{"id":5593,"date":"2017-10-25T10:04:59","date_gmt":"2017-10-25T08:04:59","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=5593"},"modified":"2017-10-25T10:17:17","modified_gmt":"2017-10-25T08:17:17","slug":"prayer-cafe-it-tbatija-tahdita-mis-sur-john-seguna-il-gimgha-20-tottubru","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/prayer-cafe-it-tbatija-tahdita-mis-sur-john-seguna-il-gimgha-20-tottubru\/","title":{"rendered":"Prayer Caf\u00e8: IT-TBATIJA \u2013 ta\u0127dita mis-sur John Seguna \u2013 il-\u0120img\u0127a 20 t\u2019Ottubru."},"content":{"rendered":"<p>&nbsp;<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127a bdiet bil-kant tat-Talba tal-Moviment u l-Manifikat.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Alla, fil-pjan ori\u0121inali Tieg\u0127u, qatt ma kellu f\u2019mo\u0127\u0127u t-tbatija. Din da\u0127let konsegwenza tad-dnub.<\/p>\n<div style=\"width: 255px\" class=\"wp-caption alignleft\"><img decoding=\"async\" loading=\"lazy\" class=\" wp-image-2818 alignleft\" src=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/04\/Christ-resurrects-Lazarus.jpg\" alt=\"Christ resurrects Lazarus\" width=\"245\" height=\"339\" srcset=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/04\/Christ-resurrects-Lazarus.jpg 356w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/04\/Christ-resurrects-Lazarus-217x300.jpg 217w\" sizes=\"(max-width: 245px) 100vw, 245px\" \/><p class=\"wp-caption-text\"><br \/>Kristu jqajjem lil Lazzru mill-mewt<\/p><\/div>\n<p style=\"text-align: justify;\">Irridu nifhmu lil min g\u0127addej mit-tbatija. Mhix fa\u010bli. Trid tkun g\u0127addejt int minn dak li qed isofri \u0127addie\u0127or biex forsi tipprova tifhmu. E\u017cempju \u010bar huwa l-mod kif \u0120esu\u2019 kien jimxi ma\u2019 min kien qed ibati, b\u0127al Marta u Marija fil-mewt ta\u2019 \u0127uhom Lazzru. Qatt m\u2019g\u0127andna nippruvaw nikkunslaw lil batut bi spiritwali\u017cmu fierag\u0127.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>IT-TBATIJA G\u0126ANDHA SENS UKOLL!<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-passjoni ta\u2019 \u0120esu\u2019 hija ba\u0127ar ta\u2019 tbatija u o\u010bejan ta\u2019 m\u0127abba u tolleranza. It-tbatija fiha sens salvikifu meta ting\u0127atha g\u0127all-o\u0127rajn. It-tbatija m\u2019g\u0127andiex skop fija nnifisha. Mhix it-tbatija li tressaqna lejn Alla, imma il-mod kif a\u0127na ng\u0127ixuha u r-rispons tag\u0127na lejha.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Meta nitkellmu fuq it-tbatija, \u0127afna drabi a\u0127na niffukaw fuq id-dimensjoni negattiva ta\u2019 l-e\u017cistenza tag\u0127ha. Imma fil-\u0127ajja tag\u0127na hemm il-po\u017cittiv ukoll. Te\u017cisti l-gwerra, imma anke l-pa\u010bi u l-kumpassjoni; \u0121u\u0127, imma anke ikel; di\u017castri naturali, imma anke tlug\u0127 u n\u017cul ix-xemx, \u0121onna, xmajjar, muntanji; mard, imma anke fejqan; mibg\u0127eda, imma anke m\u0127abba u rispett. Santu Wistin jg\u0127id \u201cAllavolja jg\u0127ix fit-tbatija, il-bniedem xorta j\u0127obb \u0127ajtu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>L-EGOI\u017bMU TAL-BNIEDEM HU L-BIDU TA\u2019 \u0126AFNA TBATIJIET.