{"id":5476,"date":"2017-04-28T18:59:43","date_gmt":"2017-04-28T16:59:43","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=5476"},"modified":"2017-04-28T19:00:47","modified_gmt":"2017-04-28T17:00:47","slug":"mulej-tieghi-u-alla-tieghi-prayer-cafe-21-tapril-2017","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/mulej-tieghi-u-alla-tieghi-prayer-cafe-21-tapril-2017\/","title":{"rendered":"Mulej tieg\u0127i u Alla tieg\u0127i &#8211; Prayer Caf\u00e8 &#8211; 21 t\u2019April 2017"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127a Prayer Caf\u00e8\u00a0tal-21 t\u2019April kienet laqg\u0127a formattiva dwar il-qari tal-\u0126add li jmiss 2 \u0126add tal-G\u0127id. Wara t-talba tal-Moviment nqraw l-ewwel lezzjoni mehud mill-Atti tal-Appostli 2:42-47u l-Van\u0121elu minn \u0120wanni 20:19-31. \u00a0Dawn li \u0121ejjin huma xi punti li l-kelliem ta\u2019 din il-laqg\u0127a s-Sur Joe Huber qasam mag\u0127na waqt il-laqg\u0127a mimlija b\u2019tag\u0127lim interessanti.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Van\u0121elu ta\u2019 nhar il-\u0126add li \u0121ej fih \u0127afna elementi li jolqtuna mill-qrib: l-aspett komunitarju, l-aspett sagramentali u l-aspett tal-fidi u l-aspett missjunarju.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Immedjatament wara l-qawmien ta\u2019 Kristu, San \u0120wann jirrakkuntalna tliet dehriet ta\u2019 \u0120es\u00f9, l-ewwel wa\u0127da lil Marija ta\u2019 Magdala fl-in\u0127awi fejn kien midfun, dakinhar stess filg\u0127axija u l-o\u0127ra l-\u0121img\u0127a ta\u2019 wara meta kien hemm ukoll Tumas.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-kumment kif jispi\u010b\u010ba dal-Van\u0121elu kien mi\u017cjud wara.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Jolqtok mill-ewwel il-fatt li d-dixxipli kienu mbe\u017c\u017cg\u0127in, kienu ng\u0127alqu, issakkru g\u0127ax be\u017cg\u0127u li x-xorti li kienet misset lill-Img\u0127allem tag\u0127hom, dik ta\u2019t-tbatija u l-persekuzzjoni, issa kienet se tasal g\u0127alihom ukoll.\u00a0 Kienu g\u0127adhom neqsin mill-fidi sakemm wasal \u0120es\u00f9 f\u2019nofshom.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kienu g\u0127adhom ma fehmux kliemu meta kien \u0127abbrilhom dak li kellu ji\u0121ri minnu.\u00a0 Nafu li San Luqa 24, 25 lid-dixxipli ta\u2019 G\u0127emmaws, kien \u010banfarhom bl-ikra\u0127: \u201ckemm intom boloh u tqal biex temmnu kulma qalu l-profeti\u201d.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120es\u00f9 jsellem lid-dixxipli bil-pa\u010bi u wriehom il-pjagi: il-Papa Fran\u0121isku itenni bosta drabi, li \u0120es\u00f9 li jinter\u010bedi g\u0127alina dejjem quddiem il-Missier, jurih il-pjagi u jg\u0127idlu: dawn sofrejthom min\u0127abba fihom ilkoll.\u00a0 Il-pjagi fil-\u0121isem mistiku ta\u2019 \u0120es\u00f9 issa huma timbru, \u201ctrade mark\u201d il-prova inkotrovertibbli ( ji\u0121ifieri li ma tista\u2019 tmeriha bl-ebda mod), li kien hu, li qam li qed ikellimhom.\u00a0 Mill-\u0121rie\u0127i kollha li sofra waqt il-passjoni dawk kienu l-uni\u010bi marki li kien g\u0127ad fadallu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Immedjatament wara t-tislima \u0120es\u00f9 jinkariga lid-dixxipli biex ikomplu l-missjoni li beda hu. \u201cKif Missieri bag\u0127at lili, jien nibg\u0127at lilkom. \u0126udu fuqkom l-Ispirtu s-Santu.