{"id":5522,"date":"2017-06-09T10:18:01","date_gmt":"2017-06-09T08:18:01","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/indawwru-r-rota-tal-ekonomija-tahdita-minn-fr-ivan-attard-prayer-cafe-6-ta-mejju-2017-2\/"},"modified":"2017-06-09T10:56:04","modified_gmt":"2017-06-09T08:56:04","slug":"indawwru-r-rota-tal-ekonomija-tahdita-minn-fr-ivan-attard-prayer-cafe-6-ta-mejju-2017","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/indawwru-r-rota-tal-ekonomija-tahdita-minn-fr-ivan-attard-prayer-cafe-6-ta-mejju-2017\/","title":{"rendered":"Indawwru r-Rota tal-Ekonomija &#8211; ta\u0127dita minn Fr. Ivan Attard OP &#8211; Prayer Caf\u00e8 \u2013 6 ta\u2019 Mejju, 2017."},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">Prin\u010bipju ba\u017ciku tad-Duttrina So\u010bjali tal-Knisja huwa dan: L-ekonomija hija g\u0127as-servizz tal-bniedem u tal-\u0121id komuni u mhux il-bniedem g\u0127as-servizz tal-ekonomija. Pero\u2019 skont is-sistema ekonomika attwali, il-bniedem huwa g\u0127as-servizz tal-e\u017cigenzi ekonomi\u010bi, li jivvintawhom xi w\u0127ud biex isiru sinjuri minn fuq dahar \u0127addie\u0127or.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><div class=\"creativ-shortcode creativ-shortcode-pullright creativ-shortcode-pullright-colour-red\"> L-ekonomija hija g\u0127as-servizz tal-bniedem u tal-\u0121id komuni u mhux il-bniedem g\u0127as-servizz tal-ekonomija. Pero\u2019 skont is-sistema ekonomika attwali, il-bniedem huwa g\u0127as-servizz tal-e\u017cigenzi ekonomi\u010bi, li jivvintawhom xi w\u0127ud biex isiru sinjuri minn fuq dahar \u0127addie\u0127or.<\/div>\u00a0Is-sistema ekonomika li qed ng\u0127ixu fiha hija mag\u0127mula minn diversi swieq, li lkoll jimxu fuq dan il-prin\u010bipju: l-og\u0127la qlieg\u0127 bl-inqas spejje\u017c possibbli. Iktar ma wie\u0127ed jonfoq, iktar se jkun hemm tkabbir ekonomiku u jekk xi \u0127add ma jifla\u0127x i\u0127allas, g\u0127andu jissellef. G\u0127all-banek, il-dejn huwa flus ukoll, ladarba l-banek jistg\u0127u idejnu d-dejn ukoll. Iktar ma jkun hemm dejn, g\u0127all-bank iktar a\u0127jar. B\u2019dan il-mod, fis-suq finanzjarju qed jintefg\u0127u iktar flus milli fil-fatt hemm fis-suq reali.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dawk li a\u0127na ng\u0127idulhom flus illum huma biss bi\u010b\u010ba karta. Qabel il-valur tal-flus kien jikkorrispondi g\u0127all-valur tad-deheb li pajji\u017c kien ikollu fir-ri\u017cervi tieg\u0127u. Fil-fatt il-munita kienet tista\u2019 ti\u0121i maqluba f\u2019deheb. Illum il-valur tal-munita ma jiddipendix biss fuq id-deheb, imma anke fuq \u0121id ie\u0127or. Fl-img\u0127oddi, il-President tal-USA, Nixon fi \u017cmien il-gwerra tal-Vietnam, kien waqqaf temporanjament\u00a0 li d-dollaru Amerikan ji\u0121i mibdul f\u2019deheb. G\u0127aliex? Min\u0127abba l-gwerra tal-Vietnam, Nixon beda jistampa iktar karti tad-dollaru milli kellu ri\u017cervi tad-deheb. Biex jevita l-i\u017cvalutar tal-munita, \u0127a din il-mi\u017cura u baqg\u0127et hekk sal-lum.