{"id":5448,"date":"2017-03-14T12:18:54","date_gmt":"2017-03-14T11:18:54","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=5448"},"modified":"2017-03-14T12:18:54","modified_gmt":"2017-03-14T11:18:54","slug":"ir-riforma-fil-knisja-prayer-cafe-10-ta-marzu-2017","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/ir-riforma-fil-knisja-prayer-cafe-10-ta-marzu-2017\/","title":{"rendered":"IR-RIFORMA FIL-KNISJA &#8211; Prayer Caf\u00e8 \u2013 10 ta\u2019 Marzu 2017"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\"><strong>IR-RIFORMA FIL-KNISJA \u2013 ta\u0127dita mis-sur Albert Storace\u00a0<\/strong><\/p>\n<div style=\"width: 374px\" class=\"wp-caption alignright\"><img decoding=\"async\" loading=\"lazy\" class=\"\" src=\"https:\/\/upload.wikimedia.org\/wikipedia\/commons\/thumb\/0\/05\/Col_renaixement_ambit_47_2_big.jpg\/800px-Col_renaixement_ambit_47_2_big.jpg\" width=\"364\" height=\"440\" \/><p class=\"wp-caption-text\">St. Peter and St. Paul (El Greco, 1590-1600)<\/p><\/div>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kien hemm \u0127afna ra\u0121unijiet g\u0127aliex se\u0127\u0127et ir-Riforma. Din \u0121iebet firda kbira bejn l-insara, imma ma kinitx xi \u0127a\u0121a \u0121dida, g\u0127ax sa mill-bidu tal-Knisja kien hemm \u0127afna kwistjonijiet, per e\u017cempju, bejn San Pietru u San Pawl rigward il-mag\u0127mudija lill-Lhud u l-pagani. Kien hemm kwistjonijiet dwar in-natura umana u divina ta\u2019 Kristu; l-ere\u017cija tal-Arjani, li wasslet g\u0127al kun\u010bilju u kredu ie\u0127or \u2013 il-kredu tal-quddiesa; nuqqas ta\u2019 qbil bejn il-knejjes tal-Lvant u l-knejjes tal-Punent.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><div class=\"creativ-shortcode creativ-shortcode-pullright creativ-shortcode-pullright-colour-red\">Kien hemm \u0127afna ra\u0121unijiet \u0121usti g\u0127aliex din se\u0127\u0127et, min\u0127abba \u010berti difetti fil-Knisja.<\/div>Kien hemm \u0127afna li qalu li din ma kinitx riforma imma rivoluzzjoni. Kien hemm \u0127afna ra\u0121unijiet \u0121usti g\u0127aliex din se\u0127\u0127et, min\u0127abba \u010berti difetti fil-Knisja. Il-Knisja\u00a0 hi mag\u0127mula minn bnedmin, u l-perfezzjoni mhux fl-im\u0121ieba tal-bnedmin, imma fit-twemmin, li jibqa\u2019 dejjem l-istess \u2013 dak li hu \u0127a\u017cin jibqa\u2019 dejjem \u0127a\u017cin. Kien hemm abbu\u017ci min\u0127abba politika, ambizzjoni, rebg\u0127a g\u0127al poter u l-flus. Per e\u017cempju, kienet da\u0127let drawwa qalb in-nobbli li t-titlu jmur g\u0127and it-tifel il-kbir biss, u t-tieni wie\u0127ed kienu jsibulu po\u017cizzjoni mportanti fil-Knisja, g\u0127andu jew m\u2019g\u0127andux vokazzjoni. Din\u00a0 saret biex ikollhom iktar kontroll fuq l-artijiet tag\u0127hom u anke tal-Knisja. Din id-drawwa baqg\u0127et isse\u0127\u0127 fi Franza sar-Rivoluzzjoni Fran\u010bi\u017ca. Ir-rebg\u0127a wasslet ukoll biex diversi isqfijiet kien ikollhom \u0127afna djocesijiet. Kienu jda\u0127\u0127lu r-renti, imma joqg\u0127odu fi djo\u010besi wa\u0127da biss, jekk joqg\u0127odu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u00a0Kien hemm \u0127afna tgergir kontra dawn l-abbu\u017ci. Il-frosta bdiet i\u010b\u010baq\u010baq 500 mitt sena ilu, imma kien hemm movimenti fil-\u0120ermanja qabel Luteru, li twieled fl-1483 u beda r-riforma fl-1517, meta kellu 34 sena. F\u2019dik li llum nafuha b\u0127ala r-repubblika \u010aeka, fl-1415, kien hemm\u00a0 predikatur Jan Hus li pprova jag\u0127mel \u010berti riformi \u2013 kien hemm waqtiet fejn esa\u0121era\u2019, imma kien hemm ukoll waqtiet fejn kellu ra\u0121un. Dan spi\u010b\u010ba ma\u0127ruq b\u0127ala eretiku. Kien \u017cmien li ma kontx taf fejn tispi\u010b\u010ba l-awtorita\u2019 tal-Imperu u fejn tibda dik tal-Knisja. Per e\u017cempju, biex jil\u0127aq isqof, kienu jridu jintbag\u0127tu tlett nominazzjonijiet lir-re biex jag\u0127\u017cel hu wie\u0127ed minnhom. Din baqg\u0127et issir hawn Malta sa \u017cmien l-Ingli\u017ci. Kien hemm ukoll l-Ingli\u017c John Wycliffe, li ried li l-quddiesa issir bil-lingwa tal-post, u mhux bil-Latin.