{"id":5802,"date":"2018-03-22T13:43:42","date_gmt":"2018-03-22T12:43:42","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/prayer-cafe-gesu-il-bidu-u-t-miem-tahdita-mis-sur-john-seguna-16-ta-marzu-2018\/"},"modified":"2018-03-22T13:55:24","modified_gmt":"2018-03-22T12:55:24","slug":"prayer-cafe-gesu-il-bidu-u-t-miem-tahdita-mis-sur-john-seguna-16-ta-marzu-2018","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/prayer-cafe-gesu-il-bidu-u-t-miem-tahdita-mis-sur-john-seguna-16-ta-marzu-2018\/","title":{"rendered":"Prayer Caf\u00e8: \u0120ESU\u2019 &#8211; IL-BIDU U T-MIEM &#8211;  ta\u0127dita mis-sur John Seguna \u2013 16 ta\u2019 Marzu 2018"},"content":{"rendered":"<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Fi \u017cmien ir-Randan, \u0127afna drabi nie\u0127du dak li nafu \u201cfor granted\u201d u nibqg\u0127u qisna mwa\u0127\u0127lin fl-istess post. Dan g\u0127aliex dak li nafu ma nipprattikawhx.<\/p>\n<p>It-titlu tat-ta\u0127dita ntg\u0127a\u017cel g\u0127aliex il-\u0127sieb tal-Missier kien li jqieg\u0127ed lil \u0120esu\u2019 b\u0127ala kollox f\u2019kollox.<\/p>\n<p>Il-pont bejna u l-Missier hu \u0120esu\u2019. I\u017caija jg\u0127id \u201cA\u0127na \u0127sibnieh b\u0127al wie\u0127ed ikkastigat\u00a0 u mitluq minn Alla u mi\u0121jub fix-xejn. Hu kien mi\u0121rug\u0127 min\u0127abba fi dnubietna.\u201d \u0120esu\u2019 g\u0127adda mit-tbatija min\u0127abba fi dnubietna \u2013 u mhux tar-Rumani u l-Lhud biss.<\/p>\n<p>Hemm xi \u0127a\u0121a li tista\u2019 \u017c\u017comm lil Alla milli j\u0127obbok? XEJN! \u0120esu\u2019 dejjem ja\u0127fer. G\u0127andna dejjem nibqg\u0127u nemmnu fil-\u0127niena t\u2019Alla. Tag\u0127mel dnub meta tqis id-dnub tieg\u0127ek ikbar minn Alla.<\/p>\n<p>Il-Van\u0121elu \u2013 il-Bxara t-Tajba \u2013 juri l-im\u0127abba t\u2019Alla lejna permezz tal-mewt u l-qawmien ta\u2019 \u0120esu\u2019. Juri li hemm \u0127ajja o\u0127ra wara din. \u0120esu\u2019 jg\u0127id \u010bar quddiem Pilatu: \u201cJien nag\u0127ti \u0127ajti u g\u0127andi s-sa\u0127\u0127a ner\u0121a ne\u0127odha.\u201d<\/p>\n<p>Ir-Randan hu forsi \u017cmien ta\u2019 dieqa, imma fl-istess \u0127in ta\u2019 fer\u0127. Bil-passjoni, il-mewt u l-qawmien Tieg\u0127u, \u0120esu\u2019 feta\u0127 il-\u0120enna u lesta post g\u0127al kul\u0127add. Kull ma rridu nag\u0127mlu hu li nemmnu. \u0120esu\u2019 qatt ma jg\u0127id li min hu tajjeb biss isalva, imma min jemmen. \u0120esu\u2019 dejjem jorbot il-\u0127ajja eterna ma\u2019 kemm temmen, mhux kemm int tajjeb.<\/p>\n<p>Il-kelma \u201cifir\u0127u\u201d nsibuha 250 darba fl-Iskrittura. \u0120esu\u2019 kien bniedem ferrie\u0127i \u2013 kien jattendi g\u0127al \u0127afna ikliet. G\u0127alhekk il-Fari\u017cej u l-qassisin il-kbar kienu jg\u0127ajjruh \u201cixxellerat. Ma fiha xejn \u0127a\u017cin li tiddeverti fil-\u0127ajja, basta b\u2019mod \u0121ust, u li toqg\u0127od il-bog\u0127od mill-\u0127a\u017cen. Alla jridna fer\u0127anin. Veru li fil-\u0127ajja hemm it-tbatija, i\u017cda rridu ning\u0127aqdu m\u2019Alla biex ng\u0127elbu d-diffikultajiet.<\/p>\n<p>Is-Salib jg\u0127idilna biex qatt ma naqtg\u0127u qalbna. Irridu nibqg\u0127u g\u0127addejin, kif g\u0127amel \u0120esu\u2019. B\u0127alu rridu nitolbu biex tkun mag\u0127mula r-rieda tal-Missier. Wara s-Salib hemm il-Qawmien. Infatti, fl-ikoni ssib \u0127afna drabi ir-Re\u017curezzjoni wara x-xbieha tas-salib. \u0120esu\u2019 dde\u010bieda li lili jrid isalvani. Imut g\u0127ad-dnubiet kollha ta\u2019 kull \u017cmien. Il-mewt ta\u2019 \u0120esu\u2019 turi t-tjubija mmensa t\u2019Alla. Alla qatt ma jrid il-mewt ta\u2019 xi \u0127add, a\u0127seb u ara t\u2019Ibnu. Imma Alla ried ja\u0127seb fl-umanita\u2019 kollha.<\/p>\n<p>Is-Salib jurina l-\u0121udizzju t\u2019Alla kontra d-dnub li tant hu ikrah li sewa l-\u0127ajja t\u2019Ibnu l-Wa\u0127dieni. Fuq is-salib \u0120esu\u2019 tg\u0127abba bid-dnubiet kollha. G\u0127alhekk qal \u201cAlla tieg\u0127i, Alla tieg\u0127i, g\u0127aliex tlaqtni?