{"id":5484,"date":"2017-05-16T00:40:46","date_gmt":"2017-05-15T22:40:46","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=5484"},"modified":"2017-05-16T00:44:41","modified_gmt":"2017-05-15T22:44:41","slug":"il-madonna-ta-fatima-tahdita-minn-fr-hayden-williams-prayer-cafe-28-tapril-2017","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/il-madonna-ta-fatima-tahdita-minn-fr-hayden-williams-prayer-cafe-28-tapril-2017\/","title":{"rendered":"IL-MADONNA TA\u2019 FATIMA &#8211; ta\u0127dita minn Fr. Hayden Williams \u2013 Prayer Caf\u00e8 \u2013 28 t\u2019April 2017"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\"><strong>\u00a0<\/strong>Kien hemm diversi messa\u0121\u0121i fid-dehriet ta\u2019 Fatima. L-ewwel ma jispikkaw huma l-profanazzjoni, is-sagrile\u0121\u0121i u l-indifferenza li bihom hu offi\u017c Alla. Fit-tielet dehra, l-An\u0121lu qal lit-tfal li Alla hu disprezzat \u0127afna minn nies ta\u2019 qalb iebsa, spe\u010bjalment l-offi\u017ci lejn Kristu fl-Ewkaristija. L-a\u0127\u0127ar kliem tal-Madonna kien \u201cLa toffendux iktar lil Mulej Alla tag\u0127na g\u0127aliex Hu di\u0121a\u2019 offi\u017c \u0127afna\u201d<\/p>\n<div style=\"width: 420px\" class=\"wp-caption alignleft\"><img decoding=\"async\" loading=\"lazy\" class=\"\" src=\"https:\/\/upload.wikimedia.org\/wikipedia\/commons\/c\/c9\/ChildrensofFatima.jpg\" width=\"410\" height=\"646\" \/><p class=\"wp-caption-text\">L\u00facia Santos, Jacinta and Francisco Marto, the three children whom the Virgin Mary revealed her famous &#8220;three secrets&#8221; in F\u00e1tima, Portugal.<\/p><\/div>\n<p style=\"text-align: justify;\">Mela l-ewwel messa\u0121\u0121 ta\u2019 Fatima hu li Alla huwa offi\u017c. Meta l-Madonna tidher tibki, b\u0127al ma \u0121ara f\u2019Siraku\u017ca, id-dmug\u0127 ta\u2019 Marija jissimbolizza n-niket t\u2019Alla. \u0120esu\u2019 wkoll beka quddiem ir-rifjut. L-offi\u017ca lejn Alla hi r-rifjut t\u2019Alla. Alla hu offi\u017c g\u0127ax Huwa rrifjutat.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">It-tieni messa\u0121\u0121 hu li mhux Alla biss offi\u017c, imma anke Marija. F\u2019Fatima to\u0127ro\u0121 \u0127afna r-rabta li hemm bejn \u0120esu\u2019 u l-Madonna. Din l-g\u0127aqda tal-qlub ta\u2019 \u0120esu\u2019 u Marija nsibuha rappre\u017centata fil-Midalja Mirakolu\u017ca. Fit-13 ta\u2019 Lulju, l-Madonna titlob li Lu\u010bija biex isir tpattija g\u0127ad-dnubiet mag\u0127mula kontra l-qalb bla tebg\u0127a ta\u2019 Marija. Fl-10 ta\u2019 Di\u010bembru 1925, meta \u0120esu\u2019 deher lil Lu\u010bija fil-kunvent, qalilha \u201cAqsam it-tbatija mal-qalb tal-omm imqaddsa tieg\u0127ek, miksija bix-xewk li bihom in-nies ingrati jinfduha kull waqt u m\u2019hemm \u0127add li jag\u0127mel xi att ta\u2019 tpattija biex ine\u0127\u0127ihom\u201d. Dak kollu li joffendi lil Alla, joffendi wkoll lill-qalb ta\u2019 Marija.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Messa\u0121\u0121 ie\u0127or li \u0127are\u0121 mid-dehriet ta\u2019 Fatima hu l-konsegwenzi tad-dnub. L-ewwel wie\u0127ed hu li fid-dinja m\u2019hemmx pa\u010bi. Il-pa\u010bi ma jfissirx biss nuqqas ta\u2019 gwerer, imma li l-bniedem ikun pa\u010bi mieg\u0127u nnifsu, m\u2019Alla u mal-\u0127olqien. Id-dnub ikisser ir-relazzjoni tal-bniedem m\u2019Alla, ma\u2019 \u0127utu l-bnedmin, mal-an\u0121li u mal-\u0127olqien. Il-Madonna f\u2019Fatima turina li l-g\u0127erq tan-nuqqas ta\u2019 pa\u010bi hu d-dnub.