{"id":5832,"date":"2018-04-16T11:12:40","date_gmt":"2018-04-16T09:12:40","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/prayer-cafe-il-prezenza-talla-fhajti-tahdita-mis-sur-joe-huber-23-ta-marzu-2018\/"},"modified":"2018-04-16T11:21:18","modified_gmt":"2018-04-16T09:21:18","slug":"prayer-cafe-il-prezenza-talla-fhajti-tahdita-mis-sur-joe-huber-23-ta-marzu-2018","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/prayer-cafe-il-prezenza-talla-fhajti-tahdita-mis-sur-joe-huber-23-ta-marzu-2018\/","title":{"rendered":"Prayer Caf\u00e8: Il-pre\u017cen\u017ca t\u2019Alla f&#8217;\u0127ajti &#8211; ta\u0127dita mis-sur Joe Huber \u2013 23 ta\u2019 Marzu 2018"},"content":{"rendered":"<p>Il- laqg\u0127a Prayer Cafe tat-23 ta\u2019 Frar \u0121iet imexxi mis-Sur Joe Huber. Fiha \u0121ie diskuss il-qari tat-tieni \u0126add tar-Randan. Papa Fran\u0121isku spiss i\u0127e\u0121\u0121i\u0121na biex naqraw l-Iskrittura bl-istess \u0127erqa li biha \u0120esu tkellem dwarha fit-triq ta\u2019 G\u0127emmaws.<\/p>\n<p>Is-salib deher li kien it-tmiem anki g\u0127all-appostli, tant li kif qal il-Papa ftit ilu, dawn re\u0121g\u0127u lura lejn xog\u0127lhom. Infatti fil-Van\u0121elu naqraw dwar is-sajda mirakolu\u017ca li \u0121rat wara l-qawmien mill-mewt ta\u2019 \u0120esu. I\u017cda minkejja dan bil-mi\u0121ja tal-Ispirtu s-Santu huma fehmu li s-salib kien l-g\u0127ajn tal-\u0127ajja u tal-qawmien.<\/p>\n<p>Fit-tieni \u0126add tar-Randan il-Knisja ttina t-Trasfigurazzjoni quddiem it-tliet appostli fuq il-muntanja Tabor. Din il-\u0121rajja \u0121rat dritt wara l-ewwel t\u0127abbira tal-mewt ta\u2019 \u0120esu. It- tliet Van\u0121eli sinotti\u010bi (Mattew, Mark, Luqa) jirrakuntawh u jqieg\u0127duh e\u017catt wara l-famu\u017ca xena fejn minkejja li \u0120esu kien qallu li se jibni l-Knisja tieg\u0127u fuqu, e\u017catt wara lil Pietru j\u010banfru bil-goff u jg\u0127idlu: \u201cItlaq minn quddiemi ja xitan.\u201d<\/p>\n<p>G\u0127aliex? \u0120esu stess itina t-twe\u0121iba. Lil Pietru jg\u0127idlu li qed jirra\u0121una bil-mo\u0127\u0127 ta\u2019 bniedem u mhux b\u0127al Alla. Mill-\u0121did insibu lil Pietru jirra\u0121una b\u0127ala biedem fix-xena tat-trasfigurazzjoni: ir-reazzjoni tieg\u0127u li anki f\u2019g\u0127ajnejna tidher paradossali hi mqanqla minn \u017cew\u0121 emozzjonijiet umani: il-bi\u017ca\u2019 u t-tama.<\/p>\n<p>Fil-ktieb \u2018\u0120esu di Nazaret\u2019 Joseph Ratzinger (Benedittu XVI) jikteb li Luqa, jibda r-rakkont tieg\u0127u li jwassal g\u0127al dan l-episodju bil-paradoss: Waqt li \u0120esu kien jitlob wa\u0127du d-dixxipli isiru \u0127a\u0121a wa\u0127da ma\u2019 \u0120esu li wa\u0127du qieg\u0127ed jitkellem mal-Missier. Jarawh ikellem lill-Missier wi\u010b\u010b imb\u2019wi\u010b\u010b u li s-setg\u0127a tieg\u0127u kienet \u0121ejja mill-Missier. Huma qed jaraw xi \u0127a\u0121a li l-bnedmin l-o\u0127ra ma setg\u0127ux jarawha, ittihom opinjoni differenti g\u0127ax ittihom g\u0127arfien li jmur \u2018l hinn mill-oppinjonijiet tal-bnedmin. Huwa fuq dan li Kristu bena l-Knisja tieg\u0127u!