\u201d\u00a0\u00a0 Dak li beda Hu issa jrid li jkompluh l-Appostli.\u00a0 Il-mandat li tahom hu biex ikunu rg\u0127ajja, imexxu l-mer\u0127la, ji\u0121ifieri a\u0127na.\u00a0 Ma jfissirx li l-obbligu tat-tixrid tal-Kelma hi tag\u0127hom biss, hi tag\u0127na wkoll.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">San \u0120wann itina deskrizzjoni e\u017catta tat-twaqqif tas-Sagrament tar-rikon\u010biljazzjoni: id-dnubiet ta\u2019 dawk li ta\u0127fru jkunu ma\u0127fura u d-dnubiet ta\u2019 dawk li \u017c\u017commu jkunu mi\u017cmuma.\u00a0 Din l-a\u0127\u0127ar affermazzjoni hi o\u0121\u0121ett ta\u2019 diskussjonijiet kbar fost it-teolo\u0121i. Il-verit\u00e0 hi li ma jistax ikun hemm ma\u0127fra jekk ma jkunx hemm indiema.\u00a0 Jew min jersaq g\u0127ar-rikon\u010biljazzjoni jrid ikun niedem sew minn dnubietu. Minkejja d-dg\u0127ufija g\u0127ax ner\u0121g\u0127u naqg\u0127u, irridu nkunu determinati li nag\u0127mlu \u0127ilitna biex bl-g\u0127ajnuna t\u2019Alla nbieg\u0127edu minn xulxin l-okka\u017cjonijiet li fihom ner\u0121g\u0127u naqg\u0127u fl-istess \u017cbalji.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Id-dehra ta\u2019 Kristu imlitilhom qalbhom bil-fer\u0127 u kliemu serr\u0127ilhom rashom sakemm bil-mi\u0121ja tal-Ispirtu s-Santu huma mtlew bil-kura\u0121\u0121 biex il-Kelma u l-A\u0127bar ma j\u017commuhiex g\u0127alihom imma jmorru jxandruha mal-erbat irjie\u0127 tad-dinja mag\u0127rufa ta\u2019 \u017cmienhom.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hawnhekk nid\u0127lu a\u0127na.\u00a0 Il-missjoni mog\u0127tija lid-dixxipli baqg\u0127et g\u0127addejja minn \u0121enerazzjoni g\u0127al o\u0127ra u waslet g\u0127andna bid-dmir li n\u0127alluha lil ta\u2019 warajna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Papa Fran\u0121isku spiss jag\u0127mel dil-mistoqsija: imma fil-kuntest tal-\u0127ajja tal-lum nista\u2019 nag\u0127ti xhieda u nwassal l-A\u0127bar meta a\u0127na mdawwrin bil-mondanit\u00e0, bil-pre\u0121udizzji, bir-relattivi\u017cmu, bis-sekulari\u017cmu sfrenat?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Jekk a\u0127na g\u0127andna l-fidi u fidi soda, irridu na\u010b\u010bettaw li l-kisba ta\u2019 dak li \u0121abilna Kristu bil-passjoni, il-mewt u l-qawmien tieg\u0127u ma ji\u0121ix ming\u0127ajr tbatija.\u00a0 It-tbatija tbe\u017c\u017cg\u0127ana.\u00a0 Insibuha aktar fa\u010bli nikkonformaw ma\u2019 dak li jdawwarna milli li nibqg\u0127u sodi u ggranfati mat-twemmin tag\u0127na quddiem i\u017c-\u017cebli\u0127 u l-in\u0121ustizzji.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Irridu ninsew li nistg\u0127u ng\u0127ixu \u0127ajja fuq \u017cew\u0121 saffi, wa\u0127da privata u o\u0127ra pubblika.\u00a0 In-Nisrani jrid ikun konsistenti f\u2019im\u0121iebtu f\u2019kull ambjent li jkun fih.\u00a0 Il-passjoni, il-mewt u l-qawmien g\u0127alina jfissru xita ta\u2019 grazzji li ma nistg\u0127ux in\u017commuhom g\u0127alina imma rridu naqsmuhom mal-o\u0127rajn.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Meta ng\u0127id mal-o\u0127rajn infisser anki ma\u2019 min ma jaqblix mag\u0127na, ma\u2019 min g\u0127andu twemmin differenti minn tag\u0127na.\u00a0 L-ag\u0127ar e\u017cempju li nistg\u0127u nag\u0127tu hu li meta nitkellmu ma\u2019 min ma jaqblilx mag\u0127na nuru li qed nitkellmu bil-pre\u0121udizzju.