{"id":5744,"date":"2018-01-26T19:25:03","date_gmt":"2018-01-26T18:25:03","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/prayer-cafe-il-beatitudnijiet-tahdita-mis-sur-john-seguna\/"},"modified":"2018-01-26T19:28:12","modified_gmt":"2018-01-26T18:28:12","slug":"prayer-cafe-il-beatitudnijiet-tahdita-mis-sur-john-seguna","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/prayer-cafe-il-beatitudnijiet-tahdita-mis-sur-john-seguna\/","title":{"rendered":"Prayer Caf\u00e8: IL-BEATITUDNIJIET &#8211; ta\u0127dita mis-sur John Seguna."},"content":{"rendered":"<p>Il-beatitudnijiet huma r-ri\u010betta g\u0127all-fer\u0127, kemm dinji kif ukoll etern. \u0126afna drabi nag\u0127mlu enfasi fuq il-Kmandamenti, u hekk g\u0127andu jkun, g\u0127ax dawn \u0121ejjin minn Alla, imma ma nag\u0127tux bi\u017c\u017cejjed importanza lill-Beatitudnijiet, li \u0121ejjin minn fomm \u0120esu\u2019. Il-Missier qed jitkellem permezz t\u2019Ibnu.<\/p>\n<p>Permezz tal-Beatitudnijiet, \u0120esu\u2019 qed jistedinna nkunu iktar vi\u010bin t\u2019Alla. Irridu n\u017commuhom quddiem g\u0127ajnejna. Il-moralita\u2019 nisranija mhix ibba\u017cata biss fuq il-Kmandamenti, imma wkoll fuq il-Beatitudnijiet, li jda\u0127\u0127lu l-element tal-\u0127niena fil-Kmandamenti.<\/p>\n<p><strong>Il-Beatitudnijiet<\/strong> (Mattew 5, v 3-12)<\/p>\n<p>\u201cHenjin il-foqra fl-ispirtu, g\u0127ax tag\u0127hom hija s-Saltna tas-Smewwiet.<\/p>\n<p>Henjin l-imnikkta, g\u0127ax huma jkunu mfarr\u0121a.<\/p>\n<p>Henjin ta\u2019 qalbhom \u0127elwa, g\u0127ax huma jkollhom b\u2019wirthom l-art.<\/p>\n<p>Henjin huma dawk li huma bil-\u0121u\u0127 u bil-g\u0127atx tal-\u0121ustizzja, g\u0127ax huma jkunu mxebbg\u0127in.<\/p>\n<p>Henjin dawk li j\u0127ennu, g\u0127ax huma jsibu \u0127niena.<\/p>\n<p>Henjin huma dawk li huma safja f\u2019qalbhom, g\u0127ax huma jaraw \u2018l Alla.<\/p>\n<p>Henjin dawk li j\u0121ibu l-pa\u010bi, g\u0127ax huma jissejj\u0127u wlied Alla.<\/p>\n<p>Henjin dawk li huma ppersegwitati min\u0127abba s-sewwa, g\u0127ax tag\u0127hom hija s-Saltna tas-Smewwiet.<\/p>\n<p>Henjin intom, meta jg\u0127ajrukom u jippersegwitawkom u jaqilg\u0127u kull xorta ta\u2019 \u0127a\u017cen u gideb kontra tag\u0127kom min\u0127abba fija.<\/p>\n<p>Ifir\u0127u u thennew, g\u0127ax \u0127laskom kbir fis-smewwiet. Hekk kienu jippersegwitaw lill-profeti li kienu qabilkom.\u201d<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Il-Beatitudnijiet huma assikurazzjoni ming\u0127and \u0120esu\u2019. Qed jg\u0127idlek li l-\u0120enna hija tieg\u0127ek. Issa int trid twie\u0121eb g\u0127alihom. Jekk tkun vi\u010bin t\u2019Alla huma fa\u010bli, jekk tkun il-bog\u0127od minnu huma \u0127afna iktar diffi\u010bli.<\/p>\n<p>Nistg\u0127u ni\u0121bru l-Kmandamenti u l-Beatitudnijiet fi fra\u017ci wa\u0127da: \u201cIkun dak li trid Int, kemm fis-sema u fl-art.\u201d &#8211; ir-rieda t\u2019Alla, li tag\u0127mel dak li hu sewwa u xieraq f\u2019g\u0127ajnejh. Kristu kien jg\u0127ixhom il-Beatitudnijiet. Kull darba li kien jg\u0127id xi \u0127a\u0121a, l-ewwel li kien jg\u0127ixha kien Hu stess. Il-Beatitudnijiet iressquna lejn il-Missier.<\/p>\n<p>Mal-Beatitudnijiet irridu nsemmu wkoll l-Opri tal-\u0126niena. Dawk li jmissu l-\u0121isem huma:<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Itma lil min hu bil-\u0121u\u0127.<\/p>\n<p>Isqi lil min hu bil-g\u0127atx.<\/p>\n<p>Libbes lil min m\u2019g\u0127andux ilbies.<\/p>\n<p>Ilqa\u2019 lil min hu bla dar.