\u2019 A\u0127na di\u0121a\u2019 salvi \u2013 kulma rridu nag\u0127mlu hu li nintefg\u0127u ta\u0127t id-dell Tieg\u0127u. \u201cMin jemmen fija jara wi\u010b\u010b Missieri\u201d<\/p>\n<p>Wara l-mewt, \u0120esu\u2019 ni\u017cel fl-art tal-mejtin \u2013 il-limbu \u2013 biex iwassal il-Van\u0121elu lin-nies it-twajbin.<\/p>\n<p>\u0120esu\u2019 qam mill-imwiet, Alleluia! Il-kelma \u201cAlleluia tfisser tif\u0127ir lil Ja\u0127weh. Wa\u0127da mill-akku\u017ci li g\u0127amlu fuq \u0120esu\u2019 hi li kien jie\u0127u fuqu l-isem t\u2019Alla &#8211; \u201cJien Hu\u201d Hu dak li jibqa\u2019 mag\u0127na dejjem u ma jitlaqna qatt, kemm fil-fer\u0127 u kemm fit-tbatija. \u201cAg\u0127mlu l-qalb, g\u0127ax Jien irba\u0127t lid-dinja\u201d<\/p>\n<p>A\u0127na g\u0127andna nag\u0127mlu t-tajjeb g\u0127ax hu d-dover tag\u0127na, u biex nag\u0127mlu dinja a\u0127jar, u mhux g\u0127all-premju. L-ag\u0127ar \u0127a\u0121a li nistg\u0127u nag\u0127mlu hi li nie\u0127du lil Alla \u201cfor granted\u201d. \u0120esu\u2019 qatt ma g\u0127ajjar lill-midinbin, imma lil Fari\u017cej, g\u0127ax kienu ipokriti. \u0120esu\u2019 \u0127adha kontra dawk li riedu jilg\u0127abuh.<\/p>\n<p>Is-Salib hu \u010b-\u010bentru ta\u2019 \u0127ajjitna. San <strong>\u0120<\/strong>or\u0121 Preca jqis lis-salib b\u0127ala l-Ktieb il-Kbir, g\u0127ax minnu to\u0127ro\u0121 kull informazzjoni: im\u0127abba, \u0127niena u umilta\u2019 bla tarf! \u0120esu\u2019 \u0121ie fid-dinja biex jift\u0127ilna l-bieb tal-\u0121enna. Issa hja l-g\u0127a\u017cla tag\u0127na jekk nid\u0127lux.<\/p>\n<p>Alla pprovdilna kollox fil-\u0127ajja. Tana dinja mimlija b\u2019kollox. Tana mies biex in\u0127obbuhom u j\u0127obbuna. G\u0127andna biex nirringrazzjawh, imma \u0127afna drabi lanqas biss nag\u0127tu ka\u017c ta\u2019 dak li tana. Meta issa anke x-xjentisti li ma jemmnux jammettu li hemm xi \u0127add \u2013 Alla \u2013 li \u0127alaq il-li\u0121iliet tan-natura.<\/p>\n<p>A\u0127na g\u0127alissa ma nistg\u0127ux nifhmu lil Alla, g\u0127ax biex tag\u0127mel hekk trid tkun etern. Infatti anke l-filosofi Griegi kienu jemmnu li meta jmutu jil\u0127qu l-g\u0127erf perfett.<\/p>\n<p>It-tajjeb t\u2019Alla je\u017cisti f\u2019kull bniedem \u2013 anke dawk li g\u0127adhom m\u2019g\u0127arfuhx. Infatt, l-Knisja Kattolika biss tg\u0127id li kul\u0127add jista\u2019 jsalva, anke dawk ta\u2019 reli\u0121jon o\u0127ra.<\/p>\n<p>Kristu ta \u0127ajtu g\u0127alina. Kristu hu dak li j\u017comm kelmtu. Dak li jibqg\u0127alek hu dak li tag\u0127mel g\u0127al Kristu u g\u0127all-umanita\u2019. Ta\u0127lix \u0127ajtek! Hi tant qasira u prezzju\u017ca! Kull meta\u2019 taqa\u2019, er\u0121a qum minn hemm! \u0120esu\u2019 ma tg\u0127affi\u0121x ta\u0127t il-pi\u017c tas-salib! Dejjem baqa\u2019 j\u017comm s\u0127i\u0127!<\/p>\n<p>L-umilta\u2019 tirba\u0127 lill-\u0127a\u017cen u l-mewt. Bid-dnub da\u0127let il-mewt. Biex jintreba\u0127 id-dnub, Alla \u0127a s-sura ta\u2019 bniedem biex jirba\u0127 lill-mewt. Din riedet tintreba\u0127 minn xi \u0127add li jobdi sal-a\u0127\u0127ar.<\/p>\n<p><strong>Il-mewt da\u0127let bis-suppervja u d-di\u017cubbidjenza, u ntreb\u0127et bl-umilta\u2019 u l-ubbidjenza!<\/strong><\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>&nbsp; Fi \u017cmien ir-Randan, \u0127afna drabi nie\u0127du dak li nafu \u201cfor granted\u201d u nibqg\u0127u qisna mwa\u0127\u0127lin fl-istess post. Dan g\u0127aliex dak li nafu ma nipprattikawhx. It-titlu tat-ta\u0127dita ntg\u0127a\u017cel g\u0127aliex il-\u0127sieb <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":1780,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[204],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5802"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5802"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5802\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5803,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5802\/revisions\/5803"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/1780"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5802"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5802"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5802"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}