{"id":5495,"date":"2017-06-08T09:56:38","date_gmt":"2017-06-08T07:56:38","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/il-magisteru-u-t-tipi-differenti-ta-dokumenti-tal-knisja-tahdita-minn-fr-hector-scerri-prayer-cafe-5th-may-2017-2\/"},"modified":"2017-06-08T10:03:11","modified_gmt":"2017-06-08T08:03:11","slug":"il-magisteru-u-t-tipi-differenti-ta-dokumenti-tal-knisja-tahdita-minn-fr-hector-scerri-prayer-cafe-5th-may-2017","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/il-magisteru-u-t-tipi-differenti-ta-dokumenti-tal-knisja-tahdita-minn-fr-hector-scerri-prayer-cafe-5th-may-2017\/","title":{"rendered":"Il-Ma\u0121isteru u t-tipi differenti ta\u2019 dokumenti tal-Knisja &#8211; Ta\u0127dita minn Fr. Hector Scerri &#8211; Prayer Caf\u00e8 \u2013 5th May 2017"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\"><strong>Il-Ma\u0121isteru u t-tipi differenti ta\u2019 dokumenti tal-Knisja.<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-kelliem beda billi spjega x\u2019itfisser il-kelma Ma\u0121isteru. Huwa qal li l-Ma\u0121isteru huwa t-tag\u0127lim tal-Knisja. Il-kelma \u0121ejja mil-Latin li tfisser g\u0127alliem u ver\u017cjoni tag\u0127ha tinsab ukoll fil-komunit\u00e1 Dumnikana meta nirreferu g\u0127al patri Majjistru li jkun xi patri li la\u0127aq \u010bertu grad g\u0127oli ta\u2019 tag\u0127lim u kitba.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Ma\u0121isteru g\u0127alhekk g\u0127andu x\u2019jaqsam ma\u2019 dak l-aspett tal-Knisja li g\u0127andu x\u2019jaqsam mat-tag\u0127lim kollu li jsir fil-Knisja. Il-Ma\u0121isteru huwa t-tag\u0127lim tal-evan\u0121elju b\u2019awtorit\u00e1 f\u2019isem \u0120es\u00fa Kristu. Il-Ma\u0121isteru per\u00f3 mhux superjuri g\u0127all-Kelma t\u2019Alla. Fid-dokument tal-Kon\u010bilju Vatikan II \u2018Dei Verbum\u2019 insibu li l-Ma\u0121isteru mhux qabel jew aktar jew \u2018il fuq mill-Kelma t\u2019Alla imma huwa l-qaddej tal-Kelma t\u2019Alla. Min jg\u0127allem, it-tag\u0127lim li huwa qieg\u0127ed iwassal huwa b\u2019servizz g\u0127all-Kelma t\u2019Alla. Ilkoll kemma a\u0127na, bil-mag\u0127mudija; nibdew nie\u0127du sehem fil-missjoni ta\u2019 Kristu, Kristu li huwa sa\u010berdot, sultan(rag\u0127aj) u profeta.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Meta a\u0127na nie\u0127du sehem fil-litur\u0121ija, fil-quddiesa u s-sagramenti l-o\u0127rajn, a\u0127na nie\u0127du sehem f\u2019din il-missjoni ta\u2019 Kristu b\u0127ala sa\u010berdot.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">A\u0127na nie\u0127du sehem fil-missjoni ta\u2019 Kristu rag\u0127aj g\u0127aliex permezz tal-mag\u0127mudija a\u0127na sirna tempju t\u2019Alla. B\u0127ala tempju t\u2019Alla g\u0127alhekk g\u0127andna parti minn din il-missjoni ta\u2019 Kristu b\u0127ala rag\u0127aj. Meta inti qieg\u0127ed takkumpanja u tag\u0127ti kura\u0121\u0121 lil persuna, li forsi g\u0127addejja minn problemi u mard; inti qieg\u0127ed tkun rag\u0127aj ta\u2019 dik il-persuna l-o\u0127ra.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Inkunu qeg\u0127din nie\u0127du sehem fil-missjoni ta\u2019 Kristu b\u0127ala profeta meta nkunu qeg\u0127din nu\u017caw il-Kelma ta\u2019Alla biex tag\u0127ti dawl lill-\u0127ajja u l-azzjonijiet tag\u0127na. Inkunu qeg\u0127din neval\u0121elizzaw, forsi b\u2019mod differenti imma tkun qieg\u0127ed anke tasal f\u2019ambjenti u nies li forsi s-sa\u010berdot ma jistax jasal. Kull nisrani g\u0127andu responsabbilt\u00e1 profetika li twassal din il-Kelma t\u2019Alla.