<\/p>\n<p>Imma lit-tlieta, insej\u0127ulhom hekk, ipprivile\u0121\u0121ati, irid jurihom aktar minn hekk. Ma ninsewx li dan l-episodju tat-trasfigurazzjoni nsibuh lejn it-tmien tal-\u0127ajja ta\u2019 \u0120esu, hu u sejjer lejn \u0120erusalemm fejn wara d-da\u0127la trijonfali l-burdata tan-nies marret fl-oppost\u00a0 u mxewxin mill-kbarat g\u0127ajjtu; <em>Sallbu<\/em>!<\/p>\n<p>B\u2019din l-esperjenza tat-trasfigurazzjoni, \u0120esu ried jg\u0127in lid-dixxipli jeg\u0127lbu l-kri\u017ci li kienu jinsabu fiha meta hu \u0127abbar il-mewt tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Il-van\u0121elu tat-trasfigurazzjoni jinqasam:<\/p>\n<p>2-4 \u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 \u0120esu jinbidel quddiem id-dixxipli<\/p>\n<p>5-6 \u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 Ir-reazzjoni ta\u2019 Pietru<\/p>\n<p>7-8 \u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 Il-Kelma li nstemg\u0127et li tispjega s-sens tat-trasfigurazzjoni<\/p>\n<p>9-10 \u00a0\u00a0\u00a0 \u0120esu jwissi lid-dixxipli biex ma jg\u0127idu lil \u0127add dwar dak li raw.<\/p>\n<p>Fil-fatt huma baqg\u0127u ma tkellmux min\u0127abba l-bi\u017ca\u2019 umana g\u0127ax ma setg\u0127ux jemmnu dak li raw, forsi, imma l-aktar il-Bi\u017ca\u2019 t\u2019Alla, cioe wie\u0127ed mid-doni tal-Ispirtu s-Santu.<\/p>\n<p>San Pawl ukoll jg\u0127idilna fi kliem ie\u0127or: \u201cebda g\u0127ajn qatt ma rat ebda widna qatt ma semg\u0127et dak li \u0127ejja Alla g\u0127al dawk li j\u0127obbuh.\u201d It-tema tas-segretezza tirrikorri spiss fil-Van\u0121elu ta\u2019 San Mark li fih it-teolo\u0121i jaraw il-prin\u010bipju \u201ctas-sigriet Messjaniku\u201d li l-evan\u0121elista jtina s-soluzzjoni tieg\u0127u fl-istqarrija ta\u010b-\u010benturjun meta jistqarr \u201cDan tassew kien Iben Alla\u201d.<\/p>\n<p>\u0120esu deher jitkellem ma\u2019 Mose u Elija. X\u2019kienu jfissru dawn g\u0127al \u0120esu u x\u2019kienu jfissru g\u0127ad-dixxipli?<\/p>\n<p>Mose huwa l-li\u0121i ta\u2019 Alla u l-li\u0121i \u010bivili wkoll. Elija huwa l-profeta li kien ippersegwitat, ma\u0127rub, imma li re\u0121a\u2019\u00a0 lura lejn il-missjoni tieg\u0127u. Kienu \u017cew\u0121 awtoritajiet assoluti tat- Testment Qadim.<\/p>\n<p>Fil-\u0127ajja tag\u0127na, spe\u010bjalment issa fir-Randan, a\u0127na g\u0127andna b\u017conn ta\u2019 xi trasfigurazzjoni?<\/p>\n<p>Fil-messa\u0121\u0121 g\u0127al dan ir-Randan, il-Papa Fran\u0121isku kellimna mill-\u0121did dwar il-profeti foloz: il-flus, il-poter, il-pja\u010bir li jid\u0127lu fil-\u0127ajja tag\u0127na min\u0127abba li hemm min jikkundizzjonana bla ma ninteb\u0127u biex i\u0121ibna fejn irid hu g\u0127all-profitt tieg\u0127u. It-trasfigurazzjoni li ne\u0127tie\u0121u hi li nag\u0127rfu lilna nfusna, ne\u017caminaw x\u2019inhu g\u0127addej \u0121o fina biex ma n\u0127allux lil dawn l-idoli ja\u0127kmulna \u0127ajjitna.