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">E\u017cempju: fil-mezzi tal-komunikazzjoni so\u010bjali tara spiss Insara (suppost) li juru pre\u0121udizzji kbar kontra l-Musulmani&#8230; l-ideja li l-istudenti Musulmani jkollhom il-fa\u010bilit\u00e0 li jitg\u0127allmu r-reli\u0121jon tag\u0127hom anki fl-ambjenti tag\u0127na.\u00a0 Kemm rajna kliem ta\u2019 tmaqdir kontra l-Ar\u010bisqof g\u0127ax qal li mhux kontra!!\u00a0 Sa\u0127ansitra kien hemm min ried ji\u0121bor il-firem biex jitne\u0127\u0127a.\u00a0 Dik karit\u00e0 Nisranija?!<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">It-twe\u0121iba jtihilna mill-\u0121did il-Papa straordinarju li g\u0127andna:\u00a0 Nafu li ji\u0121bed ammirazzjoni kbira minn Musulmani li huma Musulmani awtenti\u010bi?\u00a0 Nies rashom s\u0127una hemm fosthom, b\u0127alma kif g\u0127idna hemm fostna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-fanati\u017cmu mhux reli\u0121jon.\u00a0 Fuq hekk il-Papa Fran\u0121isku ji\u0121bed l-ammirazzjoni ta\u2019 \u0127afna bnedmin li mhumiex Kattoli\u010bi g\u0127ax jag\u0127mel distinzjoni bejn il-fundamentali\u017cmu u r-reli\u0121jon.\u00a0 Anzi, kien hemm sa\u0127ansitra mexxejja Musulmani li ddikjaraw li l-fundamentalisti m\u2019g\u0127andhomx reli\u0121jon.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Mhux bi\u017c\u017cejjed.\u00a0 Kemm fil-passat g\u0127amilna \u0127sara lil xulxin bejnietna li nistqarru lil Kristu, bejnietna l-Insara?\u00a0 Imma l-pa\u010bi li \u0121ab Kristu, il-pa\u010bi li sellem biha lid-dixxipli meta dehrilhom wara li qam, tinkiseb biss bit-talb u d-djalogu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Albert Storace kien kellimna dwar ir-Riforma Protestanta.\u00a0 Il-Luterani u l-Kattoli\u010bi fil-passat ma kienux jinta\u0127mlu bejniethom, anzi missirijietna g\u0127amlu \u0127afna \u0127sara lil xulxin.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Xi \u0127add kien jemmen li wara l-Kon\u010bilju Ekumeniku, u f\u2019tant qasir \u017cmien, id-djalogu kellu jwassal biex il-Kattoli\u010bi u l-protestanti ji\u010b\u010belebraw flimkien il-500 sena mill-bidu tar-Riforma?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Lejn l-a\u0127\u0127ar ta\u2019 Marzu saret laqg\u0127a msej\u0127a mill-Kunsill Pontifi\u010bju tax-Xjenzi Stori\u010bi li fiha saret diskussjoni dwar ir-Riforma fil-kuntest ta\u017c-\u017cmien li se\u0127\u0127et fiha.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Meta ltaqg\u0127u mal-Papa kliemu kien li l-passat ma nistg\u0127ux nibdluh imma l-pre\u017cent hu f\u2019idejna u jekk irridu nibqg\u0127u mexjin \u2018il quddiem lejn l-g\u0127aqda rridu nkunu umli u ninsew dak li g\u0127adda biex in\u0127arsu biss \u2018il quddiem.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Jekk ma na\u0127frux u nitolbu l-g\u0127ajnuna tal-Ispirtu s-Santu nistg\u0127u nit\u0127abtu g\u0127ax \u201cjekk il-Mulej ma jibnix id-dar g\u0127alxejn jit\u0127abtu l-\u0127addiema\u201d, jibda s-Salm 127.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dal-\u0127sieb jer\u0121a\u2019 jo\u0127odna lura lejn il-Van\u0121elu ta\u2019 nhar il-\u0126add li \u0121ej: biex na\u0127fru l-ewwel irridu nkunu ma\u0127fura a\u0127na bis-sagrament li waqqaf Sidna \u0120es\u00f9 b\u2019dak li qal lid-dixxipli meta dehrilhom\u00a0 wara l-qawmien.