\u00a0Tajjeb li nsemmu wkoll li minn wara t-tieni gwerra dinjija, id-dollaru Amerikan sar il-munita li tintu\u017ca fis-swieq internazzjonali u li l-valur tal-muniti ji\u0121i mqabbel mad-dollaru Amerikan.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><img decoding=\"async\" loading=\"lazy\" class=\"alignleft\" src=\"https:\/\/upload.wikimedia.org\/wikipedia\/commons\/a\/a5\/Gold_Bars.jpg\" width=\"300\" height=\"180\" \/>Fl-2010 se\u0127\u0127et ir-Rebbieg\u0127a G\u0127arbija, li fost il-\u0127afna rivoluzzjonijiet kien hemm il-qtil ta\u2019 Gaddafi. Il-pretest kien li dan kien theddida g\u0127all-umanita\u2019 u li kien qed jg\u0127akkes lil-Libjani. Gaddafi kien veru perikolu\u017c fis-sebg\u0127inijiet u t-tmeninijiet u mhux meta xja\u0127. Pero\u2019 Gaddafi ried jo\u0127loq munita wa\u0127da Afrikana, b\u0127alma l-pajji\u017c Ewropej \u0127olqu l-Ewro, u ried ukoll li r-ri\u017cerva tad-deheb wara l-munita Afrikana ikun tieg\u0127u, g\u0127ax min g\u0127andu l-kontroll tal-munita g\u0127andu awtomatikament kontroll fuq l-ekonomija u l-politika ta\u2019 dawk il-pajji\u017ci li ju\u017caw dik il-munita. Hu ried li jit\u0127allas g\u0127a\u017c-\u017cejt li jbieg\u0127 bid-deheb u mhux bid-dollaru amerikan u g\u0127alhekk qatluh.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Illum spi\u010b\u010bajna li hawn sfruttament kbir tal-illu\u017cjoni li l-bniedem huwa \u0127ieles. Fil-fatt mhu veru xejn. \u0126afna drabi qed jin\u0127olqu esi\u0121enzi inutli fis-sistema ekonomika, li biex wie\u0127ed ila\u0127\u0127aq mag\u0127hom ikollu jissagrifika lilu nnifsu, lill-familja, kif ukoll il-\u0121id u s-sa\u0127\u0127a tieg\u0127u. Din is-sistema ekonomika titlob li kull sena jkun hemm tkabbir ekonomiku, ji\u0121ifieri \u017cieda fil-GDP. Jekk ma jkunx hemm tkabbir ekonomiku, l-ekonomija taqa\u2019 f\u2019re\u010bessjoni. Jekk pajji\u017c irid jara tkabbir ekonomiku, irid jivvinta attivitajiet ekonomi\u010bi \u0121odda. Il-problemi saru okka\u017c\u017cjoni biex wie\u0127ed jo\u0127loq attivita\u2019 ekonomika li toffri servizzi jew prodotti biex isolvihom. Mela aktar ma jin\u0127olqu problemi aktar se jkollna okka\u017c\u017cjoni ta\u2019 tkabbir ekonomiku. Mela, ejja no\u0127olqu problemi \u0121odda \u0127alli no\u0127olqu aktar attivita\u2019 ekonomika. Per e\u017cempju, is-settur tal-manifattura jo\u0127loq il-problema tal-iskart. Allura rrid no\u0127loq servizz biex ne\u0127les minn dan l-iskart. L-iskart offra okka\u017cjoni biex \u0127addie\u0127or jo\u0127loq attivita\u2019 ekonomika li ssolvi l-problema tal-iskart. U hekk l-ekonomija tikber.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Illum qed ng\u0127ixu \u0127ajja stressata min\u0127abba esi\u0121enzi ekonomi\u010bi esa\u0121erati. L-istress jo\u0127loq \u0127afna mard. Dan il-mard joffri okka\u017cjoni ta\u2019 xog\u0127ol lit-tobba u lill-psikolo\u0121i, kif ukoll lill-industrija tad-divertiment biex wie\u0127ed ji\u017cvoga jew jikkompensa ftit g\u0127ad-dwejjaq tal-\u0127ajja. Hemm min qed jistag\u0127na minn dan l-isfruttament u hemm min qed i\u0127allas il-prezz huwa u jissagrifika lilu nnfisu u l-familja tieg\u0127u.