{"id":5655,"date":"2017-11-14T10:25:18","date_gmt":"2017-11-14T09:25:18","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=5655"},"modified":"2017-11-14T10:25:51","modified_gmt":"2017-11-14T09:25:51","slug":"prayer-cafe-mehtieg-hafna-ghaqal-tahdita-mis-sur-joe-huber-gimgha-10-ta-novembru-2017","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/prayer-cafe-mehtieg-hafna-ghaqal-tahdita-mis-sur-joe-huber-gimgha-10-ta-novembru-2017\/","title":{"rendered":"Prayer Caf\u00e8:  \u2013 ME\u0126TIE\u0120 \u0126AFNA G\u0126AQAL ta\u0127dita mis-sur Joe Huber \u2013 \u0120img\u0127a 10 ta\u2019 Novembru 2017."},"content":{"rendered":"<h4><\/h4>\n<p>Il-laqg\u0127a bdiet bil-kant tat-Talba tal-Moviment.<\/p>\n<p>Imbag\u0127ad inqara l-Van\u0121elu tal-\u0126add \u2013 Matt 25: 1-13 \u2013 Il-Parabbola tal-G\u0127axar Xebbiet. \u0126afna drabi l-Van\u0121elu jibda bil-kliem \u201cdak i\u017c-\u017cmien\u201d. Kif nisimg\u0127u din l-espressjoni norbtuha ma\u2019 xi \u0127a\u0121a tal-passat. Pero\u2019 \u201cdak i\u017c-\u017cmien\u201d jista\u2019 jkun illum ukoll, g\u0127aliex il-Van\u0121elu hu universali. Il-Van\u0121elu mhux miktub g\u0127all-insara ta\u2019 dak i\u017c-\u017cmien biss, imma g\u0127andu tifsira g\u0127al kul\u0127add \u2013 g\u0127al issa u g\u0127a\u017c-\u017cmien li \u0121ej.<\/p>\n<p>X\u2019inhu \u017c-\u017cmien li \u0121ej? Ma nafux, imma l-Parabbola turina \u010bar x\u2019se ji\u0121ri fi\u017c-\u017cmien li \u0121ej. G\u0127aliex Bin il-Bniedem g\u0127ad ji\u0121i g\u0127alina u g\u0127al kul\u0127add ming\u0127ajr ma jkun mistenni, kif naraw fil-Parabbola.<\/p>\n<p>Hawnhekk insibu kelma mportanti &#8211; \u201cishru\u201d &#8211; ibqg\u0127u dejjem imqajjmin, ji\u0121ifieri lesti, b\u0127ax-xbejbiet g\u0127aqlin tal-Parabbola.<\/p>\n<p>\u0120esu\u2019 jibda r-rakkont hekk &#8211; \u201cIs-saltna tas-smewwiet tixbah&#8230;\u201d Meta jirrakkonta xi \u0127a\u0121a, \u0120esu\u2019 jrid dejjem iwassalna lejn dak li hu l-veru g\u0127an tag\u0127na \u2013 dak li jrid ji\u0121ri wara t-tmiem. L-g\u0127axar xebbiet kollha kienu qed jistennew il-mi\u0121ja tal-g\u0127arus. U kienu lesti li jistennew anke sad-dlam. Imma \u0127amsa kienu g\u0127aqlin, u \u0127amsa kienu boloh. L-g\u0127aqlin \u0127asbu \u2018l quddiem g\u0127al li jista\u2019 jinqala\u2019. U allura \u0127adu mag\u0127hom iktar \u017cejt. U l-boloh ma \u0127asbux, ma tawx kas. U l-g\u0127arus iddawwar ma \u0121ie. Ma nafux g\u0127aliex \u2013 ma qalx x\u2019\u0127in se jasal. Hawn niftakru wkoll fi kliem \u0120esu\u2019: \u201cLi kieku s-sid jaf x\u2019\u0127in se ji\u0121i l-\u0127alliel &#8230;.\u201d<\/p>\n<p>A\u0127na rridu nkunu dejjem lesti. L-imsieba\u0127 tal-g\u0127axar xebbiet baqg\u0127u mixg\u0127ula sakemm baqa\u2019 \u017cejt fihom. Imma \u017c-\u017cejt beda\u2019 jonqos, allura kien hemm il-\u0127tie\u0121a li jimlewhom.