<\/p>\n<p>Dwar din it-tema g\u0127andna wkoll id-dokument biex nixtarruh sew li \u0127ar\u0121et il-Kummissjoni g\u0127all-\u0120ustizzja So\u010bjali u l-Pa\u010bi, tad-djo\u010besi fl-okka\u017cjoni tal-Jum Dinji g\u0127all-\u0120ustizzja So\u010bjali li kien i\u010b\u010belebrat fil-21 ta\u2019 Frar. Il-kummissjoni osservat li s-so\u010bjeta tag\u0127na hi misjuqa dejjem aktar mill-mentalita li l-gwadann ekonomiku hu l-uniku qies tas-su\u010b\u010bess u allura mo\u0127\u0127ha biss biex ti\u0121\u0121enera l-g\u0127ana akkost ta\u2019 kollox.<\/p>\n<p>Fil-Van\u0121elu tal-\u0126add li \u0121ej: in-nies fi \u017cmien \u0120esu kienu ma\u0127kumin mir-Rumani u g\u0127alihom il-mexxej kellu jkun gwerrier li je\u0127lishom mill-\u0127akma tan-nies tad-dinja. Imma \u0120esu \u0121ie biex je\u0127lisna mill-iskjavitu tad-dnub, il-veru jasar tag\u0127na.<\/p>\n<p>Bniedem ikkundannat g\u0127all-mewt ma setax ikun Messija fil-mentalita tag\u0127hom. Allura t-trasfigurazzjoni setg\u0127et tg\u0127inhom biex jifhmu s-salib g\u0127ax fiha \u0120esu jidher fil-glorja u skont Luqa, ma\u2019 Mose u Elija kien qed jitkellem dwar il-passjoni u l-mewt tieg\u0127u. Ifisser li l-mixja lejn il-glorja trid bilfors tg\u0127addi mit-tbatija.<\/p>\n<p>It-tbatija hi misteru li bosta drabi m\u2019hemmx twe\u0121iba g\u0127aliha. Il-Papa Fran\u0121isku fl-4 ta\u2019 Jannar iltaqa\u2019 ma grupp ta\u2019 \u017cag\u0127\u017cag\u0127 Rumeni u qalilhom li t-tbatija, is-sofferenza ta\u2019 tfal abbandunati, li jmutu m\u2019hemmx twe\u0121iba g\u0127alihom \u0127lief dik li n\u0127allu lil Alla j\u0127addanna mieg\u0127u jtina s-sabar u l-g\u0127ajnuna biex ng\u0127arfu noffru t-tbatijiet tag\u0127na g\u0127all-fejda ta\u2019 min tbieg\u0127ed, ta\u2019 min ma jridx jaf, ta\u2019 min hu verament fil-b\u017conn li jsir jaf lil dal-Missier \u0127anin mimli mog\u0127drija li dejjem jistenniena u qatt ma jeg\u0127ja ja\u0127frilna u jisteddinna biex ner\u0121g\u0127u nduru lejH.<\/p>\n<p>Nifmhu li g\u0127an-nies ta\u2019 dak i\u017c-\u017cmien, u anki g\u0127alina, diffi\u010bli ja\u010b\u010bettaw li s-salib hu trijonf meta kienu jafu li kien il-kastig tal-akbar kriminali. Kien \u017cmien meta l-Insara kienu msallbin huma stess min\u0127abba l-persekuzzjonijiet ta\u2019 Neruni.<\/p>\n<p>G\u0127at-trasfigurazzjoni \u0120esu jitla\u2019 biex jitlob fuq muntanja g\u0127olja (Lq 28) li j\u0121ibilna f\u2019mo\u0127\u0127na l-muntanja Sinaji fejn Alla ta l-Li\u0121i lil Mose\u2019, u muntanji jew g\u0127oljiet o\u0127ra li jissemmew fl-Iskrittura. Lill-appostli x-xena tog\u0127\u0121obhom u mill-\u0121did bi kliem Pietru ja\u0127sbu g\u0127al rashom: \u201cnag\u0127mlu tined u nibqg\u0127u hawn.