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><img decoding=\"async\" loading=\"lazy\" class=\"alignright\" src=\"https:\/\/upload.wikimedia.org\/wikipedia\/commons\/3\/37\/%E3%81%A1%E3%81%B3%E3%81%A3%E3%81%93%E9%9B%86%E4%B8%AD_%2831944239332%29.jpg\" width=\"280\" height=\"200\" \/>Wie\u0127ed\/wa\u0127da ji\u0121u g\u0127ajjenin mix-xog\u0127ol u g\u0127alhekk l-istorbju tat-tfal ma jifil\u0127uhx. Biex je\u0127ilsu mit-tfal, \u0127alli j\u0127alluhom bi kwiethom, jixtrulhom xi playstation jew kompjuter u j\u0127alluhom sieg\u0127at s\u0127a\u0127 quddiemhom. It-tfal kuntenti \u0127afna. Il-\u0121enituri wisq iktar, imma qed issir \u0127sara kbira fuq it-tfal g\u0127ax qed jitilfu l-iskola naturali tal-\u0127ajja u mhux qed ji\u017cviluppaw il-\u0127iliet me\u0127tie\u0121a biex jimmaturaw u jsiru adulti awtonomi u responsabbli. Barra minn hekk, biex il-\u0121enituri jpattu g\u0127an-nuqqas ta\u2019 \u0127in li suppost jg\u0127addu ma\u2019 uliedhom, jixtrulhom kull ma jridu. U hekk is-suq jimxi! U jkunu qed jippreparaw konsumaturi e\u010b\u010bellenti. Meta jikbru, kull ma jridu jixtruh. Jispi\u010b\u010baw skjavi tal-ekonomija.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Wara l-ekonomija hemm sidien li dejjem qed jistag\u0127new. Is-swieq dejjem qeg\u0127din jikkon\u010bentraw f\u2019idejn ftit sidien li qed isiru sinjuri waqt li l-ma\u0121\u0121oranza qeg\u0127din jiftaqru. L-ekonomija tag\u0127na hawn Malta tippendendi wkoll milli nattiraw l-investiment barrani. Dan ifisser li qed jid\u0127lu fis-swieq tag\u0127na il-kumpaniji ta\u2019 dawn il-propjetarji barranin li qed ja\u0127kmu l-ekonomija globali. Dan ifisser li flejjes kbar de\u0127lin fil-bwiet tas-sidien barranin.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><div class=\"creativ-shortcode creativ-shortcode-pullleft creativ-shortcode-pullleft-colour-red\">Il-\u0121enituri g\u0127andhom jg\u0127allmu lill-uliedhom jirrispettaw lill-\u0127bieb mhux g\u0127ax qeg\u0127din fit-tali nursery, jew g\u0127ax jilbsu \u0127wejje\u0121 tad-ditta, imma g\u0127ax huma bnedmin.<\/div>Irridu noqog\u0127du ftit attenti li ma n\u0127allux l-ekonomija tmexxina minn imne\u0127irna. L-iskop tal-mezzi tal-komunikazzjoni hu li jippromovu dan il-mudell ekonomiku: biex nonfqu dejjem aktar. Il-media jiddependu mir-riklami, u g\u0127alhekk jinteressahom li jda\u0127\u0127lu din il-mentalita\u2019 biex min jirreklama jbig\u0127. Dan hu l-istil ta\u2019 \u0127ajja li jdawwar ir-rota ekonomika. Jikkonvin\u010buk li ma tistax tag\u0127mel mod ie\u0127or. La kul\u0127add ja\u0127seb hekk, kul\u0127add jag\u0127mel hekk. Irridu nedukaw lil uliedna biex ma jkunux skjavi ta\u2019 dan kollu. Il-\u0121enituri g\u0127andhom jg\u0127allmu lill-uliedhom jirrispettaw lill-\u0127bieb mhux g\u0127ax qeg\u0127din fit-tali nursery, jew g\u0127ax jilbsu \u0127wejje\u0121 tad-ditta, imma g\u0127ax huma bnedmin. Din ti\u0121i mill-\u0121enituri. \u0126afna drabi huma l-\u0121enituri li jda\u0127\u0127luhomlom dawn l-ideja li g\u0127andhom ikunu jew tal-lanqas jidhru