{"id":5750,"date":"2018-02-05T09:23:09","date_gmt":"2018-02-05T08:23:09","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=5750"},"modified":"2018-02-05T09:23:09","modified_gmt":"2018-02-05T08:23:09","slug":"prayer-cafe-ir-4-hadd-matul-is-sena-tahdita-mis-sinjura-cynthia-pollacco","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/prayer-cafe-ir-4-hadd-matul-is-sena-tahdita-mis-sinjura-cynthia-pollacco\/","title":{"rendered":"Prayer Caf\u00e8: Ir-4 \u0126add matul is-sena &#8211; ta\u0127dita mis-sinjura Cynthia Pollacco."},"content":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a bdiet bil-qari tal-Van\u0121elu \u2013 Mark 1: 21-28.<\/p>\n<p>Fil-persuna ta\u2019 \u0120esu\u2019, Iben Marija, Alla \u017car il-poplu Tieg\u0127u. Il-pre\u017cenza t\u2019Alla kienet tin\u0127ass fil-kliem u l-\u0127ajja ta\u2019 \u0120esu\u2019. Alla kien pre\u017centi fejn kien hemm \u0120esu\u2019. Alla kien pre\u017centi qalb il-folla tan-nies fis-sinagoga, g\u0127ax \u0120esu\u2019 kellu natura divina.<\/p>\n<p>In-nies ta\u2019 Kafarnahum baqg\u0127u mistag\u0127\u0121bin bis-setg\u0127a u l-qawwa li biha \u0120esu\u2019 kien jg\u0127allem. Huwa wera ru\u0127u b\u0127ala profeta li j\u0127abbar il-kelma t\u2019Alla b\u2019awtorita\u2019 akbar minn dik ta\u2019 Mose\u2019 , u Mose\u2019 kien meqjus b\u0127ala l-ewwel u l-ikbar profeta tal-poplu t\u2019Alla.<\/p>\n<p>\u0120esu\u2019 kien ikellimhom fuq affarijiet \u0121odda li \u0127add qabel ma kien kellimhom fuqhom, mhux b\u0127all-iskribi li kienu dejjem itambru fuq l-istess affarijiet. Kienu marbutin bit-tradizzjonijiet u l-Li\u0121i.<\/p>\n<p>\u0120esu\u2019 kien liberu b\u2019mod li wie\u0127ed li jg\u0127ix minn u g\u0127all-awtorita\u2019 t\u2019Alla jkun \u0127ieles. G\u0127ad-dinja, \u0120esu\u2019 ma kellu l-ebda poter. Ma kienx xi re b\u2019xi qawwa politika jew militari.<\/p>\n<p>Ma kienx wie\u0127ed mill-qassisin il-kbar li kellhom is-setg\u0127a fil-\u0120udeja Rumana. Ma kienx lanqas wie\u0127ed mill-isbribi, bl-awtorita\u2019 tat-tradizzjonijiet tal-Lhud. L-unika awtorita\u2019 li kellu kienet il-qawwa tal-kunfidenza li dak li kien jg\u0127id u jag\u0127mel kienet ir-rieda u l-verita\u2019 t\u2019Alla.<\/p>\n<p>L-awtorita\u2019 Tieg\u0127u kienet fil-qawwa tal-kliem li kien jg\u0127id u l-e\u017cempju li kien jag\u0127ti bl-g\u0127emejjel Tieg\u0127u.<\/p>\n<p>L-awtorita\u2019 Tieg\u0127u kienet il-mod li kien jg\u0127ix b\u0127ala l-qaddej t\u2019Alla. \u0120esu\u2019 dejjem fittex li jag\u0127mel ir-rieda ta\u2019 Missieru. \u0120esu\u2019 kien ju\u017ca l-awtorita\u2019 Tieg\u0127u biex i\u0121ib il-barka, s-sa\u0127\u0127a u l-fejqan lin-nies. Hu kellu l-qawwa li ji\u0121bed in-nies lejh. G\u0127an-nies kenet ovvja li kien ja\u0121ixxi bil-qawwa t\u2019Alla. G\u0127al dawk li kienu kontrih, pero\u2019, \u0120esu\u2019 kien malafami u dag\u0127wi.