\u201d<\/p>\n<p>Nanali\u017c\u017caw ftit t-test:<\/p>\n<p>L-ewwel affermazzjoni: sitt ijiem wara: l-istudju\u017ci ja\u0127sbu li r-reazzjoni ta\u2019 Pietru kellha g\u0127eruqha fil-fatt li kien is-sitt jum tal-festa Lhudija tat-tined. Festa popolari ta\u2019 sitt ijiem li fiha l-poplu kien ji\u010b\u010belebra l-g\u0127oti tal-li\u0121i u l-erbg\u0127in jum mg\u0127oddija fid-de\u017cert. Il-poplu kien ji\u010b\u010belbra billi jqatta\u2019 \u0121img\u0127a jg\u0127ix ta\u0127t tined improvi\u017cati, (it-tifkira tal-\u0127ajja fid-de\u017cert) minn hawn l-isem tal-festa.<\/p>\n<p>Malli \u0120esu jinbidel f\u2019dawl jg\u0127ammex le\u0127en mis-sema jg\u0127id: \u201cDan hu Ibni l-ma\u0127bub, isimg\u0127u lilu. Din il-fra\u017ci g\u0127andna profe\u017ciji \u0121ejjin mill-Antik Testment \u201cIbni l-Ma\u0127bub\u201d il-Messija-qaddej (I\u017caija 42:1) Isimg\u0127u lilu- it-t\u0127abbir tal-Mose\u2019 l-\u0121did (Dewteronomju 18:15). Il-Missier qed ikun garanti li dak li \u0127a l-\u0121isem b\u0127alna u li rxoxta bih ; wara li qam mill-mewt deher lid-dixxipli fil-\u0121isem mistiku li j\u017comm il-pjagi tas-salib. Papa Fran\u0121isku j\u0127obb jg\u0127id li meta \u0120esu jinter\u010bedi g\u0127alina quddiem il-Missier, jurih il-pjagi u jg\u0127idlu; \u201c dawn \u0121arrabthom min\u0127abba fihom.\u201d<\/p>\n<p>Il-libsa l-bajda: tfakkarna fil-Ktieb tal-Apokalissi li fih naqraw li dawk li jinsabu fuq il-lemin huma lebsin ilbies abjad, li jfisser is-salvazzjoni.<\/p>\n<p>\u0120esu, li dejjem deher b\u0127ala bniedem, issa nbidel u qed jidher b\u0127ala Alla: dak li kien hemm fil-li\u0121i ta\u2019 qabel intemm kollu (is-sagrifi\u010b\u010bji tal-bhejjem e\u010b\u010b) g\u0127ax issa l-offerta saret \u0120esu nnifsu. Dik hi t-tifsira tad-dikjarazzjoni: \u201cIsimg\u0127u Lilu.\u201d<\/p>\n<p>Waqt it-Trasfigurazzjoni dehret s\u0127aba. Din tfakkarna li meta Alla l-Missier ried juri lilu nnifsu fit-Testment il-Qadim kien jidher fis-s\u0127ab e\u017c: meta David ikkonsagra t-tempju u s\u0127aba mliet il-post tant li l-qassisin ma setg\u0127ux jid\u0127lu; meta l-poplu kien miexi fid-de\u017cert u matul il-jum kienet tidher is-s\u0127aba u bil-lejl in-nar, meta Alla kellem lil Mose&#8230;.<\/p>\n<p>Alla l-Missier insibuh jitkellem f\u2019\u017cew\u0121 okka\u017cjonijiet biss: fil-Mag\u0127mudija u fit-Trasfigurazzjoni. Ir-ra\u0121uni g\u0127ala jistqarr: \u201cIsimg\u0127u lilu\u201d hi, g\u0127ax \u0120esu huwa wkoll Alla u kif qalilna, Hu \u0121ie jwasslilna dak li bg\u0127atu jg\u0127id il-Missier.<\/p>\n<p>Imma malli ntemmet il-vi\u017cjoni d-dixxipli raw lil \u0120esu kif kienu jafuH meta jkunu fil-kumpanija tieg\u0127u. Raw lilu biss li jfisser li minn dak il-\u0127in \u2018il-quddiem g\u0127alina l-Insara \u0120esu biss hu l-muftieh biex nifhmu s-sens kollu tat-Testment l-Antik. Hawn jid\u0127ol element ie\u0127or: \u201c\u017commu fommkom mag\u0127luq u tg\u0127idu xejn qabel ma jien inkun qomt mill-imwiet.\u201d Id-dixxipli ma fehmux dal-kliem li jfisser li l-\u0127ajja dejjem teg\u0127leb il-mewt.