{"id":5457,"date":"2017-03-25T14:49:08","date_gmt":"2017-03-25T13:49:08","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=5457"},"modified":"2017-03-25T14:52:22","modified_gmt":"2017-03-25T13:52:22","slug":"ghandek-ghatx-prayer-cafe-17-ta-marzu-2017","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/ghandek-ghatx-prayer-cafe-17-ta-marzu-2017\/","title":{"rendered":"G\u0127andek G\u0127atx? &#8211; Prayer Caf\u00e8 &#8211; 17 ta\u2019 Marzu 2017"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\"><a href=\"http:\/\/www.cakmalta.org\/jumilmulej\/NEW%20web\/pdfs\/SENA%20A\/3ranA.pdf\" target=\"_blank\"><strong>It-3 \u0126add tar-Randan \u0120wanni 4, 5-42\u00a0 G\u0127andek G\u0127atx?<\/strong><\/a><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-kelliem beda billi beda diskussjoni dwar x\u2019inhi l-qdusija. Issemma li jekk inti t\u0127obb, inti qed tag\u0127mel xi \u0127a\u0121a li jag\u0127mel Alla. Il-qdusija ma tfissirx li inti tkun perfett imma meta inti tag\u0127mel l-azzjonijiet li jag\u0127mel Alla. Pere\u017cempju meta inti ta\u0127fer jew t\u0127obb, meta inti timita lil Alla, tkun qed issir qaddis b\u0127alu. Il-qdusija dejjem ti\u0121i minn Alla, hu li jag\u0127mel l-istedina biex a\u0127na nsiru \u0127a\u0121a wa\u0127da mieg\u0127u. A\u0127na ulied Alla li nirtuh, nirtu g\u0127ax g\u0127andna dritt g\u0127all-\u0120enna, g\u0127all-\u0127ajja dejjem mag\u0127quda ma\u2019 Alla. Importanti li nibdew in\u0127arsu \u2018l fuq, lejn is-sema u l-affarijiet ta\u2019 Alla \u0127alli ninqatg\u0127u mill-\u0127ajja materjali u nibdew ng\u0127ixu mag\u0127quda ma\u2019 Alla.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Wara saret diskussjoni dwar il-\u0127ajja morali ta\u2019 \u0120uda l-Iskarjota u l-irwol li kellu fl-istorja tas-salvazzjoni. Issemma li \u0120es\u00fa kien qallu li kien ikun a\u0127jar g\u0127alih kieku ma twelidx. Nafu li fl-iskrittura hemm miktub li \u0120uda webbes rasu u da\u0127al ix-xitan \u0121ewwa fih biex iwettaq dak li kellu jwettaq. \u0120es\u00fa pprova jwissieh u g\u0127alhekk naraw li \u00a0l-g\u0127a\u017cla kienet ta\u2019 \u0120uda; l-g\u0127a\u017cla li jag\u0127mel dak li g\u0127amel. Alla jag\u0127tina l-g\u0127a\u017cla u l-libert\u00e1 kif ng\u0127ixu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Saret ukoll il-mistoqsija dwar x\u2019inhu d-dnub. L-intenzjoni hija l-aktar \u0127a\u0121a li taffettwa xi azzjoni jekk hix dnub jew le.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dwar l-evan\u0121elju, il-kelliem beda biex jispjega li l-poplu Samaritan kien jitqies mil-Lhud b\u0127ala poplu impur. Din il-mara Samaritana kienet marret g\u0127all-ilma f\u2019nofsinhar. Dan ifisser li hi marret dan il-\u0127in biex ma tiltaqax ma\u2019 nies o\u0127ra; x\u2019aktarx min\u0127abba it-tip ta\u2019 \u0127ajja li kienet qed tg\u0127ix.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Naraw li \u0120es\u00fa jag\u0127ti d-dinjit\u00e1 lil din il-mara, id-dinjit\u00e1 lin-nisa kollha tad-dinja. Wara l-konver\u017cazzjoni tag\u0127ha ma\u2019 \u0120es\u00fa hija \u0127alliet kollox u marret ixxandar lil \u0120es\u00fa. Rakkont ie\u0127or li juri l-\u0127e\u0121\u0121a li g\u0127andu jkollu n-nisrani huwa tad-dixxipli ta\u2019 Emmaws li malli g\u0127arfu lil \u0120es\u00fa, telqu mill-ewwel biex ixandruh mal-poplu kollu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Is-Samaritana qalet lil \u0120es\u00fa li huma s-Samaritani kienu jaduraw lil Alla fuq il-muntanja u l-Lhud \u0120erusalemm. \u0120es\u00fa jg\u0127idilha li g\u0127ad jasal \u017cmien li la fuq il-muntanja u lanqas f\u2019\u0120erusalemm ma jaduraw lil Alla g\u0127aliex g\u0127ad jaduraw lill-Missier fil-verit\u00e1 u fl-Ispirtu. \u0120es\u00fa hawnhekk g\u0127amilha \u010bara li kull\u0127add huwa msejja\u0127 g\u0127all-\u0127niena t\u2019Alla. Jekk il-bniedem irid jg\u0127ix il-verit\u00e1, dak se jsib lil Alla.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ladarba jiena nkun qieg\u0127ed infittex il-verit\u00e1 u l-\u0127ajja; \u0120es\u00fa jkun mag\u0127i u mag\u0127na minkejja kollox.<\/p>\n<p><del><\/del><\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>It-3 \u0126add tar-Randan \u0120wanni 4, 5-42\u00a0 G\u0127andek G\u0127atx? Il-kelliem beda billi beda diskussjoni dwar x\u2019inhi l-qdusija. Issemma li jekk inti t\u0127obb, inti qed tag\u0127mel xi \u0127a\u0121a li jag\u0127mel Alla. Il-qdusija <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":2764,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[165,59,87,184],"tags":[70,71,58,194],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5457"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5457"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5457\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5459,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5457\/revisions\/5459"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/2764"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5457"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5457"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5457"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}