{"id":5890,"date":"2018-06-07T22:13:40","date_gmt":"2018-06-07T20:13:40","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=5890"},"modified":"2018-06-07T22:14:20","modified_gmt":"2018-06-07T20:14:20","slug":"prayer-cafe-it-trinita-mqaddsa-tahdita-mis-sur-joe-huber-il-gimgha-25-ta-mejju-2018","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/prayer-cafe-it-trinita-mqaddsa-tahdita-mis-sur-joe-huber-il-gimgha-25-ta-mejju-2018\/","title":{"rendered":"Prayer Caf\u00e8: IT-TRINITA\u2019 MQADDSA &#8211; ta\u0127dita mis-sur Joe Huber, il-\u0120img\u0127a 25 ta\u2019 Mejju, 2018."},"content":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a bdiet bil-qari tal-Van\u0121elu, Mattew 28: 16-20, u t-Tieni Lezzjoni, Rumani 8: 14-17.<\/p>\n<p>Il-festa tat-Trinita\u2019 ti\u0121i l-\u0126add ta\u2019 wara Pentekoste, u tag\u0127laq i\u017c-\u017cmien tal-G\u0127id. Fil-Pentekoste naraw il-bidu tal-mandatt li \u0120esu\u2019 ta lill-appostli \u2013 il-bidu tal-Knisja. Dawn kienu g\u0127exu Mieg\u0127u g\u0127al tlett snin. Qalilhom biex imorru l-Galileja, biex itihom din il-missjoni li jg\u0127ammdu u jg\u0127allmu. Imma xi w\u0127ud xorta ddubitaw.<\/p>\n<p>Dan nag\u0127mluh a\u0127na wkoll. Il-Papa jg\u0127idilna kontinwament. Il-fidi tag\u0127na ma tistg\u0127ax tkun il-fidi tal-Fari\u017cej \u2013 kollox fil-kaxxa tieg\u0127u u int issalva biss jekk taf x\u2019tista\u2019 tag\u0127mel u x\u2019ma tistg\u0127ax.<\/p>\n<p>L-ikbar misteru li minnu jo\u0127or\u0121u l-misteri kollha hu t-Trinita\u2019 &#8211; il-misteru ewlieni tal-fidi u l-\u0127ajja nisranija. Il-\u0121rajja kollha tas-salvazzjoni mhix \u0127lief il-\u0121rajja tat-triq u l-mezzi li bihom Alla wa\u0127du u veru huwa l-Missier, l-Iben u l-Ispirtu \u2013 it-tlieta \u0127a\u0121a wa\u0127da.<\/p>\n<p>Alla wera Lilu Nnifsu lill-bnedmin, u wara li re\u0121g\u0127u lura minn dnubiethom, \u0127afrilhom u re\u0121a\u2019 g\u0127aqqadhom mill-\u0121did Mieg\u0127u permezz ta\u2019 Kristu. L-\u0126add li g\u0127adda \u010b\u010belebrajna l-mi\u0121ja tal-Ispirtu s-Santu. X\u2019kienet l-iktar \u0127a\u0121a mportanti li \u0127adu l-appostli? Telaq minnhom il-bi\u017ca\u2019, kif naraw meta Pietru u \u0120wanni tressqu quddiem is-Sinedriju. Tahom qawwa u kura\u0121\u0121, li suppost ikollna a\u0127na wkoll.<\/p>\n<p>Il-kelma \u201cmisteru\u201d bil-Grieg tfisser \u201ctibqa\u2019 sieket\u201d. Quddiem misteru b\u0127al dan ma nistg\u0127u nag\u0127mlu xejn \u0127lief nikkuntemplaw u ninsew is-suppervja tag\u0127na li rridu nifhmu kollox. Irridu nifhmu kollox xjentifikament. Il-Papa, fl-e\u017cortazzjoni appostolika \u201cIfir\u0127u u Tennew\u201d isemmi \u017cew\u0121 ere\u017ciji marbuta mat-Trinita\u2019. L-Injosti\u010bi kienu ji\u0121\u0121udikaw lill-o\u0127rajn jekk humiex tajbin jew \u0127\u017ciena minn dak li kienu jafu. L-istess b\u0127al Fari\u017cej. L-Appostli kienu minn kategoriji differenti, imma \u0120esu\u2019 bihom inqeda\u2019 &#8211; \u201cMissier inroddlok \u0127ajr li dawn il-\u0127wejje\u0121 urejthom li\u010b-\u010bkejknin u mhux lil min hu g\u0127aref.