<\/p>\n<p>X\u2019differenza l-awtorita\u2019 ta\u2019 \u0120esu\u2019 minn dik tan-nies li jg\u0127idu \u0127a\u0121a u jag\u0127mlu o\u0127ra! Ju\u017caw l-awtorita\u2019 fdata lilhom biex ikomplu jikbru u jistag\u0127new huma. Mhux li kien kull min g\u0127andu xi awtorita\u2019 fid-dinja jag\u0127mel b\u0127al \u0120esu\u2019! Kieku m\u2019hawnx gwerer, m\u2019hawnx \u0121lied, u m\u2019hawnx \u0121u\u0127.<\/p>\n<p>X\u2019differenza mill-awtorita\u2019 li g\u0127andu \u0120esu\u2019! L-awtorita\u2019 u l-ministeru ta\u2019 \u0120esu\u2019iqawwulna qalbna g\u0127al dinja a\u0127jar u sabiex na\u0127dmu \u0127alli naslu g\u0127al din id-dinja.<\/p>\n<p>In-nies li kienet tisma lil \u0120esu\u2019 kienet tistag\u0127\u0121eb bil-mod li kien jitkellem. Kien i\u0127alli effett kbir fuqhom.<\/p>\n<p>A\u0127na niltaqg\u0127u ma\u2019 \u0127afna nies fil-\u0127ajja tag\u0127na, u nisimg\u0127u \u0127afna messa\u0121\u0121i u ta\u0127didiet, pero\u2019 \u0127afna minnhom ma j\u0127allux effet fuqna u ma nag\u0127tux ka\u017chom. Pero; imbag\u0127ad niltaqg\u0127u ma\u2019 xi \u0127add, jew nisimg\u0127u xi kliem li jolqotna. Donnu dak il-kliem ikun hemm b\u017conn li nisimg\u0127uh u dan iqanqalna biex nag\u0127tu ka\u017cu u na\u0127sbu fuqu fit-tul. Dan ji\u0121ri \u0127afna drabi meta nisimg\u0127u hwejje\u0121 li jg\u0127inuna biex nie\u0127du xi de\u010bi\u017c\u017cjonijiet, jew kliem li jfarra\u0121na u jimliena b\u2019kura\u0121\u0121. Aktar mal-kelliem ikun bniedem sin\u010bier aktar in\u0127ossu l-b\u017conn li nieduh bis-serjeta\u2019.<\/p>\n<p>Hekk \u0121ralhom \u0127afna minn nies li ltaqg\u0127u ma\u2019 \u0120esu u semg\u0127uh jitkellem. Inteb\u0127u li kien bniedem \u0121enwin, ma kienx ipokrita \u2013 jg\u0127idilhom \u0127a\u0121a u jag\u0127mel mod ie\u0127or. Ma kienx ilabblab paroli \u017cejda, ma kienx jin\u0127ela fuq \u0127afna dettalji, i\u017cda kien ikellimhom fuq il-\u0127wejje\u0121 l-iktar importanti f\u2019\u0127ajjithom.<\/p>\n<p>\u0120esu\u2019 ma kienx bniedem li jfittex il-popolarita\u2019 u l-glorja personali Tieg\u0127u. Ma kienx wie\u0127ed li jistag\u0127na minn fuq dahar in-nies. Kien bniedem li jg\u0127ix u jiprattika dak li jg\u0127allem. Kliemu kien mimli g\u0127erf, konvinzjoni u qawwa li ma kellhomx il-kittieba u l-img\u0127allmin l-o\u0127ra.