{"id":5866,"date":"2018-05-01T20:24:48","date_gmt":"2018-05-01T18:24:48","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=5866"},"modified":"2018-05-01T20:24:48","modified_gmt":"2018-05-01T18:24:48","slug":"prayer-cafe-il-hames-hadd-tal-ghid-il-parabbola-tad-dielja-tahdita-mis-sur-joe-huber-27-tapril-2018","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/prayer-cafe-il-hames-hadd-tal-ghid-il-parabbola-tad-dielja-tahdita-mis-sur-joe-huber-27-tapril-2018\/","title":{"rendered":"Prayer Caf\u00e8: IL-\u0126AMES \u0126ADD TAL-G\u0126ID \u2013 IL-PARABBOLA TAD-DIELJA \u2013 ta\u0127dita mis-sur Joe Huber \u2013 27 t\u2019April, 2018"},"content":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a bdiet bil-qari tal-Van\u0121elu skond San \u0120wann: 15 v 1-8 \u2013 il-Van\u0121elu tad-Dielja u l-Frieg\u0127i. Meta \u0120esu\u2019 jg\u0127id: \u201cJien id-dielja u intom il-frieg\u0127i\u201d, qed jitkellem fuq prin\u010bijpju fundamentali \u2013 id-dipendenza tag\u0127na f\u2019Alla.<\/p>\n<p>Id-dnub tal-bniedem hu dejjem wie\u0127ed \u2013 is-suppervja. Aktar ma bniedem hu konxju mid-dnub tieg\u0127u, akbar hu d-dnub \u2013 insult lil Alla. Alla \u0127alaqna xbieha Tieg\u0127u. Mela jekk jien nag\u0127mel \u0127sara lili nnifsi jew lil \u0127addie\u0127or, jien qed nag\u0127mel insult lil Alla.<\/p>\n<p>Il-bniedem illum donnu sar supperv iktar minn qabel. Qed jie\u0127u f\u2019idejh dak li jidhirlu li g\u0127andu jg\u0127ix u dak li jidhirlu g\u0127andu jmut. Il-morali tg\u0127id li \u0126ADD m\u2019g\u0127andu dritt fuq il-\u0127ajja. U l-maturita\u2019 tag\u0127na ma tfissirx li g\u0127andna nkunu arroganti, imma li d-de\u010bi\u017c\u017cjonijiet li nie\u0127du ikunu konxi li huma mnaqqxin fin-natura stess tal-bniedem li Alla jag\u0127ti mal-\u0127olqien ta\u2019 kull persuna.<\/p>\n<p>Dan id-deni li nag\u0127mlu lilna nfusna jew lil o\u0127rajn \u0127afna drabi nag\u0127mluh f\u2019isem il-liberta\u2019. Il-liberta\u2019 mhix li tag\u0127mel li trid. Il-liberta\u2019 g\u0127andha r-regoli \u2013 dak li hu dritt tieg\u0127i jieqaf fil-mument li jien nirfes il-kallu ta\u2019 \u0127addie\u0127or. Min qed jippressa jew min jg\u0127addi \u010bertu li\u0121ijiet \u010bivili jaf li hemm xi \u0127a\u0121a li qed tmur kontra n-natura, kontra Alla. G\u0127alhekk g\u0127andu b\u017conn xi \u0127a\u0121a biex hu jserra\u0127 il-kuxjenza tieg\u0127u billi jkun hemm li\u0121i li tiddefendih \u2013 il-li\u0121i \u010bivili li qed te\u0127odha kontra l-li\u0121i naturali, kontr\u2019Alla.<\/p>\n<p>F\u2019dan il kuntest kollu rridu niftakru li l-\u0127niena t\u2019Alla hi dejjem ikbar mill-\u0127tijiet tag\u0127na. G\u0127alhekk, biex ma nsirux zkuk niexfa, g\u0127andna b\u017conn il-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, li lkoll ir\u010bevejnieha u kkonfermajnieha.<\/p>\n<p>San \u0120wann qed jinsisti li a\u0127na nkunu marbutin mad-dielja. A\u0127na li a\u0127na g\u0127ax twelidna f\u2019kuntest partikolari. Allura dak li qatt ma sema\u2019 b\u2019\u0120esu\u2019 jew trabba f\u2019ambjent li kien \u2018il bog\u0127od minnu, dment li hu qalbu tajba, jien ma nistg\u0127ax ni\u0121\u0121udika x\u2019ser ji\u0121ri minnu. Pero\u2019 jien li twelid f\u2019ambjent ta\u2019 fidi, jekk jien nirrifjuta, il-\u0127tija tieg\u0127i tkun ikbar. Il-Knisja hi a\u0127na lkoll \u2013 ilkoll midinbin. L-iktar importanti hu li tammetti li dnibt, u titlob ma\u0127fra.