{"id":5740,"date":"2018-01-19T12:43:26","date_gmt":"2018-01-19T11:43:26","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/prayer-cafe-alla-kollox-tahdita-mis-sur-charles-briffa-gimgha-12-ta-jannar-2018\/"},"modified":"2018-01-19T12:45:03","modified_gmt":"2018-01-19T11:45:03","slug":"prayer-cafe-alla-kollox-tahdita-mis-sur-charles-briffa-gimgha-12-ta-jannar-2018","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/prayer-cafe-alla-kollox-tahdita-mis-sur-charles-briffa-gimgha-12-ta-jannar-2018\/","title":{"rendered":"Prayer Caf\u00e8: ALLA KOLLOX &#8211; ta\u0127dita mis-sur Charles Briffa \u2013 \u0120img\u0127a 12 ta\u2019 Jannar 2018."},"content":{"rendered":"<p>Santa Tere\u017ca kienet tg\u0127id: \u201cAlla bi\u017c\u017cejjed. Alla kollox\u201d<\/p>\n<p>Imma fid-dinja llum kemm hawn li jemmnu dan? Knejjes battala, \u0127lief g\u0127al xi ftit anzjani; nies depressi. G\u0127aliex qed ji\u0121ri hekk?<\/p>\n<div class=\"creativ-shortcode creativ-shortcode-pullright creativ-shortcode-pullright-colour-red\">G\u0127andi lil Alla?<\/div>Fil-mumenti tal-prova trid tg\u0127id: \u201cG\u0127andi lil Alla\u201d. Imma kif ser tikkonvin\u010bi lil o\u0127rajn dwar dan? G\u0127andi dan ir-rigal tal-fidi? Kif ser ng\u0127addih lil o\u0127rajn?<\/p>\n<p>L-ikbar sfida hi li tikkonvin\u010bi lil dak li jkun jer\u0121a\u2019 lura lejn Alla. Importanti \u0127afna, pero, li nkunu konvinti a\u0127na, mhux niddubitaw fil-mument tal-prova. Il-bniedem irid jirrassenja ru\u0127u mal-volonta\u2019 t\u2019Alla. Il-mumenti ta\u2019 prova ji\u0121u fuq kul\u0127add.<\/p>\n<p>\u0126addie\u0127or jista\u2019 jisfidana. \u201cBit-talb kollu tag\u0127kom, xi bdiltu?\u201d Nie\u0127du e\u017cempju fil-medi\u010bina. Jifta\u0127ru li qed jo\u0127olqu trabi! Imma, wara kollox, l-intelligenza minnfejn hi \u0121ejja? Bil-fta\u0127ir kollu tag\u0127hom, qatt \u0127add g\u0127adu ma \u0127alaq fjura mix-xejn!<\/p>\n<p>Jekk irridu nag\u0127tu <em>raincoat <\/em>kontra l-maltemp lil \u0127addie\u0127or, irridu nkunu a\u0127na l-ewwel li narmaw, billi nersqu iktar lejn il-Kelma t\u2019Alla. Fil-prova l-Kelma t\u2019Alla tista\u2019 ssalvana. Hu \u0121ie fostna biex jag\u0127tina e\u017cempju. G\u0127adda minn tbatija, imma talab biex jekk hu possibli jitbieg\u0127ed minnu l-kal\u010bi; \u0121ie mi\u010b\u0127ud minn Pietru, imma fuqu bena\u2019 l-knisja; \u0127afer fil-mument tal-prova. Xi jrid jurina \u0120esu\u2019?<\/p>\n<p>Fil-\u0127ajja tieg\u0127i, \u0120esu\u2019 bi\u017c\u017cejjed. Anke jekk nie\u0127du lil \u0120esu\u2019 mill-kuntest tal-istorja biss, di\u0121a\u2019 bi\u017c\u017cejjed. \u0126afna niex m\u2019g\u0127andomx pa\u010bi g\u0127ax qed i\u0127allu lil Alla barra mill-istampa.<\/p>\n<p>A\u0127na rridu nkunu armati g\u0127all-isfidi tal-lum. Wa\u0127da mill-affarijiet li qed jippruvaw ibellg\u0127ulna hi li \u0120esu\u2019 ma kienx je\u017cisti! Jikkwotawlna minn Gandhi, Buddha, et\u010b. Imma g\u0127andna tant kliem sabi\u0127 li qal Hu! Fejn \u0127a nie\u0127du r-riskju? Ng\u0127ix \u0127ajja bla Alla, jew a\u0127jar inlesti g\u0127all-\u0127ajja ta\u2019 wara? X\u2019investiment \u0127a nag\u0127mlu?