{"id":5429,"date":"2017-02-28T14:49:06","date_gmt":"2017-02-28T13:49:06","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=5429"},"modified":"2017-02-28T15:07:21","modified_gmt":"2017-02-28T14:07:21","slug":"kul-u-tpaxxa-prayer-cafe-24-ta-frar-2017","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/kul-u-tpaxxa-prayer-cafe-24-ta-frar-2017\/","title":{"rendered":"Kul u Tpaxxa? &#8211; Prayer Caf\u00e8 &#8211; 24 ta\u2019 Frar 2017"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\"><strong>IT-TMIEN \u0126ADD TA\u2019 MATUL IS-SENA \u2013 26 ta\u2019 Frar 2017.<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127a bdiet billi il-kelliem po\u0121\u0121a \u017cew\u0121 mistoqsijiet. L-ewwel wa\u0127da kienet:<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em><strong>X\u2019nifhmu meta ng\u0127idu bniedem li rnexxa? <\/strong><\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fost it-twe\u0121ibiet kien hemm min qal li Kristu nrexxa, g\u0127alkemm spi\u010b\u010ba mdendel ma\u2019 salib. Imma \u0121eneralment meta ssemmi su\u010b\u010bess tifhem poter, karriera, flus, et\u010b. It-tieni\u00a0 mistoqsija kienet:<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em><strong>Xi tfisser \u0127biberija?<\/strong><\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">G\u0127al din kien hemm diversi risposti, b\u0127al fidu\u010bja, im\u0127abba, sin\u010berita\u2019, sapport, onesta\u2019, pa\u010bi.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Imbag\u0127ad inqara l-Ewwel Qari u l-Van\u0121elu tal-\u0126add. Wara kien hemm ftit \u0127in ta\u2019 riflessjoni. <strong><em>G\u0127aliex \u0120esu\u2019 qed ikun daqshekk iebes f\u2019dan il-van\u0121elu?<\/em><\/strong> Wara kollox, \u201cming\u0127ajr flus la tg\u0127annaq u lanqas tbus\u201d. \u0120esu\u2019 hu \u010bar u radikali, kemm f\u2019dan il-van\u0121elu u dak tal-\u0121img\u0127a l-o\u0127ra. Ma tistg\u0127ax taqdi lil Alla u lil flus. A\u0127na nag\u0127mlu \u0127afna kompromessi, u anke sku\u017ci l-ikar validi, b\u0127al familja, et\u010b. G\u0127aliex qed jg\u0127id <strong><em>hekk \u0120esu\u2019? X\u2019inhu l-effett tal-\u0121id materjali? <\/em><\/strong>Risposta g\u0127al din kienet li trid ta\u0127dem, taqla\u2019 l-flus biex tmantni l-familja. Trid tag\u0127mel ir-rwol tieg\u0127ek imma anke ta\u0127seb fl-o\u0127rajn. Ma rridux nag\u0127mlu b\u0127al ma kienu g\u0127amlu xi w\u0127ud fi \u017cmien San Pawl \u2013 qag\u0127du b\u2019idejhom fuq \u017caqqhom. San Pawl stess qal: \u201cMin ma ja\u0127dimx m\u2019g\u0127andux dritt jiekol\u201d. Il-\u0121id isir \u0127a\u017cin meta ji\u0121i u\u017cat \u0127a\u017cin, b\u0127al, per e\u017cempju l-internet, li fih innifsu hu tajjeb, imma jista\u2019 jsir ta\u2019 xkiel.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-problema tal-\u0121id materjali hu li jag\u0127laqna \u2013 isir ossessjoni \u2013 min g\u0127andu dejjem irid. Inqieg\u0127du t-tama tag\u0127na fil-\u0121id, li hu limitat, imbag\u0127ad lil Alla, li Hu infinit, nie\u0127duh \u201cfor granted\u201d.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Papa Fran\u0121isku jitkellem \u0127afna fuq dan is-su\u0121\u0121ett \u2013 ir-rikezzi u l-preokkupazzjonijiet. Isemmi l-parabbola ta\u017c-\u017cerrieg\u0127a. Meta a\u0127na nag\u0127mlu kompromess mal-flus u l-\u0121id materjali nkunu qisna dik i\u017c-\u017cerrieg\u0127a li waqg\u0127et qalb ix-xewk. G\u0127al l-ewwel tinbet, imma x-xewk jo\u0127noqha, g\u0127ax mo\u0127\u0127 il-bniedem jiggranfa ma\u2019 dak li qed jara f\u2019idejh. Jekk il-\u0121id nag\u0127mluh alla tag\u0127na, jaqtg\u0127ana minn kollox. Mhux il-\u0121id biss jag\u0127mel hekk \u2013 il-kumdita\u2019, il-mod kif in\u0127arsu lejn l-emigranti, et\u010b.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120esu\u2019 qalilna: <strong><em>\u201cKunu perfetti b\u0127al ma Hu Missierkom\u201d.