<\/p>\n<p>X\u2019inhu \u017c-\u017cejt g\u0127alina b\u0127ala nsara? Huma l-azzjonijiet tajba tag\u0127na \u2013 dak kollu li nag\u0127mlu biex nibqg\u0127u dejjem nikkonvertu \u2013 in\u0127arsu \u2018l quddiem lejn l-g\u0127an veru tag\u0127na \u2013 il-\u0127ajja ta\u2019 dejjem.<\/p>\n<p>X\u2019\u0127in qorob l-g\u0127arus naraw ir-reazzjoni tax-xbejbiet. Il-boloh indunaw li ma kellomx biex i\u017commu d-dawl \u0127aj \u2013 il-festa \u0127ajja. Allura talbu lill-g\u0127aqlin biex ituhom minn tag\u0127hom. L-g\u0127aqlin qalulhom li jekk jag\u0127mlu hekk ma jkunx hemm bi\u017c\u017cejjed g\u0127al kul\u0127add. Qalulhom biex ja\u0127sbu g\u0127al rashom. Dawn a\u010b\u010bettaw il-parir u marru jfittxu. L-g\u0127arus wasal x\u2019\u0127in kienu g\u0127adhom ma \u0121ewx lura. Dawk li kellhom id-dawl jixg\u0127el da\u0127lu g\u0127all-festa. Meta waslu l-boloh, semg\u0127u twe\u0121iba li jekk na\u0127sbu daqsxejn fuqha tkexkixna &#8211; \u201cJien ma nafkomx\u201d. Maqtug\u0127in mill-festa min\u0127abba l-bluha, g\u0127ax ma \u0127asbux minn qabel. Hawnhekk \u0120esu\u2019 jrid itina tag\u0127lima sempli\u010bi: \u201cIshru, g\u0127ax ma tafux la l-jum u lanqas is-sieg\u0127a\u201d &#8211; g\u0127andna dejjem inkunu lesti.<\/p>\n<p>Fi kliem ie\u0127or, il-\u0127ajja nisranija tag\u0127na m\u2019g\u0127andix tkun superfi\u010bjali. G\u0127andna n\u0127arsu \u2018hin minn dak li jidher \u2013 mhedijin wisq b\u2019dak li naraw. Allura rridu nibqg\u0127u nfittxu l-\u0127in kollu xi jrid Alla minna \u2013 anke fl-iktar affarijiet \u017cg\u0127ar. Hekk inkunu qeg\u0127din na\u0127sbu biex matul \u0127ajjitna nibnu l-\u0127a\u017cna ta\u017c-\u017cejt \u2013 b\u0127al ma kellhom l-g\u0127aqlin.<\/p>\n<p>Biex a\u0127na na\u0127\u017cnu dan i\u017c-\u017cejt, ma nistg\u0127ux niddependu minn \u0127addie\u0127or \u2013 nippretendu li \u0127addie\u0127or itina dak li nistg\u0127u nag\u0127mlu a\u0127na. Kull bniedem hu responsabbli tal-azzjonijiet tieg\u0127u. A\u0127na mdorrijin f\u2019so\u010bjeta\u2019 fejn insibu d-difetti ta\u2019 \u0127addie\u0127or biex ni\u0121\u0121ustifikaw l-i\u017cball tag\u0127na. Na\u0127sbu li b\u2019daqshekk \u0127lisna minn xi \u0127a\u0121a fuq il-kuxjenza tag\u0127na. L-i\u017cball ta\u2019 \u0127addie\u0127or qatt ma ji\u0121\u0121ustifika l-i\u017cball tag\u0127na.<\/p>\n<p>Il-boloh issa ndunaw li l-g\u0127aqlin kienu \u0127asbu minn qabel. Dawn l-g\u0127axra kienu kollha mag\u0127\u017culin \u2013 mistednin. Il-boloh baqg\u0127u jittamaw li l-g\u0127arus jasal f\u2019xi \u0127in li l-imsieba\u0127 tag\u0127hom ikunu g\u0127adhom mixg\u0127ulin. G\u0127alhekk ma \u0127asbux minn qabel. Minflok ma \u0127adu l-inizzjattiva biex jirran\u0121aw is-sitwazzjoni, riedu li l-o\u0127rajn isolvulhom dil-problema. L-umilta\u2019 tidher li ma kenitx wa\u0127da mill-karatteristi\u010bi tag\u0127hom \u2013 solvili l-problema int!