<\/p>\n<p>\u017bur lill-morda.<\/p>\n<p>\u017bur lill-\u0127absin.<\/p>\n<p>Idfen lill-mejtin.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Imbag\u0127ad hemm dawk li jmissu r-ru\u0127:<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Ag\u0127ti parir lill-\u0127osbenin.<\/p>\n<p>Ag\u0127allem lil min ma jafx.<\/p>\n<p>Widdeb lill-midinbin.<\/p>\n<p>Farra\u0121 lill-imnikktin.<\/p>\n<p>A\u0127fer il-\u0127tijiet.<\/p>\n<p>\u0126u pa\u010benzja b\u2019min idejjqek.<\/p>\n<p>Itlob \u2018Alla g\u0127all-\u0127ajjin u g\u0127all-mejtin.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Il-Beatitudnijiet i\u0121ibulna hena u pa\u010bi. \u0126afna nies imdejjqin g\u0127ax id-dinja qed tinsa lil Alla \u2013 qed tinsa s-sagrifi\u010b\u010bju li g\u0127amel l-Iben t\u2019Alla. \u0120esu\u2019 kien \u010bar fi kliemu. Biex tkun kuntent trid tg\u0127ix ir-rieda t\u2019Alla. Bil-Beatitudnijiet, \u0120esu\u2019 jitfi l-kittieba kollha. Jitkellem b\u2019awtorita\u2019: \u201cImma Jien ng\u0127idilkom &#8230;\u201d<\/p>\n<p>Il-Kmandamenti mhumiex \u0121ejjin mir-ra\u0121uni tal-bniedem, imma huma minifestazzjoni tar-rieda t\u2019Alla. \u0120esu\u2019 huwa l-Medjatur bejn Alla u l-bniedem. Fil-quddies ning\u0127aqdu ma\u2019 Kristu biex nersqu lejn il-Missier.<\/p>\n<p><strong>Kelma wa\u0127da g\u0127all-Kmandamenti hija Li\u0121i. <\/strong><\/p>\n<p><strong>Kelma wa\u0127da g\u0127all-Beatitudnijiet hija m\u0127abba.<\/strong><\/p>\n<p>\u201cHenjin dawk li huma mnikkta\u201d Min hu l-imnikket? &#8211; dak li tant hu vi\u010bin t\u2019Alla li x\u2019\u0127in jag\u0127mel id-dnub jitnikket. Dak li j\u0121ib l-affarijiet t\u2019Alla qabel dawk mondjali.<\/p>\n<p>Il-Beatitudnijiet, b\u0127all-Kmandamenti, huma iebsin. Li tkun hieni skond il-lo\u0121ika t\u2019Alla, mhux tal-bniedem. \u0126afna drabi a\u0127na m\u2019a\u0127niex kapa\u010bi nafdaw f\u2019Alla \u2013 il-va\u017cun f\u2019idejn il-fu\u0127\u0127ari; m\u2019a\u0127niex konvinti li a\u0127na wlied Alla; ma nadurawx lil Alla. Id-differenza bejn bniedem li jemmen u dak li ma jemminx hi kemm jadura lil Alla \u2013 li tkun fil-pre\u017cenza Tieg\u0127u fl-Ewkaristija \u2013 li tieqaf biex Alla jkellmek. \u0126afna misti\u010bi jg\u0127idu li kwarta adorazzjoni tiswa iktar mill-\u0121id kollu li l-bniedem jista\u2019 jag\u0127mel f\u2019\u0127ajtu. \u0120esu\u2019 jg\u0127id \u010bar: \u201cMin jemmen fija jara lil Missieri\u201d.<\/p>\n<p>Min huma l-foqra fl-ispirtu? Huwa dak li jara d-djufija tieg\u0127u u j\u0127oss il-b\u017conn li jdur lejn Alla. Dak li mhux fqir fl-ispirtu jsir alla tieg\u0127u nnifsu. G\u0127andna nafdaw f\u2019Alla u b\u0127al Kristu ng\u0127idu: \u201cMissier, f\u2019idejk jien ner\u0127i r-ru\u0127 tieg\u0127i.\u201d Il-fqir fl-ispirtu jiddependi u jafda f\u2019Alla, dak li ma j\u0127addanx l-affarijiet tad-dinja, dak li ma jag\u0127milhomx l-g\u0127an ewlieni ta\u2019 \u0127ajtu. Huwa dak li jara x-xejn tieg\u0127u u joqg\u0127od g\u0127ar-rieda t\u2019Alla. Hu dak li jqieg\u0127ed lil Alla fi\u010b-\u010bentru, jag\u0127raf li Alla hu qaddis u hu midneb. \u0120esu\u2019 stess qal: \u201cMing\u0127ajri ma tistg\u0127u tag\u0127mlu xejn.\u201d Din hija l-umilta\u2019. Il-bniedem waqa\u2019 g\u0127ax kien supperv. Hekk ukoll \u0121ralu x-xitan. Kristu qal: \u201cKunu b\u0127ali, g\u0127ax Jien ta\u2019 qalb \u0127elwa w umli.