<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-mard, il-faqar, il-gwerer&#8230; \u0127afna drabi huma kkaw\u017cati mill-in\u0121ustizzji fuq livell mondjali. Nafu li l-junk food qed joqtolna, imma xorta nibqg\u0127u nikkunsmawh! Nafu li s-sigaretti u d-drogi joqtluna, imma nibqg\u0127u nabbu\u017caw! \u0126afna tbatija hi kkaw\u017cata mill-egoi\u017cmu tag\u0127na, b\u0127al tilwim mall-\u0121irien&#8230; Alla l-\u0127in kollu jibg\u0127at nies biex jg\u0127allmuna, imma \u0127afna drabi nag\u0127mlu b\u0127all-Antik Testment: jekk ma nag\u0127tux kashom, jew sa\u0127ansitra noqtluhom!<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>\u00a0<\/strong><strong>ALLA \u0126ALAQ KOLLOX SEW U TAJJEB<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil \u0120enesi \u2013 I\u017caija 5, 1\u20137, is-Sid (Alla) g\u0127amel kollox g\u0127all-g\u0127alqa tad-dwieli. G\u0127a\u017cel art tajba, ipprepara l-art biex ikollha abbundanza ta\u2019 frott, g\u0127a\u017cel l-a\u0127jar pjanti. Imma b\u0127ala ri\u017cultat kellu g\u0127eneb qares. Mela l-awtur sagru qed jg\u0127idilna li dak li xtaq Alla ma \u0121arax! Hawn jo\u0127ro\u0121 bi\u010b-\u010bar li Alla ma jiggarantix ri\u017cultati, u dan g\u0127aliex Alla jag\u0127tina l-liberta\u2019 anke li ni\u010b\u0127duh u li ma n\u0127obbuhx. Tant i\u0127obbna li fdana bil-kreazzjoni Tieg\u0127u! Il-frott li Alla ried f\u2019vers 7 huma l-\u0121ustizzja u l-pa\u010bi. Jekk in\u0127addnuhom, it-tbatija tonqos ferm minn din id-dinja.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>X\u2019TG\u0126ID IL-BIBBJA RIGWARD IT-TBATIJA?<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kemm fl-Antik kif ukoll fil-\u0120did Testment, naraw \u0127afna tbatija ta\u2019 kull forma. Fil-fatt hemm il-Ktieb tal-Lamentazzjonijiet! Ta\u2019 spiss insibu l-awtur jirra\u0121una u jargumenta m\u2019Alla \u2013 hija esperjenza komuni f\u2019min qed ibati.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Bibbja tixhed g\u0127ar-realta\u2019 tat-tbatija fid-dimensjonijiet kollha tag\u0127ha \u2013 fi\u017cika, interjuri u spiritwali, fuq livell kemm kolletiv kif ukoll individwali.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Bibbja qatt ma \u0127biet it-tbatija, lanqas dik estrema \u2013 oppressjoni u jasar, faqar, gwerer, di\u017cgrazzji, epidemji, mard fi\u017ciku ta\u2019 kull xorta, mard tax-xju\u0127ija, mard psikiku, mewt, persekuzzjoni, taqbid interjuri, is-skiet t\u2019Alla &#8230;<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>IT-TBATIJA FIT-TESTMENT L-ANTIK<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fit-Testment l-Antik in-nies kienu jemmnu li kull \u0127a\u0121a \u0121ejja ming\u0127and Alla, kemm jekk hija tajba u kemm jekk hi \u0127a\u017cina. It-tajjeb, b\u0127al flus, fer\u0127, tfal, \u0127ajja twila, reb\u0127 fil-gwerra, \u0121id &#8230; dawn kienu jitqiesu b\u0127ala rigal ming\u0127and Alla. Affarijiet \u0127\u017ciena, b\u0127al \u0127ajja qasira, mard, bla tfal, telf fil-gwerra &#8230; dawn kienu jitqiesu b\u0127ala mibg\u0127uta minn Alla b\u0127ala kastig g\u0127ad-dnubiet tag\u0127hom u anke sa\u0127ansitra tal-antenati tag\u0127hom! Fl-Antik Testment ukoll, Alla mhux muri biss b\u0127ala dak li jikkastiga, imma wkoll b\u0127ala dak li jintervjeni u jkisser it-tbatija. L-aspett tas-salvazzjoni qatt mhu minsi, e\u017c I\u017caija 40 \u2013 55 li jitratta dwar il-profeija tal-konsolazzjoni.