<\/p>\n<p>Dak li \u0120esu\u2019 kien jg\u0127id kien ise\u0127\u0127. Is-Salvazzjoni t\u2019Alla li Hu kien ixandar bdiet ta\u0127dem f\u2019dawk li laqg\u0127u l-kelma Tieg\u0127u. \u0120esu\u2019 kien jitkellem b\u2019dik il-qawwa kollha g\u0127ax Alla kien Mieg\u0127u. Kien jin\u0127ass li g\u0127andu xi \u0127a\u0121a spe\u010bjali li tag\u0127mlu differenti minn \u0127addie\u0127or. Meta tiltaqa\u2019 ma\u2019 bnedmin li jg\u0127ixu kif irid Alla tinduna li dawn ghandhom xi \u0127a\u0121a spe\u010bjali. Ikollhom il-fer\u0127, minkejja forsi t-tbatija, ikollhom il-pa\u010bi u l-qawwa g\u0127ax dak li j\u0121ib Alla fil-\u0127ajja ta\u2019 dawk li jfittxuh.<\/p>\n<p>\u0120esu\u2019 g\u0127andu l-qawwa li jbiddilna totalment. Kull ma rridu hu li nafdaw Fih. Jekk \u0120esu\u2019 kellu s-setg\u0127a jfejjaq wie\u0127ed ma\u0127kum mix-xjaten, ma jistax lilna wkoll ifejjaqna minn dnubietna? Id-dnub hu l-ikbar g\u0127adu tag\u0127na li jag\u0127mlilna \u0127afna \u0127sara u ja\u0127kem fuqna, fuq il-bi\u017cg\u0127at u d-dubbji tag\u0127na. I\u0121ieg\u0127lna n\u0127ossu li l-im\u0127abba t\u2019Alla hi kkundizzjonata minn dak li nag\u0127mlu a\u0127na. Nibdew naqg\u0127u qalbna li Alla daqshekk \u0127abbna g\u0127ax a\u0127na m\u2019obdejniehx. L-ikbar dnub hu li taqta\u2019 qalbek mill-\u0127niena t\u2019Alla. M\u2019hemm l-ebda dnub li Alla ma jistg\u0127ax ja\u0127fer.<\/p>\n<p>\u0120esu\u2019 ju\u017ca l-awtorita Tieg\u0127u biex jghinna, mhux ikissirna. Jekk nag\u0127tu d-dubbji, l-bi\u017cg\u0127at u l-battalji tag\u0127na lil \u0120esu\u2019, is-sitwazzjoni tinbidel, u l-g\u0127adu ma jkollu l-ebda qawwa li jag\u0127mel li jrid bina. B\u2019\u0120esu\u2019 a\u0127na nkunu qawwija, u Hu je\u0127lisna minn kull ti\u0121rib.<\/p>\n<p>Meta n\u0127allu lil \u0120esu\u2019 jibdilna, Alla jibg\u0127atna nxandru l-kelma Tieg\u0127u lil o\u0127rajn. Fi \u0120w 1: 1-4 jg\u0127idilna:<\/p>\n<p><strong>\u201c<\/strong><strong>Dak li kien mill-bidu, dak li a\u0127na smajna, li rajna b\u2019g\u0127ajnejna, li lejh \u0127arisna u li messew idejna, ji\u0121ifieri il-Verb, il-kelma tal-\u0126ajja, dan sejrin inxandrulkom &#8230;..biex il-fer\u0127 tag\u0127kom ikun s\u0127i\u0127.\u201d<\/strong><\/p>\n<p>A\u0127na, b\u0127al a\u0127wa ta\u2019 Kristu, g\u0127andna l-awtorita\u2019 li nxandru l-\u0127elsien tal-im\u0127abba t\u2019Alla. Issa kif a\u0127na nag\u0127tu ka\u017c ta\u2019 dawk li jg\u0127idu l-esperti fuq problemi materjali, kemm aktar g\u0127andna nag\u0127tu ka\u017c ta\u2019 x\u2019jg\u0127id Gesu\u2019 fuq \u0127wejje\u0121 li jibqg\u0127u g\u0127al dejjem!<\/p>\n<p>F\u2019dan il-Van\u0121elu, \u0120esu\u2019 jkompli juri l-awtorita\u2019 Tieg\u0127u. Ix-xitan qallu: \u201cJien naf min int, il-Qaddis t\u2019Alla.\u201d Anke x-xjaten jafu min hu \u0120esu\u2019. \u0120esu\u2019 jikkmanda lill-ispirtu biex jiskot u jo\u0127ro\u0121 minn \u0121or-ra\u0121el, u dan jo\u0127ro\u0121 b\u2019g\u0127ajjat u tisbit.