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Imbag\u0127ad, fl-1517, Luteru wa\u0127\u0127al lista ta\u2019 95 te\u017ci mal-bieb tal-knisja tal-universita\u2019 ta\u2019 Wittenberg. Qamet ag\u0127a s\u0127i\u0127a. Kien hemm min qal li dan veru ried jaqla\u2019 l-inkwiet. Fost ir-riformi li ried kienet li l-qassisin g\u0127andhom jing\u0127ataw permess ji\u017c\u017cew\u0121u. Wa\u0127da mill-affarijiet li dejjqet lil Luteru kienet li, fi \u017cmien il-Papa Ljun X, li kien waqqa\u2019 l-Ba\u017cilika ta\u2019 San Pietru biex jibni wa\u0127da \u0121dida, bdew jinbieg\u0127u l-indul\u0121enzi biex ida\u0127\u0127lu l-flus g\u0127al bini. Luteru qal li bi\u017c\u017cejjed ikollok il-fidi biex tie\u0127u ndul\u0121enza. F\u2019din il-kwistjoni u dik li isqof ikollu tlett djo\u010besijiet, kellu ra\u0121un. Imma ftit ftit it-tag\u0127lim tieg\u0127u beda jitbieg\u0127ed mill-Knisja. Qal li biex issalva il-Bibbja bi\u017c\u017cejjed. U jekk ikun hemm min jinterpreta \u0127a\u017cin? Per e\u017cempju, riedu jxejnu l-fatt li Kristu Hu l-wild wa\u0127dieni ta\u2019 Marija, g\u0127ax qalu li kellu \u0127utu. Fil-fatt, bl-Aramajk, il-kelma \u201c\u0127utu\u201d tfisser ukoll ku\u0121ini.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Issa l-Papa \u0127aseb li din ta\u2019 Luteru kien nar tat-tiben li jintefa\u2019 malajr. Imma di\u0121a\u2019 kien hemm \u0127afna prin\u010bpijiet li bdew jappo\u0121\u0121jaw lil Luteru, mhux g\u0127ax kellhom interess fir-riforma, imma g\u0127ax kellhom g\u0127ajnejhom fuq l-artijiet tal-Knisja. G\u0127alhekk, meta l-Papa bag\u0127at il-Warda tad-Deheb, li kienet simbolu ta\u2019 rispett, lill-Elettur tas-Sassonja, li kien jipprote\u0121i lil Luteru, dan ra opportunita\u2019 g\u0127alih. Bag\u0127at g\u0127al Luteru biex imur fil-belt ta\u2019 Worms. Imma dan, li kien jaf kif spi\u010b\u010ba Jan Hus, \u0127a skorta mieg\u0127u.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Issa min fejn \u0121iet il-kelma Protestanti? Kien hemm \u0127afna gruppi li bdew ji\u0121\u0121ieldu bejniethom. Fl-I\u017cvizzera tfa\u010b\u010ba Zwingli, u fi Franza nsibu lil Kalvinu. Kollha kellhom idejat differenti, imma kollha riedu riforma, kollha kellhom antipatija u mibg\u0127eda lejn il-Papa u l-Kattoli\u010bi. Fost wa\u0127da mill-ere\u017cijiet li qal Kalvinu kien hemm dik li s-sagramenti tal-mag\u0127mudija u l-Ewkaristija biss huma bi\u017c\u017cejjed. Din ipprovokat lir-Re Enriku VIII tal-Ingilterra biex jikteb \u201cId-Difi\u017ca tas-Sebg\u0127a Sagramenti\u201d fl-1520. G\u0127al dan il-Papa tah it-titlu ta\u2019 Difensur tal-Fidi. Imbag\u0127ad,\u00a0 g\u0127ax il-Papa Klement VII ma riedx jag\u0127tih l-annulament, Enriku VIII \u0121ibed l-Ingilterra kollha mill-fidi Kattolika. Fil-belt ta\u2019 Speyer, fil-\u0120ermanja tal-Punent, kienet saret laqg\u0127a min\u0127abba li \u0127afna pprotestaw knotra l-restrizzjonijiet li g\u0127amlilhom l-Imperatur, g\u0127alhekk bdew jissejj\u0127u \u201cProtestanti\u201d. Dawn ukoll bdew ji\u0121\u0121ieldu bejniethom. Tant kien hemm ta\u0127wid li spiccat biex, jekk Prin\u010bep ikun Protestant, il-poplu wkoll irid ikun Protestant, u jekk ikun Kattoliku, il-poplu wkoll irid ikun Kattoliku.