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fit-Testment l-Antik \u0127afna kienu jemmnu li l-uniku post li Alla seta\u2019 jippremja jew jikkastiga lil xi \u0127add kien biss f\u2019din id-dinja. Ma kienux jemmnu la fil-\u0120enna u lanqas fl-Infern. Kienu jemmnu biss fl-art tal-mejtin (Sheol). Kien post fejn ma kienx hemm \u0127ajja, bla kuntatt mall-\u0127ajjin u maqtug\u0127 minn Alla. Kienu jemmnu wkoll li jekk tobdi il-Torah (Li\u0121i) u l-Patt, int \u0127ajjtek \u0127a tkun su\u010b\u010bess, imma jekk int ma tobdix, int \u017cgur se tbati \u2013 teolo\u0121ija tad-Dewteronomju, ideja qawwija fil-Profeti.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-fatt tara li \u0127afna awturi sagri ma tantx jag\u0127tu mportanza tas-su\u010b\u010bessi ta\u2019 \u0127afna rejiet, imma l-motif prin\u010bipali hu: g\u0127aliex waqajna fl-E\u017cilju? U r-risposta dejjem tinsab fid-Dewteronomju: ma \u0121ewx obduti l-Li\u0121i u l-Patt.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>IL-KOTBA TAL-G\u0126ERF \u2013 JOB, KOHELET &#8230;<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Matul i\u017c-\u017cminijiet, il-bniedem beda\u2019 jinduna li dak li kien jemmen \u2013 it-tajjeb ikollu r-risq u l-\u0127a\u017cin it-tbatija \u2013 mhux dejjem kien ji\u0121ri. L-awturi sagri bdew jinduna li fil-\u0127ajja normali \u0127afna drabi kien ji\u0121ri l-kontra!<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dawn il-Kotba Filosofi\u010bi ppruvaw jirrispondu din il-\u0127a\u0121a. Hawn in-nies bdiet tu\u017ca r-ra\u0121uni. Naraw li t-tema ta\u2019 premju jew punizzjoni, f\u2019\u0127ajja o\u0127ra wara din, dehret fil-kotba Apokalipti\u010bi (Danjel &#8230;) Il-lezzjoni prin\u010bipali fil-ktieb ta\u2019 \u0120ob hi li meta dan, fi tbatija kbira, esperjenza lil Alla, kollox sar irrevelanti, anke t-tbatija nnifisha! Anke qabel ma Alla re\u0121a\u2019 tah kollox, Gob inbidel fil-pre\u017cenza t\u2019Alla. Fid-dawl t\u2019Alla kollox jitlef l-importanza tieg\u0127u!\u0120ob jurina li l-fidi trid tibqa\u2019 biex it-tbatija tintreba\u0127.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">It-Testment l-Antik ma jarax lil Alla biss b\u0127ala dak li jikkaw\u017ca t-tbatija, imma wkoll b\u0127ala dak li jeqridha.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>&nbsp; Il-laqg\u0127a bdiet bil-kant tat-Talba tal-Moviment u l-Manifikat. Alla, fil-pjan ori\u0121inali Tieg\u0127u, qatt ma kellu f\u2019mo\u0127\u0127u t-tbatija. Din da\u0127let konsegwenza tad-dnub. Kristu jqajjem lil Lazzru mill-mewt Irridu nifhmu lil min <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":1780,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[59],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5593"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5593"}],"version-history":[{"count":9,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5593\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5610,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5593\/revisions\/5610"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/1780"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5593"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5593"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5593"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}