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Is-sagrament tar-rikon\u010biljazzjoni ma jfissirx biss li a\u0127na nirrikon\u010biljaw ma\u2019 Alla imma li nirrikon\u010biljaw ukoll mag\u0127na nfusna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ftit ilu l-Papa qal li l-qrar mhux \u2018dry cleaning\u2019. Nara li g\u0127andi tebg\u0127a, immur inne\u0127\u0127iha u kif no\u0127ro\u0121 niltaqa\u2019 ma\u2019 xi \u0127add u nibda natqtaq fuq dak u l-ie\u0127or, fuq dik u l-o\u0127ra.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-qrar hu laqg\u0127a ma\u2019 Alla u l-atturi tieg\u0127u la huma s-sa\u010berdot (dak hu biss medjatur) u lanqas il-penitent, imma hu Kristu Rxoxt bil-qawwa tieg\u0127u li ja\u0127fer lil kul\u0127add, sa\u0127ansitra lil min sawwtu, immaltrattah u qatlu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Nemmnuh dan?\u00a0 Jew a\u0127na San Tumasijiet?, g\u0127andna d-dubji u rridu l-provi konkreti kif qed isostnu l-materjalisti u s-sekularisti li jid\u0127ku bihom infushom g\u0127ax ming\u0127alihom se jaslu jag\u0127tu prova xjentifika tal-misteru tal-univers?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kemm-il San Tumas hawn fostna?, li rridu mmissu b\u2019idejna u naraw b\u2019g\u0127ajnejna minflok ma ng\u0127ixu l-beatitudni li \u017cidilna \u0120es\u00f9 fil-laqg\u0127a tal-\u0126add ta\u2019 wara ma\u2019 Tumas: \u201cEmmintni g\u0127ax rajtni! Imberkin dawk li ma rawx u emmnu.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dan hu l-aspett tal-fidi li jo\u0127ro\u0121 minn dal-Van\u0121elu.\u00a0 Nistaqsu: x\u2019inhi l-fidi?\u00a0 Hi twemmin ming\u0127ajr ma rajt, ming\u0127ajr ma missejt b\u2019idejja, li Alla hu dejjem fidil mal-patt tieg\u0127u.\u00a0 Fit-testment l-antik wieg\u0127ed is-salvazzjoni u \u017camm kelmtu meta bag\u0127at lil Ibnu bniedem b\u0127alna f\u2019kollox minbarra d-dnub, biex imut g\u0127alina u jsalvana.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-fidi hi dak li jispjegalna San Pietru fl-ewwel ittra tieg\u0127u meta jikteb:<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u201cG\u0127alhekk g\u0127andkom g\u0127ax tifir\u0127u mqar jekk issa, g\u0127al ftit \u017cmien ie\u0127or, je\u0127ti\u0121ilkom toqg\u0127odu g\u0127al \u0127afna provi.<strong>\u00a0<\/strong>B\u0127alma d-deheb, li jintemm, jg\u0127addi mill-prova tan-nar, hekk tg\u0127addi mill-prova l-fidi tag\u0127kom biex ikun jist\u0127oqqilha tasal g\u0127at-tif\u0127ir, g\u0127all-glorja, u g\u0127all-\u0121ie\u0127, meta jidher \u0120es\u00f9 Kristu.<strong>\u00a0<\/strong>Lilu, g\u0127alkemm ma rajtuhx, intom t\u0127obbuh; fih, g\u0127ad li issa m&#8217;intomx tarawh, intom temmnu; fih intom tifir\u0127u b&#8217;fer\u0127 glorju\u017c, li ma jistax jitfisser, waqt li tiksbu l-frott tal-fidi tag\u0127kom, li hu s-salvazzjoni ta\u2019 ru\u0127kom.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ma nistg\u0127ux ninsew ukoll li dal-\u0126add, huwa wkoll il-\u0126add tal-\u0126niena Divina, festa li kif nafu kien waqqafha San \u0120wanni Pawlu II.\u00a0\u00a0 Dan il-\u0126add huwa mag\u0127ruf ukoll b\u0127ala Dominica in Albis, isem li \u0121ej mill-antik meta l-katekumeni li kienu jkunu r\u010bevew il-Mag\u0127mudija fl-G\u0127id kienu jilbsu libsa bajda u jibqg\u0127u biha sal-\u0126add ta\u2019 wara meta jne\u0127\u0127uha.