<\/p>\n<div style=\"width: 333px\" class=\"wp-caption alignright\"><img decoding=\"async\" loading=\"lazy\" class=\"\" src=\"https:\/\/upload.wikimedia.org\/wikipedia\/commons\/2\/28\/Council_Trent.jpg\" width=\"323\" height=\"224\" \/><p class=\"wp-caption-text\">Kon\u010bilju ta&#8217; Trentu<\/p><\/div>\n<p style=\"text-align: justify;\">F\u2019dan it-ta\u0127wid kollu, il-Knisja \u0127asset il-b\u017conn li tlaqqa\u2019 Kon\u010bilju. Adrijanu VI di\u0121a\u2019 kellu f\u2019mo\u0127\u0127u dan, imma miet qabel ma ra l-\u0127sieb tieg\u0127u jse\u0127\u0127. Kien il-Papa Pawlu 111 li beda l-Kon\u010bilju ta\u2019 Trentu. Dan dam ikarkar \u0127afna. Kien hemm numru ta\u2019 sessjonijiet u \u0127afna investigazzjonijiet. Il-Knisja ppruvat tirba\u0127 dak li kien mitluf. Dan il-moviment beda jissejja\u0127 il-Kontro Riforma. Twaqqfet ukoll ordni \u0121dida \u2013 dik tal-\u0120i\u017cwiti, minn San Injazju ta\u2019 Loyola. Din \u0121iet approvata fl-1540. Dawn kienu jissej\u0127u s-suldati tal-Knisja. Kellhom ukoll jie\u0127du \u0121urament iktar \u2013 dak ta\u2019 ubbidjenza diretta lejn il-Papa.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fost il-konklu\u017c\u017cjonijiet tal-Kon\u010bilju kien hemm li \u010b-\u010belibat g\u0127andu jibqa\u2019, li ebda isqof ma jista\u2019 jkollu iktar minn benefi\u010b\u010bju wie\u0127ed. Saret riforma fit-t\u0127ejjija g\u0127as-seminaristi biex ikunu ppreparati tajjeb. Twaqqfu sptarijiet, u ospizji g\u0127all-vja\u0121\u0121aturi. Bdew jie\u0127du iktar \u0127sieb tal-orfni, u bdiet ting\u0127ata edukazzjoni lil studenti subien li kienu brillanti imma mhux nobbli. Il-Quddiesa bagg\u0127et bil-Latin, imma beda\u2019 jsir iktar tag\u0127lim tal-lingwa. Peress li parti kbira mill-Ewropa kienet saret Protestanta, twaqqfu missjonijiet biex jirb\u0127u lura dak li kien intilef. Dawk li kienu pprotestaw g\u0127ax kineu ppersegwitati, issa bdew jippersegwitaw huma wkoll. Kien \u017cmien diffi\u010bli \u0127afna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><div class=\"creativ-shortcode creativ-shortcode-pullleft creativ-shortcode-pullleft-colour-red\">dak li sar il-biera\u0127 g\u0127andu effett fuq illum, u dak li jsir illum ikollu effett fuq g\u0127ada<\/div>Illum hemm \u0127afna spirtu ta\u2019 koperazzjoni bejn il-Knejjes. Kull ma qed ji\u0121ri llum\u00a0 ma tistg\u0127ax tie\u0127du f-i\u017colament, g\u0127ax dak li sar il-biera\u0127 g\u0127andu effett fuq illum, u dak li jsir illum ikollu effett fuq g\u0127ada. Kollox sekwenza. L-istorja tirrepeti ru\u0127ha. Irridu niftakru fin-negattiv mhux biex nirrepetuh, imma biex qatt aktar ma jer\u0121a jse\u0127\u0127.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>IR-RIFORMA FIL-KNISJA \u2013 ta\u0127dita mis-sur Albert Storace\u00a0 St. Peter and St. Paul (El Greco, 1590-1600) Kien hemm \u0127afna ra\u0121unijiet g\u0127aliex se\u0127\u0127et ir-Riforma. Din \u0121iebet firda kbira bejn l-insara, imma ma <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":5452,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[193,37,59],"tags":[72,70,71,58],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5448"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5448"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5448\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5453,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5448\/revisions\/5453"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/5452"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5448"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5448"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5448"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}