a\u0127jar minn \u0127addie\u0127or. Il-<em>peer pressure<\/em> tibda mill-\u0121enituri, li jinqdew bit-tfal biex jag\u0127mlu kompetizzjoni bejniethom. It-tfal ma jag\u0127mlux kompetizzjoni bejniethom. Huma l-\u0121enituri ffissati li jisfruttaw lil uliedhom biex jidhru huma. Barra minn hekk, \u010bertu \u0121enituri jridu jidhru \u0127elwin wkoll ma\u2019 wliedhom. G\u0127alfejn? Jista\u2019 jkun biex itaffu l-<em>guilt feelings<\/em> g\u0127ax ma jsibux \u0127in g\u0127al uliedhom. Allura biex ipattu, jikkuntentawhom f\u2019kollox, biex i\u0127ossuhom a\u010b\u010bettati minn uliedhom.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Tant qed ikunu mg\u0127obbijin it-tfal li iktar ma jg\u0127addi \u017c-\u017cmien inqas qed ikunu kapa\u010bi jirra\u0121unaw. Mhux qed in\u0127allulhom \u017cmien biex ji\u017cviluppaw mo\u0127\u0127 li jaf jirra\u0121una. X\u2019g\u0127andu x\u2019jaqsam dan mal-ekonimija? G\u0127andu, u kif, g\u0127ax dan l-istil ta\u2019 \u0127ajja li ming\u0127alina qed ni\u017cviluppaw il-\u0127iliet ta\u2019 wliedna, fil-fatt qed ni\u017cviluppaw il-bwiet tal-o\u0127rajn! U qed issir \u0127sara kbira! Il-familja spi\u010b\u010bat g\u0127as-servizz tal-ekonomija. Il-familja trid twie\u0121eb g\u0127all-esi\u0121enzi tas-sistema ekonomika. Il-\u0121enituri jispi\u010b\u010baw jissagrifikaw ir-relazzjoni ta\u2019 bejniethom, il-\u0127in li jistg\u0127u jqattghu ma\u2019 wliedhom. L-ekonomija mhix qeg\u0127da g\u0127as-servizz tal-bniedem, imma hu l-bniedem u l-familja li huma g\u0127as-servizz tal-ekonomija.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-ekonomija mhix xi \u0127a\u0121a astratta \u2013 warajha hemm nies li qeg\u0127din i\u0127axxnu buthom. Qed jag\u0127mlu profitt kbir. Per e\u017cempju, f\u2019rapport tal-Oxfam 2017, tissemma kumpanija f\u2019pajji\u017c partikolari li manager wie\u0127ed g\u0127andu paga daqs ta\u2019 10,000 \u0127addiem tag\u0127ha.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">U \u2019l hemm sejrin, g\u0127ax hi sistema organizzata biex tkun hekk!<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Prin\u010bipju ba\u017ciku tad-Duttrina So\u010bjali tal-Knisja huwa dan: L-ekonomija hija g\u0127as-servizz tal-bniedem u tal-\u0121id komuni u mhux il-bniedem g\u0127as-servizz tal-ekonomija. Pero\u2019 skont is-sistema ekonomika attwali, il-bniedem huwa g\u0127as-servizz tal-e\u017cigenzi ekonomi\u010bi, li <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":5510,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5522"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5522"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5522\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5524,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5522\/revisions\/5524"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/5510"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5522"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5522"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5522"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}