\u00a0 Fil-fatt l-isem e\u017catt hu <em>Dominica in albis depositis<\/em> \u2013 il-\u0126add meta jitne\u0127\u0127ew l-ilbiesi bojod.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Lura g\u0127all-punt: lil Santa Fawstina \u0120es\u00f9 qalilha biex propju dal-\u0126add ikun dedikat lill-\u0127niena bla qies tieg\u0127u.\u00a0 Il-\u0127niena tidher propju fis-sagrament tar-rikon\u010biljazzjoni g\u0127ax anki jekk dnubietek ikunu \u0127omor daqs l-iskarlatt isiru bojod b\u0127as-sil\u0121, jurina b\u2019liema m\u0127abba \u0127abbna u fdiena \u0120es\u00f9 Bin Alla.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Tant \u0120es\u00f9 g\u0127andu g\u0127al qalbu din it-tifkira li lil Santa Fawstina kien qalilha: Min jersaq lejn l-g\u0127ajn tal-\u0127ajja- ji\u0121ifieri l-Qrar u l-Ewkaristija \u2013 jikseb il-ma\u0127fra s\u0127i\u0127a ta\u2019 dnubietu u tal-pwieni.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120es\u00f9 kien \u017cied jg\u0127idilha li l-bniedem ma jistax isib pa\u010bi sakemm ma jafdax lilu nnifsu g\u0127al kollox fil-\u0127niena tieg\u0127u.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dawn l-istqarrijiet ta\u2019 \u0120es\u00f9 x\u2019messa\u0121\u0121 ituna b\u0127ala komunit\u00e0 Nisranija?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Papa Fran\u0121isku fir-Regina Coeli tal- 5 ta\u2019 Mejju 2014 kien qal: illum il-qari mill-Atti tal-Appostli jurina li anke fl-ewwel snin tal-Knisja kienu jinqalg\u0127u t-tensjonijiet u n-nuqqas ta\u2019 qbil.\u00a0 Fil-\u0127ajja dejjem se jkun hemm il-konflitti, il-problema hi kif in\u0121ibu ru\u0127na quddiemhom.\u00a0 Sa dak i\u017c-\u017cmien l-g\u0127aqda fost l-insara kellha vanta\u0121\u0121 g\u0127ax kienu lkoll tal-istess razza, u kellhom ilkoll l-istess kultura, dik Lhudija.\u00a0 Imma meta l-Kristjane\u017cmu, li skont ir-rieda ta\u2019 \u0120es\u00f9 hu g\u0127all-\u0121nus kollha, infeta\u0127 g\u0127ad-dinja Griega (ji\u0121ifieri g\u0127al kul\u0127add), din l-uni\u010bit\u00e0 fir-razza u fil-kultura tispi\u010b\u010ba, u jibdew jidhru l-ewwel diffikultajiet.\u00a0 Hemm tfe\u0121\u0121 il-qrusa, jibda t-tgergir, xi w\u0127ud jibdew jg\u0127idu li hemm il-preferenzi u li s-servizz ma jsirx g\u0127al kul\u0127add l-istess.\u00a0 Dan ji\u0121ri anke fil-parro\u010b\u010bi tag\u0127na, fil-familji tag\u0127na, fi\u010b-\u010brieki tal-\u0127bieb, fl-ambjenti tax-xog\u0127ol u tad-divertiment!\u00a0 L-g\u0127ajnuna tal-komunit\u00e0 lill-persuni fil-b\u017conn \u2013 romol, orfni u fqar ta\u2019 kull tip \u2013, tidher li ssir aktar bil-qalb mal-insara li \u0121ew minn fost l-Ebrej milli mal-o\u0127rajn.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">F\u2019dal-\u0126add b\u2019dal-Van\u0121elu u b\u2019dak li nfakkru, il-Knisja qed issej\u0127ilna biex nigglorifikaw il-\u0127niena bla tarf ta\u2019 Alla u nwieg\u0127du li nersqu lejn is-Sagrament tal-Qrar b\u2019umilt\u00e0 u bil-fidi, bir-rieda li ma nidinbux aktar mhux bil-forzi tag\u0127na wa\u0127edna, li huma dg\u0127ajfa \u0127afna, imma bl-g\u0127ajnuna li jtina Hu, a\u0127na u nistqarru dnubietna u n\u0127abbtu fuq sidirna x\u2019\u0127in nirre\u010bitaw l-att tal-indiema. \u2018Mea culpa.