<\/p>\n<p>Dan kollu jid\u0127ol fil-kuntest tal-valuri. G\u0127andna valuri po\u017cittivi, u valuri negattivi. Irridu naraw liema valuri l-iktar li qed jiddominaw illum. Salm 63 jg\u0127id:<\/p>\n<p>Isma, o Alla le\u0127en it-tnehid tieg\u0127i;<br \/>\nmill-bi\u017ca\u2019 tal-g\u0127adu \u0127arisli \u0127ajti.<br \/>\nA\u0127bini mill-konfoffa tal-\u0127\u017ciena,<br \/>\nmit-tixwix ta\u2019 dawk li jag\u0127mlu l-\u0127a\u017cen,<br \/>\ndawk li jsinnu b\u0127al sejf ilsienhom,<br \/>\njitfg\u0127u kliem iebes b\u0127al vle\u0121e\u0121,<br \/>\nbiex mill-mo\u0127ba jolqtu \u2018l min hu bla \u0127tija,<br \/>\njotqtuh g\u0127al g\u0127arrieda, bla bi\u017ca\u2019 ta\u2019 xejn.<\/p>\n<p>Mo\u0127\u0127hom s\u0127i\u0127 fil-\u0127sieb \u0127a\u017cin tag\u0127hom,<br \/>\njiftiehmu kif jonsbu bil-mo\u0127bi,<br \/>\nu jg\u0127idu: \u201cMin se jarana?\u201d<\/p>\n<p>Min irid jg\u0127ix ta\u2019 nisrani ma jistg\u0127ax ikollu \u0127ajja komda. Ix-xitan jattakka lil min qed jipprova jg\u0127ix \u0127ajja tajba. Dawk li jag\u0127mlu l-\u0127a\u017cen ja\u0127sbu li \u0127add mhu se jarahom, g\u0127ax \u0127siebhom hu marbut ma\u2019 din id-dinja. Imma l-\u0121ust jifrah fil-Mulej u jistkenn Fih. Din hija l-fidi u t-tama tag\u0127na. A\u0127na lkoll nistg\u0127u nkunu profeti u missjunarji. Se nsibu min jid\u0127ak bina. Irridu nimxu kontra l-kurrent.<\/p>\n<p>F\u2019dan il-Van\u0121elu \u0120esu\u2019 jibqa\u2019 jag\u0127mel enfasi fuq il-fatt li rridu nibqg\u0127u Mieg\u0127u, ma ninqatg\u0127ux miz-zokk, biex nag\u0127mlu l-frott. Gesu\u2019 lill-appostli qallhom li d-dinja g\u0127ad tobg\u0127odhom kif bag\u0127det Lilu qabel. Issa a\u0127na llum, x\u2019qed in\u0127allu l-iktar jinfluwenzana? Ma nistg\u0127ux ng\u0127ixu \u0127ajja nisranija tas-supermarket \u2013 nie\u0127u li jog\u0127\u0121obni u li ma jog\u0127\u0121obniex in\u0127allih hemm. Din mhix \u0127ajja nisranija, imma \u0127ajja ta\u2019 kompromessi.<\/p>\n<p>Kif qal \u0120esu\u2019, il-\u0121enna u l-infern jibdew minn din id-dinja. Jekk qed inbati min\u0127abba l-fidi tieg\u0127i, nista\u2019 nqis li qieg\u0127ed l-infern, jew nista\u2019 nqis li jien qed nipprepara ru\u0127i b\u2019mod tajjeb biex imbag\u0127ad ingawdi fil-\u0121enna. Infatti \u0120esu\u2019 qieg\u0127ed il-\u0127in kollu jitlob u jinter\u010bedi g\u0127alina g\u0127ax qed jistenna li a\u0127na niltaqg\u0127u Mieg\u0127u. Il-\u0121enna hi l-laqg\u0127a mal-Mulej. Il-mod kif a\u0127na naffrontaw id-diffikultajiet fil-\u0127ajja tag\u0127na jiddetermina hiex infern jew \u0121enna.<\/p>\n<p>Id-dielja hu \u0120esu\u2019, u a\u0127na rridu nibqg\u0127u marbutin mag\u0127ha. Pero\u2019 kemm a\u0127na konvinti minn dan? Il-konver\u017cjoni tag\u0127na hi li kuljum a\u0127na rridu nag\u0127mlu dak il-pass \u010bkejken \u2018il quddiem illi nkomplu nikkonvin\u010bu ru\u0127na li \u0127ajjitna hi marbuta Mieg\u0127u.