<\/p>\n<p>It-twemmin tan-nies ta\u2019 \u017cmien \u0120esu kien li kellu jer\u0121a\u2019 jitfa\u010b\u010ba Elija biex i\u0127ejji t-triq g\u0127all-Mulej. Allura jekk Elija kien g\u0127adu ma deherx mill-\u0121did, kif seta kien li l-Messija kien \u0120esu? It-twe\u0121iba li jag\u0127ti \u0120esu hi \u010bara, Elija \u0121a \u0121ie u huma \u0121iebu ru\u0127hom mieg\u0127u kif g\u0127o\u0121obhom, b\u0127alma hemm miktub fuqu. Hawnhekk \u0120esu kien qed jitkellem dwar Elija ie\u0127or \u2013 l-a\u0127\u0127ar profeta u l-punt li jg\u0127aqqad it-Testment l-Antik mal-\u0120did: \u0120wanni l-Battista.<\/p>\n<p>Il-libsa li bdiet tiddi turi d-divinita ta\u2019 \u0120esu, il-bniedem li huwa wkoll Alla juri ru\u0127u imma ma jridx li dan ikun mag\u0127ruf qabel ikun imdendel fuq is-salib, meta \u010b-\u010benturjun pagan jistqarr: dan verament kien l-Iben t\u2019Alla, l-istqarrija li biha San Mark ji\u0121bor is-sigriet messjaniku ta\u2019 Kristu.<\/p>\n<p>Wara li fil-Van\u0121eli Sinotti\u010bi rajna \u0127afna mirakli, minn issa \u2018l quddiem naraw lil \u0120esu i\u0127ejji u jipprepara lid-dixxipli tieg\u0127u biex fuqhom iwaqqaf il-Knisja li se j\u0127alli biex tkompli l-missjoni tieg\u0127u. Il-messa\u0121\u0121 ta\u2019 \u0120esu ma nftiehemx mill-mexxejja tal-Lhud. Dawn kienu qed jistennew tip ie\u0127or ta\u2019 \u0127elsien. Imma \u0120esu ma biddilx il-messa\u0121\u0121 tieg\u0127u, kompla jaqdi l-foqra, lill-batuti, lill-imsejkin u kien g\u0127alhekk li safa kkundannat g\u0127all-mewt.<\/p>\n<p>A\u0127na llum x\u2019se nie\u0127du minn dan il-Van\u0121elu g\u0127al \u0127ajjitna?<\/p>\n<p>F\u2019\u0127ajti \u0127assejt il-pre\u017cen\u017ca t\u2019Alla fija? X\u2019qed nag\u0127mel biex dawn il-mumenti nsa\u0127\u0127a\u0127hom \u0127alli \u0127ajti tkun dejjem aktar marbuta mal-Mulej? Fejn qed niltaqa\u2019 mal-Mulej?<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il- laqg\u0127a Prayer Cafe tat-23 ta\u2019 Frar \u0121iet imexxi mis-Sur Joe Huber. Fiha \u0121ie diskuss il-qari tat-tieni \u0126add tar-Randan. Papa Fran\u0121isku spiss i\u0127e\u0121\u0121i\u0121na biex naqraw l-Iskrittura bl-istess \u0127erqa li biha <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":2761,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[37],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5832"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5832"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5832\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5833,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5832\/revisions\/5833"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/2761"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5832"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5832"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5832"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}