\u2019<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-aktar \u0127a\u0121a importanti hi li l-akbar proponiment li nistg\u0127u nag\u0127mlu meta nqerru hu li kull fejn inkunu n\u0121ibu ru\u0127na b\u0127ala nies ta\u2019 pa\u010bi, ta\u2019 rikon\u010biljazzjoni u ta\u2019 djalogu g\u0127ax kif ng\u0127idu bil-Malti hu l-e\u017cempju li jkaxkar.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u201cMulej tieg\u0127i u Alla tieg\u0127i\u201d stqarr Tumas wara li emmen g\u0127ax ra u mess b\u2019idejh.\u00a0 Stqarrija ta\u2019 fidi s\u0127i\u0127a g\u0127ax ra biex emmen.\u00a0 Din il-\u0121akulatorja ntennuha regolarment waqt il-konsagrazzjoni meta minkejja li naraw \u0127ob\u017c u nbid, nemmnu bil-fidi li hemmhekk hemm il-veru \u0120isem u Demm ta\u2019 Kristu, \u0127aj u veru.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-Ewkaristija u l-Qrar huma l-g\u0127ajn tal-\u0127ajja tag\u0127na u r-ri\u017coluzzjoni li g\u0127andna nag\u0127mlu a\u0127na u nirriflettu fuq dal-Van\u0121elu, hi li nersqu bl-umilt\u00e0 u l-fidu\u010bja lejn dawn l-g\u0127ejun biex nixorbu \u0127alib u g\u0127asel bla \u0127las u bl-abbundanza.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-Atti tal-Appostli huma l-kontiwazzjoni tal-missjoni mibdija minn Kristu.\u00a0 Fihom naqraw fl-ewwel qari tal-litur\u0121ija tal-\u0126add li \u0121ej li d-dixxipli kienu j\u017commu s\u0127i\u0127 mat-tag\u0127lim tal-appostli, kienu mag\u0127qudin behniethom, jaqsmu l-\u0127ob\u017c u l-\u0127ti\u0121ijiet u jitolbu flimkien.\u00a0 Dawn huma l-erba\u2019 ingredjenti li jag\u0127mel n-Nisrani awtentiku. Ma nistg\u0127ux ng\u0127idu li a\u0127na nibbrillaw f\u2019kull aspett minn dawn imma l-impenn tag\u0127na biex nipperfezzjonaw dawn l-erba\u2019 ingredjenti tan-Nisrani veru hi t-triq li twassalna g\u0127all-\u0127ajja vera, mhux dik li tispi\u010b\u010ba hawn fl-art imma dik li tibda meta l-e\u017cistenza fi\u017cika tag\u0127na tintemm biex nibdew il-\u0127ajja li qed na\u0127dmu g\u0127aliha, il-\u0127ajja ta\u2019 dejjem flimkien ma\u2019 Kristu li sar bniedem b\u0127alna biex je\u0127odna mieg\u0127u fid-dar tal-Missier.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127a ntemmet bit-talba tal-Missierna u bi stedina g\u0127al \u0121img\u0127a o\u0127ra g\u0127all-laqg\u0127a o\u0127ra ta\u2019 Prayer Caf\u00e8. Din id-darba se tkun immexxija minn Fr Hayden Williams li se jkellimna dwar il-Madonna ta\u2019 Fatima. Nistennewkom : )<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a Prayer Caf\u00e8\u00a0tal-21 t\u2019April kienet laqg\u0127a formattiva dwar il-qari tal-\u0126add li jmiss 2 \u0126add tal-G\u0127id. Wara t-talba tal-Moviment nqraw l-ewwel lezzjoni mehud mill-Atti tal-Appostli 2:42-47u l-Van\u0121elu minn \u0120wanni 20:19-31. \u00a0Dawn <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":2958,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[105,59,184],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5476"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5476"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5476\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5478,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5476\/revisions\/5478"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/2958"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5476"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5476"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5476"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}