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Konsegwenza o\u0127ra tad-dnub hi li l-bnedmin qed imorru l-infern. Lu\u010bija tikteb dwar id-dehra tal-infern li kellhom fit-13 ta\u2019 Lulju. L-infern hu l-qtug\u0127 totali minn Alla. Bid-dnub titlef lil Alla minn \u0127ajtek u dan hu l-infern. \u0120esu\u2019 \u0121abilna s-salvazzjoni s\u0127i\u0127a. Il-Knisja tg\u0127allimna dwar l-e\u017cistenza tal-infern, imma ma tistg\u0127ax tg\u0127id li hemm xi \u0127add l-infern, g\u0127aliex hekk tkun qed ti\u0121\u0121udika. Imma l-Madonna tista\u2019 tg\u0127idilna b\u2019\u010bertezza li n-nies qed imorru l-infern. Il-Knisja tg\u0127allimna li jekk ma na\u010b\u010bettawx lil \u0120esu\u2019 b\u0127ala s-salvatur tag\u0127na, inkunu qeg\u0127din f\u2019riskju li nitilfu ru\u0127na. L-infern mhux xi \u0127a\u0121a li ne\u0127duha bi\u010b-\u010bajt. Min jg\u0127id li Alla tant Hu \u0127anin li mhu se j\u0127alli lil \u0127add imur l-infern ikun qed ji\u017cbalja, g\u0127ax Alla ma jistg\u0127ax jimponi Lilu Nnifsu fuqna. L-im\u0127abba ma timponiex relazzjoni fuq \u0127addie\u0127or. Il-bniedem g\u0127andu l-liberta\u2019 li jag\u0127\u017cel. Il-vi\u017c\u017cjoni tal-infern lit-tfal ta\u2019 Fatima hi akkumpanjata bit-tama. Id-dehriet tal-Madonna j\u0121ibu t-tama.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Konsegwenza o\u0127ra tad-dnub hi l-persekuzzjoni tal-Knisja. Fuq dan jitkellem it-tielet sigriet ta\u2019 Fatima. B\u0127al ma hi offi\u017ca l-qalb ta\u2019 \u0120esu\u2019 u l-qalb ta\u2019 Marija, hekk nistg\u0127u ng\u0127idu hi l-qalb tal-Knisja.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Madankollu, Fatima g\u0127andha messa\u0121\u0121 ta\u2019 \u0127niena. Wa\u0127da mill-isba\u0127 sentenzi hi l-messa\u0121\u0121 li l-An\u0121lu ta lit-tfal fit-tieni dehra tieg\u0127u. \u201cIl-qlub imqaddsa ta\u2019 \u0120esu\u2019 u ta\u2019 Marija g\u0127andhom pjanijiet ta\u2019 \u0127niena fuqkom\u201d. F\u2019hiex jikkonsisti dan il-pjan ta\u2019 \u0127niena? Alla hu offi\u017c, allura l-ewwel talba hi ta\u2019 riparazzjoni. Il-Madona stess qalet \u201cFarr\u0121u lil Alla\u201d. Meta \u0120esu\u2019 kien fil-\u0120etsemani kull ma talab lill-appostli kien li jishru ftit Mieg\u0127u. L-an\u0121lu deher ifarra\u0121 lil \u0120esu\u2019. Mar-riparazzjoni tmur il-konver\u017cjoni tal-midinbin, wa\u0127da g\u0127ax inpattu g\u0127ad-dnubiet tal-midinbin, u l-o\u0127ra g\u0127aliex jekk dawn jikkonvertu Alla ma jibqg\u0127ax offi\u017c. A\u0127na rridu nferr\u0127u lil Alla u Alla jifra\u0127 bina. It-talba tal-an\u0121lu g\u0127ar-riparazzjoni lejn Alla u l-konver\u017cjoni tal-midinbin tg\u0127id hekk: \u201cAlla tieg\u0127i, jiena nemmen Fik, jiena nadurak, nittama Fik u n\u0127obbok. Jiena nitolbok ma\u0127fra g\u0127al dawk li ma jemmnux Fik, ma jadurawkx, ma jittamawx Fik, u ma j\u0127obbukx\u201d.