<\/p>\n<p>Kemm ng\u0127abbu fuq \u0127addie\u0127or! Nippretendu li \u0127addie\u0127or isolvi l-problemi tag\u0127na. Niippretendu li \u0127addie\u0127or g\u0127andu jinbidel biex jog\u0127\u0121ob lilna. L-umilta\u2019 tfisser li jien nag\u0127raf in-nuqqasijiet tieg\u0127i. Nammetti li g\u0127amilt \u017cball. Kemm hi diffi\u010bli, spe\u010bjalment f\u2019din il-kultura li qed ng\u0127ixu fiha! Il-boloh, flok ma ddispja\u010bihom tal-i\u017cball li kienu g\u0127amlu, riedu ja\u0127tfu \u017c-\u017cejt ta\u2019 \u0127addie\u0127or. Ma tawx kas li setg\u0127u jda\u0127\u0127lu lill-g\u0127aqlin fi sqaq, g\u0127aliex kieku tawhom mi\u017c-\u017cejt tag\u0127hom, mhux \u0127amsa kienu jispi\u010b\u010baw barra, imma g\u0127axra.<\/p>\n<p>Papa Fran\u0121isku, f\u2019omelija li g\u0127amel dil il-\u0121img\u0127a, qal li ma nistg\u0127ux a\u0127na, b\u0127ala nsara, nirkbu fuq dahar xulxin. Irid ikollna atte\u0121\u0121jament ta\u2019 fraternita\u2019. Nistg\u0127u ng\u0127idu wkoll li dawn il-boloh ma kellhomx rispett jew im\u0127abba lejn il-\u0127amsa l-o\u0127ra, g\u0127ax ma mpurtahomx li setg\u0127u ida\u0127\u0127luhom fl-inkwiet. Il-\u0121enn tas-so\u010bjeta\u2019 moderna hi li ma tqisx ir-riskju li jista\u2019 jg\u0127addi \u0127addie\u0127or meta bniedem ja\u0127seb biss g\u0127al rasu.<\/p>\n<p>F\u2019parabbola o\u0127ra tal-festa tat-tie\u0121 insibu li wie\u0127ed ma kienx liebes g\u0127all-festa \u2013 u dan spi\u010b\u010ba barra wkoll. Dawn il-boloh baqg\u0127u barra mill-festa g\u0127ax f\u2019\u0127ajjithom ma stinkawx biex idawwluha \u2013 wisq inqas ma dawwlu lil \u0127addie\u0127or.<\/p>\n<p>F\u2019din il-parabbola \u0120esu\u2019 jtina \u017cew\u0121 twissijiet importanti. L-ewwel wa\u0127da li rridu nkunu dejjem lesti biex niltaqg\u0127u Mieg\u0127u, g\u0127ax \u0127add ma jaf il-futur. \u0126a\u0121a li tg\u0127ina biex in\u0127arsu lejn il-futur huma n-Novissmi. Bil-\u0127sieb li a\u0127na lkoll irridu nitilqg\u0127u minn hawn, nistg\u0127u nifhmu a\u0127jar dak li dejjem jis\u0127aq fuqu l-Papa Fran\u0121isku \u2013 l-im\u0127abba. Meta a\u0127na naslu f\u2019punt il-mewt, jispi\u010b\u010baw mag\u0127ha \u017cew\u0121 virtujiet \u2013 il-fidi u t-tama. Tibqa\u2019 biss l-im\u0127abba \u2013 l-im\u0127abba tal-Missier li tana s-salvazzjoni.<\/p>\n<p>It-tieni twissija li jtina \u0120esu\u2019 hi li hemm affarijiet li a\u0127na ma nistg\u0127ux nissellfu ming\u0127and \u0127addie\u0127or, b\u0127al ma hi r-relazzjoni u l-fedelta\u2019 tieg\u0127i lejn Alla. \u0126afna qeg\u0127din jib\u017cg\u0127u i\u0121orru l-pi\u017c li jridu jag\u0127tu e\u017cempju tajjeb. \u0120esu\u2019 qal: \u201cAg\u0127mlu dak illi jg\u0127idulkom, imma tag\u0127mlux b\u0127alhom\u201d.<\/p>\n<p>G\u0127andna dmirijiet iebsin \u2013 ma nistg\u0127ux in\u0121orruhom we\u0127idna. L-Ispirtu s-Santu hu dak li jg\u0127ina. Irridu n\u0127allulu l-ispazju biex jid\u0127ol fina. \u0126add ma jista\u2019 jg\u0127id \u201civa\u201d lil \u0120esu\u2019 minflokna. Dik \u201civa\u201d hi personali. Kollha qed nistennew lil \u0120esu\u2019, imma mhux kul\u0127add lest g\u0127al din il-mi\u0121ja.