<\/em><\/strong> Hawn min jirra\u0121una li l-perfezzjoni mhiex g\u0127al hawn u jieqaf hemm. Irridu nag\u0127mlu pass ie\u0127or, \u0121ieli nitgerbu, imma rridu nqumu u ner\u0121g\u0127u. Ma rridux ninsew, fil-kumdita\u2019 tag\u0127na, li hawn faqar materjali. Hawn \u0127afna diffikultajiet. Imbag\u0127ad hawn min g\u0127andu minn kollox u jinsab wa\u0127du. Is-solitutudni hi tip ta\u2019 faqar kbir. Biex nirnexxu rridu nitg\u0127allmu naqsmu mal-o\u0127rajn, ma norbtux qalbna mal-\u0121id materjali, hu x\u2019inhu. Anke jekk xi \u0127add iwe\u0121\u0121g\u0127ek, ma rridux in\u0127allu dik l-azzjoni torbotlok qalbek u tifniek. Dak li qed jg\u0127id \u0120esu\u2019 hu iebes: <strong><em>\u201cKunu perfetti\u201d<\/em><\/strong>. Din hi l-isfida tal-van\u0121elu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Papa jg\u0127id li wa\u0127da mill-problemi tal-\u0121id hu li jaqtag\u0127na mill-\u0127in, mid-dinja. Jaqtg\u0127ek mill-passat, g\u0127ada \u0127add ma rah, mela kul u tpaxxa! Il-\u0127sieb tal-Papa g\u0127al dan ir-Randan hu mibni fuq il-Parabbola ta\u2019 Lazzru u l-G\u0127ani. Dan tal-a\u0127\u0127ar ma jissemmiex b\u2019ismu. Irridu noqog\u0127du attenti li ma nitilfux l-identita\u2019 tag\u0127na. Inraqqdu l-kuxjenza. Il-kumdita\u2019 fiha nnifisha mhix \u0127a\u017cina, imma rridu noqg\u0127odu g\u0127ajnejna miftu\u0127a u saqajna mal-art. Il-Papa Fran\u0121isku terraq fis-slums, g\u0127amel g\u0127a\u017cla radikali u jaf x\u2019inhuma l-we\u0121g\u0127at tan-nies. Jista\u2019 jekk irid jg\u0127ix fil-lussu, imma mhux hekk. G\u0127alhekk qed ikun skomdu g\u0127al \u010berti nies.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Naslu issa g\u0127at-tieni parti tal-Van\u0121elu. Titkellem fuq l-ansjeta\u2019 u l-bi\u017ca\u2019 tag\u0127na u kif g\u0127andna nirb\u0127uhom bil-fidu\u010bja fil-provvidenza t\u2019Alla. Il-fidu\u010bja hi l-kejl ta\u2019 kemm jien \u0127abib m\u2019Alla. Il-fidu\u010bja til\u0127aq il-milja tag\u0127ha meta lil Alla nag\u0127tihilu bis-s\u0127i\u0127.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127a g\u0127alqet bil-kwotazzjoni minn Santa Tere\u017ca:<\/p>\n<p style=\"text-align: justify; padding-left: 30px;\"><em>T\u0127allix xi jtaqqlek, t\u0127allix xi jbe\u017c\u017cg\u0127ek,<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify; padding-left: 30px;\"><em>Min g\u0127andu \u2018l Alla ma jonqsu xejn.<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify; padding-left: 30px;\"><em>T\u0127allix xi jtaqqlek, t\u0127allix xi jbe\u017c\u017cg\u0127ek,<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify; padding-left: 30px;\"><em>Alla wa\u0127du kollox.<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong><em>Tista\u2019 omm tinsa l-uliedha? Alla ma jinsiek qatt. Din hi l-fidu\u010bja.<\/em><\/strong><\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>IT-TMIEN \u0126ADD TA\u2019 MATUL IS-SENA \u2013 26 ta\u2019 Frar 2017. \u00a0 Il-laqg\u0127a bdiet billi il-kelliem po\u0121\u0121a \u017cew\u0121 mistoqsijiet. L-ewwel wa\u0127da kienet: X\u2019nifhmu meta ng\u0127idu bniedem li rnexxa? Fost it-twe\u0121ibiet kien <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":5434,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[165,118,59,184],"tags":[72,70,71,58],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5429"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5429"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5429\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5435,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5429\/revisions\/5435"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/5434"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5429"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5429"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5429"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}