<\/p>\n<p>Jekk a\u0127na li\u017c-\u017cg\u0127ar ma ntuhomx ra\u0121uni konkreta g\u0127alfejn g\u0127andhom imorru l-knisja, dawn se jkomplu ji\u017cvujtjaw. A\u0127na rridu nwasslu l-A\u0127bar it-Tajba. \u0120wanni lid-dixxipli tieg\u0127u ma qallhomx biex ma jmorrux, anzi telqu u \u0127adu mag\u0127hom o\u0127rajn. \u0120esu\u2019 g\u0127andu messa\u0121\u0121 po\u017cittiv. Il-Kmandamenti mhumiex xkiel, imma messa\u0121\u0121 ta\u2019 m\u0127abba: \u0126obb lil Alla u \u0127obb lill-proxxmu tieg\u0127ek. Alla jibqa\u2019 dejjem l-istess u g\u0127alhekk il-Kmandamenti Tieg\u0127u ma jinbidlux. Kultant a\u0127na nitilfu d-direzzjoni, imma l-Kmandamenti, b\u0127al GPS, jer\u0121g\u0127u jiggwidawna lejn it-triq it-tajba.<\/p>\n<p>A\u0127na rridu nkunu i\u017cjed konxji ta\u2019 x\u2019qed ji\u0121ri fil-Knisja illum. Irridu nibdlu dawk l-affarijiet li mhumiex skond ir-rieda t\u2019Alla. Ma nistg\u0127ux nimponu l-Van\u0121elu fuq \u0127addie\u0127or, imma rridu nag\u0127tu xhieda. Ir-revi\u017c\u017cjoni trid tibda minna. A\u0127na ppreparati g\u0127all-attakk, jew \u0127a mmorru fuq id-difi\u017ca?<\/p>\n<div class=\"creativ-shortcode creativ-shortcode-pullright creativ-shortcode-pullright-colour-red\">Alla qieg\u0127ed dejjem mag\u0127na<\/div>Kuljum irriddu nsaqsu lilna nfusna: \u201cX\u2019g\u0127amilt g\u0127alik Mulej \u2013 fil-famija, fil-post tax-xog\u0127ol? Min hu Alla g\u0127alija? Min sar Alla g\u0127alija?\u201d Inutli nikkundannaw id-divorzju, l-abort, jekk a\u0127na ma ng\u0127allmux lil uliedna x\u2019inhuma.<\/p>\n<p>Il-mod kif ng\u0127ixu u n\u0121ibu ru\u0127na fil-maltemp \u0127a jkun l-e\u017cempju. Irridu narmaw a\u0127na biex nag\u0127tu e\u017cempju lil \u0127addie\u0127or \u2013 li Alla qieg\u0127ed dejjem mag\u0127na.<\/p>\n<p>ALLA BI\u017b\u017bEJJED. ALLA KOLLOX.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Santa Tere\u017ca kienet tg\u0127id: \u201cAlla bi\u017c\u017cejjed. Alla kollox\u201d Imma fid-dinja llum kemm hawn li jemmnu dan? Knejjes battala, \u0127lief g\u0127al xi ftit anzjani; nies depressi. G\u0127aliex qed ji\u0121ri hekk? G\u0127andi <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4203,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[204],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5740"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5740"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5740\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5741,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5740\/revisions\/5741"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4203"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5740"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5740"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5740"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}