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hemm membri fi \u0127dan il-poplu ta\u2019 Alla, li g\u0127andhom is-sej\u0127a minn Alla biex b\u2019awtorit\u00e1 jg\u0127allmu uffi\u010bjalment dak li tg\u0127allem il-Knisja. Hemm min g\u0127andu sej\u0127a li jg\u0127allem b\u2019mod uffi\u010bjali dak li tg\u0127allem il-Knisja. Dawn il-persuni jistg\u0127u ikunu l-isqfijiet, sa\u010berdoti, teolo\u0121i u anke laj\u010bi. Dawn g\u0127andhom ir-responsabbilt\u00e1 li jg\u0127allmu l-verit\u00e1 li ssalva, ji\u010b\u010barawha u japplikawha g\u0127al kull \u017cmien u sitwazzjoni. Din is-setg\u0127a tal-Ma\u0121isteru \u0121ejja minn Kristu nnifsu u hija ggwidata mill-Ispirtu s-Santu u m\u0127addma fil-komunit\u00e1.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>L-En\u010biklika<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Forsi l-ewwel \u0127a\u0121a li ti\u0121ina f\u2019mo\u0127\u0127na meta nitkellmu dwar il-Ma\u0121isteru hija meta l-Papa jikteb En\u010biklika. Din hija ittra cirkulari li tfisser ittra li ddur u tasal g\u0127and kull\u0127add. Ma ninsewx li l-Knisja hija universali, li qieg\u0127da fid-dinja kollha. Il-kelma en\u010biklika kienet tirreferi g\u0127al ittra li jikteb isqof. Nafu li San Pawl kien jikteb ittri u kien jordna sabiex wara jg\u0127adduha lil komunit\u00e1 o\u0127ra. G\u0127alhekk g\u0127al \u0127afna sekli sas-seklu tmintax, il-kelma en\u010biklika kienet tirreferi g\u0127al ittra li ddur minn komunit\u00e1 g\u0127al o\u0127ra. Mis-seklu tmintax, fost il-kattoli\u010bi tal-Punent, fl-Ewropa, il-kelma en\u010biklika bdiet ti\u0121i u\u017cata g\u0127al ittra li jiktibha l-Papa. L-ewwel en\u010biklika kienet inkitbet u hija indirizzata mill-Papa Benedittu XIV(erbatax). Benedittu XIV sar Papa fis-sena 1740 u kien g\u0127amel \u0127afna riformi fil-Knisja. Ried li meta l-Papa jikteb ittra biex tintbag\u0127at lill-Knisja kollha jew gruppi f\u2019\u017cona partikulari tibda tissejja\u0127 en\u010biklika. L-en\u010bikli\u010bi mhumiex infallibli imma huma dokumenti u stqarrijiet mimlijin awtorit\u00e1.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>E\u017cortazzjoni Appostolika<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">E\u017cortazzjoni tfisser meta t\u0127e\u0121\u0121e\u0121 lil xi \u0127add. Huwa kliem ta\u2019 kura\u0121\u0121 u li j\u0127e\u0121\u0121e\u0121. Il-fatt li hija appostolika tfisser li \u0121ejja mill-Papa. Dawn l-a\u0127\u0127ar tletin sena ma\u2019 papiet b\u0127al Papa Pawlu VI(sitta), \u0120wanni Pawlu II(tieni), Benedittu XVI(sittax) u l-Papa pre\u017centi bdew ukoll jinkitbu b\u0127ala ri\u017cultat tad-diskussjoni li tkun saret waqt sinodu tal-isqfijiet. Meta spi\u010b\u010ba l-Kon\u010bilju Vatikan II, il-Papa Pawlu VI waqqaf is-sinodu tal-isqfijiet li wara kull tlieta jew erba\u2019 snin jiltaqg\u0127u rappre\u017centanti tal-isqfijiet tad-dinja kollha. Fl-2014 u 2015 kien hemm pere\u017cempju s-Sinodu tal-Familja. L-a\u0127\u0127ar e\u017cortazzjoni appostolika hija \u2018Amoris Laetitia\u2019, il-fer\u0127 tal-im\u0127abba li hija e\u017cortazzjoni appostolika li \u0127are\u0121 il-Papa Fran\u0121siku b\u0127ala ri\u017cultat ta\u2019 \u017cew\u0121 sinodi tal-isqfijiet li saru dwar il-familja. L-ewwel e\u017cortazzjoni appostolika tal-Papa Fran\u0121isku hija \u2018Evangelii Gaudium\u2019 li saret b\u0127ala ri\u017cultat tas-Sinodu li kien sar fl-2012 mill-Papa Benedittu XVI dwar il-Kelma t\u2019Alla.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fl-2005 kien pere\u017cempju sar Sinodu fuq l-Ewkaristija u wara Benedittu XVI kien \u0127are\u0121 e\u017cortazzjoni appostolika dwar l-Ewkaristija li jisimha \u2018s-Sagrament tal-Im\u0127abba\u2019.