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">It-tieni talba li tahom l-An\u0121lu fit-tieni dehra wkoll tittratta dwar riparazzjoni u talb g\u0127all-konver\u017cjoni: \u201cL-iktar imqaddsa Trinita\u2019, Missier, Iben u Spirtu s-Santu, jiena nadurak profondament u noffrilek il-\u0121isem, id-demm, ir-ru\u0127, u d-divinita\u2019 l-iktar prezzju\u017ci ta\u2019 \u0120esu\u2019 Kristu, u li jinsabu fit-tabernakli kollha tad-dinja, bit-tpattija g\u0127all-profanazzjonijiet, sagrile\u0121\u0121i, u ndifferenzi li bihom huwa offi\u017c u, g\u0127all-merti nfiniti tal-qalb l-iktar imqaddsa Tieg\u0127u u l-qalb bla tebg\u0127a ta\u2019 Marija, jiena nitolbok g\u0127all-konver\u017cjoni tal-imsejkna midinbin\u201d. L-ewwel priorita tan-nisrani g\u0127andha tkun ir-relazzjoni tieg\u0127u m\u2019Alla.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">It-talb u s-sagrifi\u010b\u010bji huma l-g\u0127odod li tag\u0127tina Marija. L-An\u0121lu qal lit-tfal ta\u2019 Fatima: \u201cItolbu, itolbu \u0127afna \u0127afna. Offru kontinwament talb u sagrifi\u010b\u010bji lil Alla b\u0127ala tpattija g\u0127ad-dnubiet u konver\u017cjoni\u201d. Il-Madonna tg\u0127idilhom li g\u0127ad ibatu \u0127afna, imma l-grazzja t\u2019Alla tkun il-fara\u0121 tag\u0127hom. Is-sofferenza f\u2019\u0127ajjitna, meta tkun mag\u0127qudha m\u2019Alla, tie\u0127u l-valur tal-fidwa permess ta\u2019 \u0120esu\u2019 Kristu. Issir talba \u0127erqana g\u0127all-konver\u017cjoni tal-midinbin. \u0120esu\u2019 fuq is-salib talab: \u201cA\u0127frilhom, g\u0127ax ma jafux x\u2019inhuma jag\u0127mlu\u201d. Il-Madonna tg\u0127id lit-tfal biex jitolbu \u0127afna u jag\u0127mlu sagrifi\u010b\u010bji g\u0127all-midinbin, g\u0127ax \u0127afna erwie\u0127 imorru l-infern g\u0127ax m\u2019hemm \u0127add min jissagrifika ru\u0127u u jitlob g\u0127alihom. Il-kateke\u017ci jg\u0127id li r-realta\u2019 tal-infern, lilna li nemmnu, mhux tbe\u017c\u017cana trid, imma t\u0127e\u0121\u0121i\u0121na biex nevan\u0121elizzaw.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-pjan ta\u2019 \u0127niena ta\u2019 Fatima nsibu l-pre\u017cenza partikolari ta\u2019Marija b\u0127ala g\u0127ajnuna g\u0127al dawn i\u017c-\u017cminijiet. Lil Lu\u010bija qaltilha: \u201c\u0120esu\u2019 jixtieq li jinqeda bik biex jag\u0127milni mag\u0127rufa u ma\u0127buba. Huwa jrid iwaqqaf fid-dinja devozzjoni lejn il-qalb bla tebg\u0127a tieg\u0127i\u201d. Qaltilha wkoll: \u201cQed tbati \u0127afna? Taqtax qalbek. Jien qatt mhu se nitilqek. Il-qalb bla tebg\u0127a tieg\u0127i se tkun il-kenn tieg\u0127ek u t-triq li twasslek g\u0127and Alla\u201d. Dal-pjan ta\u2019 \u0127niena mhux se mag\u0127mluh we\u0127idna, imma ma\u2019 Marija.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fid-devozzjoni lejn il-qalb immakulata tal-Madonna hemm \u017cew\u0121 aspetti \u2013 il-konsagrazzjoni tar-Russja, u t-tqarbina fl-ewwel sibt tax-xahar. Ir-Russja kienet qed ixxerrred il-kommuni\u017cmu ateju, li hu offi\u017ca u \u010b-\u010ba\u0127da t\u2019Alla. Titlob ukoll li nikkonsagraw lilna nnfusna lilha.