\u201d<\/p>\n<p>\u0126afna ja\u0127sbu li l-\u0121id tad-dinja jag\u0127milhom fer\u0127ana. Kemm napprezzaw dak li g\u0127andna: il-familja, l-ulied et\u010b..? Kemm in\u0127arsu lejn l-affarijiet po\u017cittivi, imma n\u0127arsu biss lejn ix-xog\u0127ol, il-flus, et\u010b..?<\/p>\n<p>Biex tkun kuntent trid tinsa\u2019 li tog\u0127\u0121ob lin-nies, jew li tag\u0127ti kas ta\u2019 x\u2019jg\u0127idu u ja\u0127sbu fuqek. Wara kollox, \u0120esu\u2019 kien perfett, u spi\u010b\u010baw sallbuh. Trid tog\u0127\u0121ob lil Alla u tibqa\u2019 g\u0127addej, l-aqwa li tag\u0127mel is-sew.<\/p>\n<p>A\u0127na lkoll \u201csinjuri\u201d &#8211; min ftit u min \u0127afna. Niftakru x\u2019qal \u0120esu\u2019: \u201cKull ma tag\u0127mlu mal-i\u017cg\u0127ar minn dawn \u0127uti tag\u0127mluh Mieg\u0127i.\u201d Fil-fqar naraw lil Alla. Il-fqir fl-ispirtu ma jesa\u0121erax. Wie\u0127ed mill-ikbar dnubiet huwa l-\u0127ela\u2019 &#8211; ir-rimi esa\u0121erat tal-ikel. Ma ninsewx li \u017c\u017cejjed tag\u0127na huwa n-nieqes ta\u2019 \u0127addie\u0127or. Il-foqra fl-ispirtu m\u2019g\u0127andhomx xewqa kbira g\u0127all-\u0121id materjali.<\/p>\n<p>\u201cHenjin ta\u2019 qalbhom \u0127elwa\u201d. Li tkun ta\u2019 qalb \u0127elwa tfiesser li tkun \u0121entili u qalbek tajba. Ma tfissirx li trkun ba\u0127nan u t\u0127alli lil kul\u0127add jg\u0127addik bi\u017c-\u017cmien. \u0120esu\u2019 nnifsu waqfilhom meta ppruvaw jg\u0127adduh bi\u017c-\u017cmien. Qalb \u0127elwa tfisser li ma tpattix, ma tivvendikax ru\u0127ek, li ta\u0127fer.<\/p>\n<p>G\u0127andek kull dritt titkellem g\u0127al dak li hu tieg\u0127ek. \u0126add m\u2019g\u0127andu jkasbarlek dan. Qalb \u0127elwa ma tfissirx li ma titkellimx. Il-pa\u010bi skond Alla hi l-pa\u010bi tal-\u0121ustizzja, mhux il-pa\u010bi ta\u010b-\u010bimiterju. Importanti li fis-sitwazzjonijiet ta\u2019 \u0127ajjitna nag\u0127rfu l-mument e\u017catt meta g\u0127andna nitkellmu.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Il-laqg\u0127a g\u0127alqet bit-Talba tal-\u0126niena Divina:<\/p>\n<p>\u201cMissier Etern, jiena noffrilek il-\u0120isem, id-Demm, ir-Ru\u0127, u d-Divinita\u2019 ta\u2019 Ibnek il-G\u0127a\u017ci\u017c Sidna \u0120esu\u2019 Kristu bi tpattija g\u0127ad-dnubiet tag\u0127na u g\u0127al dawk tad-dinja kollha.<\/p>\n<p>\u0120ieh il-passjoni \u0127arxa Tieg\u0127ek, \u0127enn g\u0127alina u g\u0127ad-dinja kollha.<\/p>\n<p>Qaddis Alla, Qaddis Qawwi, Qaddis Immortali, \u0127enn g\u0127alina u g\u0127ad-dinja kollha.\u201d<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-beatitudnijiet huma r-ri\u010betta g\u0127all-fer\u0127, kemm dinji kif ukoll etern. \u0126afna drabi nag\u0127mlu enfasi fuq il-Kmandamenti, u hekk g\u0127andu jkun, g\u0127ax dawn \u0121ejjin minn Alla, imma ma nag\u0127tux bi\u017c\u017cejjed importanza lill-Beatitudnijiet, <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":1718,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[204],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5744"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5744"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5744\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5747,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5744\/revisions\/5747"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/1718"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5744"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5744"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5744"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}