<\/p>\n<p>Naraw fil-Van\u0121elu l-konflitt kontinwu bejn \u0120esu\u2019 u l-mexxejja tal-Lhud. Dawn ma riedux ja\u010b\u010bettawh g\u0127aliex huma po\u0121\u0121ew lilhom infushom fi\u010b-\u010bentru. Ma riedux jemmnu li \u0120esu\u2019 hu \u010b-\u010bentru. Allura qatt m\u2019a\u010b\u010bettawh u spi\u010b\u010baw biex qatluh. Jekk a\u0127na rridu nkunu mag\u0127qudin ma\u2019 \u0120esu\u2019, ma nistg\u0127ux inpo\u0121\u0121u lilna nfusna fi\u010b-\u010bentru. Irridu n\u0127allu Lilu jkun i\u010b-\u010bentru tag\u0127na.<\/p>\n<p>Il-Van\u0121elu jg\u0127idilna li l-Missier ji\u017cbor, inaddaf. It-tindif isir bil-penitenza, billi ni\u010b\u010ba\u0127du, imma l-iktar bis-sagramenti. Kif qed nersqu lejn il-Qrar? A\u0127na mmorru f\u2019ri\u0121lejn \u0120esu\u2019, ng\u0127idulu li dnibna, li ndimna, u nweg\u0127duh li ma ner\u0121awx. Kull darba li nqerru supppost li \u0127ajjitna tag\u0127mel dak il-pass \u010bkejken il-quddiem li lilna j\u017commna marbutin maz-zokk biex nag\u0127mlu l-frott. A\u0127na rridu nisimg\u0127u l-kelma ta\u2019 \u0120esu\u2019 u nxandruha bl-e\u017cempju. Il-missjoni tag\u0127na hi li nibqg\u0127u fil-Mulej u Hu fina. Irridu nobdu l-kmandamenti ming\u0127ajr kompromessi.<\/p>\n<p>L-ikbar kmandament hu l-im\u0127abba. Din kienet ir-rivoluzzjoni ta\u2019 \u0120esu\u2019: \u201c\u0126obbu lil xulxin kif \u0127abbjetkom Jien\u201d, \u201ca\u0127rilhom g\u0127ax ma jafux x\u2019inhuma jag\u0127mlu\u201d, \u201c\u0127obbu li dawk li jobg\u0127odukom.\u201d Jekk irridu nimxu wara \u0120esu\u2019 rridu nimtlew bl-im\u0127abba b\u0127al Tieg\u0127u. Jekk ma t\u0127obbx, tinxef u tin\u0127araq.<\/p>\n<p>Kif in\u0127ares lejja nnifsi f\u2019dan il-kuntest? Jien qaddej jew \u0127abib ta\u2019 \u0120esu\u2019? Irrid inkun it-tnejn. Il-\u0127abib nifta\u0127 qalbi mieg\u0127u. Imma rridu wkoll inkunu qaddejja tal-o\u0127rajn g\u0127ax fihom naraw lil Kristu.<\/p>\n<p>Irridu ng\u0127ixu l-Van\u0121elu billi nisimg\u0127u, naqraw, u nxandru, iktar milli bil-kliem, bl-e\u017cempju.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a bdiet bil-qari tal-Van\u0121elu skond San \u0120wann: 15 v 1-8 \u2013 il-Van\u0121elu tad-Dielja u l-Frieg\u0127i. Meta \u0120esu\u2019 jg\u0127id: \u201cJien id-dielja u intom il-frieg\u0127i\u201d, qed jitkellem fuq prin\u010bijpju fundamentali \u2013 id-dipendenza <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4076,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[204,100],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5866"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5866"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5866\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5868,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5866\/revisions\/5868"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4076"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5866"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5866"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5866"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}