<\/p>\n<p>Insibu lil \u0120esu\u2019 juri l-awtorita Tieg\u0127u wkoll fil-maltempata fuq il-ba\u0127ar, meta sikket ir-ri\u0127 u l-mew\u0121. Ir-reazzjoni ta\u2019 dawk in-nies li raw l-e\u017cor\u010bi\u017cmu u l-appostli fuq id-dg\u0127ajsa kien l-istess: \u201cDan min hu biex g\u0127andu s-setg\u0127a jag\u0127mel dan?\u201d Dawn i\u017c-\u017cew\u0121 \u0121rajjiet juruna li \u0120esu\u2019 g\u0127andu l-qawwa fuq in-natura u fuq il-preternatural (id-demonju)<\/p>\n<p>Fi \u017cmien \u0120esu\u2019, meta xi \u0127add kien ikun meqjus iddemonjat, l-e\u017cor\u010bisti, kemm Lhud kif ukoll pagani, kien ju\u017caw il-ma\u0121ija biex i\u0121ieg\u0127lu lix-xitan jitlaq. Pero\u2019 \u0120esu\u2019 kien differenti. \u0120esu\u2019 ordna lix-xitan jitlaq u dan telaq. In-nies qatt ma kienu raw \u0127wejje\u0121 b\u0127al dawn, xi \u0127add li kellu tant awtorita\u2019 li anke x-xjaten kienu jobduh..<\/p>\n<p>\u0120esu\u2019 l-Iben t\u2019Alla g\u0127andu kull awtorita\u2019 fid-dinja u fl-univers. G\u0127alhekk a\u0127na, fil-problemi u t-tbatijiet li nkunu g\u0127addejin minnhom, g\u0127andna nsej\u0127u lil \u0120esu\u2019 g\u0127aliex Hu g\u0127andu l-qawwa fuq kollox u fuq kul\u0127add.<\/p>\n<p>G\u0127alhekk na\u0127sbu daqsejn&#8230;.fiex nixtiequ li nkunu mfejqa?:<\/p>\n<p>Il-kliem ta\u2019 \u0120esu\u2019 jolqotna b\u2019dik il-qawwa li biha laqat in-nies ta\u2019 Kafarnahum, jew qieg\u0127ed jintilef fost il-\u0127afna il\u0127na o\u0127ra li nisimg\u0127u?<\/p>\n<p>Ta\u2019 min hu l-kliem li tieg\u0127u a\u0127na llum l-aktar li qed nag\u0127tu ka\u017c?<\/p>\n<p>B\u0127ala nsara a\u0127na wkoll imsej\u0127a biex bi kliemna u b\u2019g\u0127emilna nuru l-im\u0127abba t\u2019Alla lill-o\u0127rajn. Il-kelma tag\u0127na hija b\u0127al dik ta\u2019 Kristu jew b\u0127al dik tal-kittieba u l-Fari\u017cej?<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a bdiet bil-qari tal-Van\u0121elu \u2013 Mark 1: 21-28. Fil-persuna ta\u2019 \u0120esu\u2019, Iben Marija, Alla \u017car il-poplu Tieg\u0127u. Il-pre\u017cenza t\u2019Alla kienet tin\u0127ass fil-kliem u l-\u0127ajja ta\u2019 \u0120esu\u2019. Alla kien pre\u017centi fejn <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":3789,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[217,204],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5750"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5750"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5750\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5751,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5750\/revisions\/5751"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/3789"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5750"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5750"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5750"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}