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>Ittra Appostolika<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Din hija ittra li jo\u0127ro\u0121ha l-Papa, \u0127afna drabi dawn l-ittri jkunu qosra; b\u0127all-ittra \u2018Misericordia et misera\u2019 li f\u2019Novembru li g\u0127adda \u0127are\u0121 il-Papa Fran\u0121isku.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>Kostituzzjoni Appostolika<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dawn huma dokumenti li fihom de\u010bi\u017cjonijiet dwar fidi jew dixxiplina. Pere\u017cempju Piju XII(tnax) fl-1950 kien g\u0127amel id-domma tal-fidi tal-Assunta, il-Madonna mtella\u2019 s-sema bir-ru\u0127 u bil-\u0121isem. Huwa g\u0127alhekk kien ippublika il-kostituzzjoni appostolika bl-isem \u2018Munificentissimus Deus\u2019, Alla li jag\u0127ti \u0127afna \u0121id lilna b\u2019abbundanza.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>Bolla pontifi\u010bja<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><img decoding=\"async\" loading=\"lazy\" width=\"600\" height=\"440\" class=\"alignright size-full wp-image-1954\" src=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2013\/10\/Francisco_20-03-2013.jpg\" alt=\"Author: Presid\u00eancia da Republica\/Roberto Stuckert Filho\" srcset=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2013\/10\/Francisco_20-03-2013.jpg 600w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2013\/10\/Francisco_20-03-2013-300x220.jpg 300w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2013\/10\/Francisco_20-03-2013-150x110.jpg 150w\" sizes=\"(max-width: 600px) 100vw, 600px\" \/>Kellna bolla pontifi\u010bja fi \u017cmien il-Papa Fran\u0121isku fl-2015 li kien jisimha \u2018Porta Fidei\u2019, il-bieb tal-fidi; meta \u0121ie biex iniedi s-sena tal-\u0127niena. Bolla hija t-timbru li fl-antik min\u0127abba li kien ikollhom il-pergameni imramblin, kienu jag\u0127lquha \u00a0b\u2019\u017cigarella u wara jag\u0127mlu l-in\u010bira \u0127alli \u0121o fiha jag\u0127mlu s-si\u0121ill tag\u0127hom bi\u010b-\u010burkett pontifi\u010bju, tal-Papa. Il-Papa Piju IX(disg\u0127a) fit-8 ta\u2019 Di\u010bembru 1854 kien g\u0127amel id-domma tal-Immakulata Kun\u010bizzjoni. Il-Papa Piju IX ippubblika bolla pontifi\u010bja qabel ma g\u0127amel din id-domma.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-kelliem tal-laqg\u0127a spjega li dawn huma xi tipi, g\u0127aliex hemm aktar, ta\u2019 dokumenti li jin\u0127ar\u0121u b\u0127ala parti mill-Ma\u0121isteru tal-Knisja.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-Ma\u0121isteru u t-tipi differenti ta\u2019 dokumenti tal-Knisja. Il-kelliem beda billi spjega x\u2019itfisser il-kelma Ma\u0121isteru. Huwa qal li l-Ma\u0121isteru huwa t-tag\u0127lim tal-Knisja. Il-kelma \u0121ejja mil-Latin li tfisser g\u0127alliem u ver\u017cjoni tag\u0127ha <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":5452,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5495"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5495"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5495\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5500,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5495\/revisions\/5500"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/5452"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5495"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5495"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5495"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}