<\/p>\n<div class=\"creativ-shortcode creativ-shortcode-pullright creativ-shortcode-pullright-colour-red\">\u201cA\u0126DEM QISEK M\u2019INT SE TMUT QATT, IMMA G\u0126IX QISEK SE TMUT MINN \u0126IN G\u0126AL IE\u0126OR\u201d - San Fran\u0121isk.<\/div>Kemm ingergru g\u0127ax dak li nitolbu rridu li Alla jtinulna fil-pront! Allura niddejqu nistennew u nag\u0127mlu ta\u2019 rasna. Meta Alla jippruvana b\u2019dan il-mod g\u0127andu lo\u0121ika g\u0127alina li hi l-maqlub ta\u2019 dik tag\u0127na. Jekk kemm-il darba Alla jissodisfana mill-ewwel, nistg\u0127u nitilfu l-entu\u017cja\u017cmu. Minflok ma nibdew na\u0127\u017cnu \u017c-\u017cejt nidraw \u0127ajja komda. Din hi l-bruda! San \u0120wann fil-Ktieb tal-Apokalissi jg\u0127id: \u201c A\u0127jar li kont s\u0127un jew kiesa\u0127 g\u0127ax il-biered jien nobsqu minn \u0127alqi\u201d.<\/p>\n<p>Sakemm wasal l-g\u0127arus, ix-xebbiet kollha \u0127adhom in-ng\u0127as \u2013 bid-differenza li, g\u0127alkemm kienu reqdin, l-g\u0127aqlin kellhom i\u017c-\u017cejt ma\u0127\u017cun. A\u0127na rridu ntejbu \u0127ajjitna billi naqraw, nisimg\u0127u u nimmeditaw fuq il-Kelma t\u2019Alla. Irrid inkun dispost g\u0127aliha. Hemm ukoll it-talb \u2013 talb ta\u2019 tif\u0127ir, talb ta\u2019 ringrazzjament. Noffru dak kollu li nag\u0127mlu matul il-\u0121urnata lil Alla.<\/p>\n<p>Hekk kull de\u010bi\u017c\u017cjoni li nag\u0127mlu tkun f\u2019dan id-dawl \u2013 dan hu \u017c-\u017cejt fil-kus \u2013 li nag\u0127mlu atti ta\u2019 karita\u2019, biex il-musbie\u0127 tag\u0127na jkun dejjem mixg\u0127ul u b\u2019hekk indawwlu lil \u0127addie\u0127or.<\/p>\n<p>Dawn huma kollha l-ingredjenti biex x\u2019\u0127in naslu fil-punt tal-mewt ma jkollnix g\u0127alfejn nib\u017cg\u0127u. Allura t-talba tag\u0127na g\u0127andha tkun: \u201cMulej kattar fija l-fidi, Mulej\u00a0\u00a0 kattar fija l-im\u0127abba biex meta ddoqqli s-sieg\u0127a lili ma t\u0127allinix barra mill-festa\u201d<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a bdiet bil-kant tat-Talba tal-Moviment. Imbag\u0127ad inqara l-Van\u0121elu tal-\u0126add \u2013 Matt 25: 1-13 \u2013 Il-Parabbola tal-G\u0127axar Xebbiet. \u0126afna drabi l-Van\u0121elu jibda bil-kliem \u201cdak i\u017c-\u017cmien\u201d. Kif nisimg\u0127u din l-espressjoni norbtuha ma\u2019 <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":3997,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[23],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5655"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5655"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5655\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5658,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5655\/revisions\/5658"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/3997"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5655"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5655"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5655"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}