u0127ro\u0121 mill-\u0127abs. L-g\u0127assiesa stess \u0121ew perswa\u017ci bil-\u0127ajja tieg\u0127u tant li kienu jbiddlu l-g\u0127assiesa \u0127alli ma ji\u0121ux influwenzati minnu. Huwa g\u0127ex il-virtujiet b\u2019mod erojku fejn \u0127abb sa\u0127ansitra lil dawk li kienu j\u017commuh fil-\u0127abs.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Papa Fran\u0121isku qal kemm-il darba li a\u0127na mdorrija nobog\u0127du, rridu nkunu dejjem minn fuq, inwie\u0121bu t-tg\u0127ajjir b\u2019tg\u0127ajjir u mdorrija nitg\u0127ajjru qisna qed ng\u0127idu lil xulxin l-g\u0127odwa t-tajba. Dan l-evan\u0121elju jfissrilna li mill-\u0121ustizzja kif kienu jifhmuha l-Fari\u017cej qeg\u0127din ng\u0127addu g\u0127all-\u0121ustizzja differenti tas-saltna t\u2019Alla. Din il-\u0121ustizzja qed turina kif a\u0127na nitilg\u0127u fuq il-muntanja tal-Beatitudnijiet. F\u2019dan id-diskors tal-muntanja, \u0120es\u00f9 kien qieg\u0127ed jipprietka l-li\u0121i l-\u0121dida, il-li\u0121i tal-im\u0127abba. Huma kien mo\u0127\u0127hom fl-irqaqat u kienu qed jaraw lil \u0120es\u00f9 jo\u0127dilhom il-poter u l-kontroll. Ma kienx qieg\u0127ed jag\u0127mel dan bil-vjolenza imma bl-im\u0127abba.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><div class=\"creativ-shortcode creativ-shortcode-pullright creativ-shortcode-pullright-colour-red\">Alla \u0127alaqna xbiha tieg\u0127u u huwa g\u0127alhekk li rridu nemmnu fl-im\u0127abba gratwita u totali<\/div>G\u0127alhekk dan ifisser li a\u0127na rridu ninqatg\u0127u mill-osservanza tal-li\u0121i we\u0127idha. Apparti mil-li\u0121i a\u0127na rridu ning\u0127ataw anke lill-g\u0127adu bla ma jistenna xejn lura. Ma rridux nistennew il-premju tal-azzjoni tajba li qed nag\u0127mlu. Il-premju tieg\u0127i imur lil hinn u l-\u0127ajja tinbidel u l-Ispirtu tieg\u0127i jg\u0127addi g\u0127al \u0127ajja differenti. It-talb u l-fidu\u010bja fl-Ispirtu s-Santu jg\u0127inna biex no\u0127or\u0121u minn dawn il-\u0127afna spirali ta\u2019 vjolenza u li\u0121ijiet li jekk ma ninquflhomx jirkbuna u ji\u0127dulna l-kontroll tal-\u0127ajja tag\u0127na.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120es\u00f9 jag\u0127tina dawn l-erba\u2019 su\u0121\u0121erimenti: 1)meta xi \u0127add jag\u0127tik daqqa ta\u2019 \u0127arta fuq \u0127addek tal-lemin, dawwarlu l-ie\u0127or ukoll; 2)jekk xi \u0127add itellg\u0127ek il-qorti u je\u0127odlok il-libsa, tih ukoll il-mantar; 3)min jitolbok timxi mieg\u0127u mil, imxi mieg\u0127u tnejn; 4)lil min tislef, titlobulux lura. Dawn jidhru iebsin imma juruna li m\u2019g\u0127andniex nibqg\u0127u passivi.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Alla \u0127alaqna xbiha tieg\u0127u u huwa g\u0127alhekk li rridu nemmnu fl-im\u0127abba gratwita u totali; u nag\u0127mlu dan fid-dawl li Alla di\u0121\u00e1 g\u0127amel hekk mag\u0127na permezz ta\u2019 Ibnu \u0120es\u00f9 li huwa, il-Missier, bag\u0127at fostna.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>7 \u0126add matul is-Sena. Sena A. Levitiku 19: 1-2, 17-18; Salm 102; 1 Kor 3: 16-23; Mattew 5: 38-48 Kemm-il darba niltaqg\u0127u ma\u2019 persuna\u0121\u0121i fl-evan\u0121elji li \u0120es\u00f9 meta ltaqa\u2019 mag\u0127hom <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":2696,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[165,192,59,184],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5422"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5422"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5422\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5424,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5422\/revisions\/5424"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/2696"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5422"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5422"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5422"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}