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Marija talbet li t-tqarbin ta\u2019 riparazzjoni g\u0127andu jsir g\u0127al \u0127ames darbiet konsekuttivi fl-ewwel sibt tax-xahar, jintalab ir-ru\u017carju, u ssir kwarta meditazzjoni fuq il-misteri tar-ru\u017carju. Hi tg\u0127id \u201cAg\u0127mluli kumpanija\u201d. \u0120esu\u2019, fid-dehra Tieg\u0127u lil Lu\u010bija, fissrilha g\u0127aliex it-tqarbina ssir g\u0127al \u0127ames darbiet konsekuttivi \u2013 b\u0127ala tpattija g\u0127al \u0127ames dnubiet prin\u010bipali: l-offi\u017ci kontra l-immakulata kun\u010bizzjoni, kontra l-ver\u0121inita\u2019 tal-Madonna, kontra Marija b\u0127ala omm Alla u omm l-umanita\u2019, kontra l-imma\u0121ni tag\u0127ha, u l-indifferenza u l-bruda li nnisslu fit-tfal lejn il-Madonna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Meta Marija wie\u0121bet lil Lu\u010bija qaltilha: \u201cJien is-Sinjura tar-Ru\u017carju\u201d. Kwa\u017ci f\u2019kull dehra titkellem dwar ir-ru\u017carju g\u0127al pa\u010bi fid-dinja u l-waqfien mill-gwerra. Il-Madonna nnifisha tatna t-talba li ng\u0127idu bejn posta u o\u0127ra: \u201cO \u0120esu\u2019 tieg\u0127i, a\u0127frilna dnubietna, e\u0127lisna minn nar tal-infern u \u0127u l-\u0121enna l-erwie\u0127 tal-mejtin kollha, spe\u010bjalment dawk li l-iktar g\u0127andhom b\u017conn il-\u0127niena Tieg\u0127ek\u201d.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Jekk nisimg\u0127u u ng\u0127ixu skond il-messa\u0121\u0121i ta\u2019 Fatima, allura sse\u0127\u0127 il-vera pa\u010bi. Meta na\u010b\u010bettaw lil Alla jkollna l-pa\u010bi. Il-Madonna stess qalet: \u201cFl-a\u0127\u0127ar il-qalb bla tebg\u0127a tieg\u0127i g\u0127ad to\u0127rog rebbie\u0127a\u201d. Fatima hi messa\u0121\u0121 ta\u2019 tama. Il-qalb miftu\u0127a g\u0127al Alla, ippurifikata bil-kontemplazzjoni t\u2019Alla, hi aqwa minn kull kanun u minn kull tip ta\u2019 arma. Fiha l-iva ta\u2019 Marija \u2013 il-kelma li \u0127ar\u0121et minn qalbha \u2013 bidlet l-istorja tad-dinja, g\u0127ax biha \u0121ie s-Salvatur fid-dinja. Grazzi g\u0127all-iva tal-Madonna, Alla seta\u2019 jsir bniedem fid-dinja tag\u0127na u jibqa\u2019 hekk g\u0127a\u017c-\u017cminijiet kollha. Ix-xitan g\u0127andu setg\u0127a f\u2019din id-dinja, b\u0127al ma naraw u nesperjenzaw il-\u0127in kollu, imma \u0120esu\u2019 qalilna: \u201cJien dejjem mag\u0127kom\u201d &#8211; dan hu l-messa\u0121\u0121 ta\u2019 Fatima.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>\u00a0Kien hemm diversi messa\u0121\u0121i fid-dehriet ta\u2019 Fatima. L-ewwel ma jispikkaw huma l-profanazzjoni, is-sagrile\u0121\u0121i u l-indifferenza li bihom hu offi\u017c Alla. Fit-tielet dehra, l-An\u0121lu qal lit-tfal li Alla hu disprezzat \u0127afna <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":5490,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[59],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5484"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5484"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5484\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5488,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5484\/revisions\/5488"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/5490"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5484"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5484"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5484"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}