\u201d<\/p>\n<p>\u0126afna drabi l-g\u0127erf iwaqqana\u2019 fi \u017cball fundamentali &#8211; \u201cself-sufficiency\u201d. Nippretendi li, g\u0127ax naf \u0127afna, fija nnifsi g\u0127andi bi\u017c\u017cejjed \u2013 komplut. Fid-dinja \u0127add ma jista\u2019 jkun komplut, lanqas il-Papa. Dawn in-nies li ja\u0127sbu li g\u0127anhom soluzzjoni g\u0127al kollox, ma jemmnux jekk ma jistg\u0127ux jifhmu xjentifikament. Din hi l-\u0127idma sottili tax-xitan.<\/p>\n<p>A\u0127na nemmnu g\u0127ax qalilna \u0120esu\u2019. \u201cLili ng\u0127atat is-setg\u0127a kollha fis-sema u fl-art\u201d. U din is-setg\u0127a g\u0127addieha lid-dixxipli, u b\u2019hekk lilna lkoll. Il-Kon\u010bilju Vatikan 2 lilna tana l-missjoni li nil\u0127qu lill-o\u0127rajn fl-ambjent tag\u0127na tal-familja, tax-xog\u0127ol, tad-divertiment. Meta \u0120esu\u2019 ordnalhom imorru l-Galileja, huma marru, g\u0127alkemm xi w\u0127ud iddubitaw. Qalilhom \u201cAg\u0127allmu lill-\u0121nus kollha u ag\u0127mduhom fl-Isem tal-Missier, u tal-Iben u tal-Ispirtu\u201d. Il-messa\u0121\u0121 li \u0121ab ming\u0127and il-Missier, \u0120esu\u2019 jg\u0127addieh lill-Knisja Tieg\u0127u<\/p>\n<p>Naraw fl-Appostli ubbidjenza u dubbju \u2013 id-dubbju tag\u0127na lkoll. Il-fidi \u0121\u0121ieg\u0127lek tistaqsi. Pero\u2019, g\u0127alkemm a\u0127na, kuntrarju g\u0127all-Appostli, ma rajnihx, g\u0127andna il-Kelma Tieg\u0127u \u2013 l-Iskrittura, specjalment il-Van\u0121elu. U fuq kollox g\u0127andna l-Ewkarisitja. Il-Kelma ta\u2019 \u0120esu\u2019 hi bi\u017c\u017cejjed. Imma meta kien hemm dubbji kbar, Hu wera\u2019 Lilu Nnifsu permess ta\u2019 \u0121rajjiet straordinarji, b\u0127al ma \u0121ara\u2019 f\u2019Orvieto. M\u2019g\u0127andniex b\u017conn dawn il-mirakli biex nemmnu, imma dawn isa\u0127\u0127ulna l-fidi tag\u0127na. Ikomplu j\u017ciedu mal-misteri li nistag\u0127\u0121bu bihom.<\/p>\n<p>\u0126afna drabi ma nifhmux bi\u017c\u017cejjed x\u2019inhi l-Quddiesa \u2013 it-twettiq mill-\u0121did tas-Sagrifi\u010b\u010bju. Jekk nifhmu ftit iktar x\u2019inhu dan il-misteru, ikollna inqas dubbji. Qabel ma telaq\u2019 \u0120esu\u2019 qalilhom \u201cJien mag\u0127kom sal-a\u0127\u0127ar\u201d. Fl-istorja naraw \u0127afna moviment kbar \u2013 Rumani, Griegi, et\u010b. Kollha ntemmu. Issa g\u0127addew iktar minn elfejn sena u l-Knisja g\u0127adha ma spi\u010b\u010batx, g\u0127ax Kristu ma jer\u0121g\u0127ax lura minn Kelmtu. U biex nifhmu xi jrid jg\u0127idilna, tana l-Ispirtu Tieg\u0127u. Permezz ta\u2019 Kristu a\u0127na nistg\u0127u ng\u0127idu \u201cAbba Missier\u201d.<\/p>\n<p>L-Ispirtu jne\u0127\u0127i l-bi\u017ca\u2019 li nesprimu l-fidi tag\u0127na ming\u0127ajr \u0127abi, spe\u010bjalment fl-ambjent tal-lum, li je\u0127odha kontrina, jid\u0127aq bina u jirridikulana. Kemm g\u0127andna kura\u0121\u0121 nistqarru bil-miftu\u0127 il-fidi tag\u0127na? Irridu niddefendu l-fidi tag\u0127na, mhux bl-aggressjoni, imma bl-im\u0127abba. Kemm a\u0127na lesti li nag\u0127tu r-ra\u0121uni tag\u0127na g\u0127aliex nemmnu?<\/p>\n<p>Il-misteru kbir tat-Trinta\u2019, li hi l-pedament tal-fidi tag\u0127na, hu l-g\u0127aqda kbira ta\u2019 bejniethom \u2013 \u0127a\u0121a wa\u0127da. Il-Knisja twaqqfet minn Kristu, mhux b\u2019xi metodu uman. Alla hu komunjoni \u2013 il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu mag\u0127qudin flimkien bl-im\u0127abba. Infatti l-infern hu l-firda minn din l-im\u0127abba t\u2019Alla g\u0127all-eternita\u2019.<\/p>\n<p>Alla g\u0127adnu pa\u010benzja kbira. Jistenniena, ji\u0121ri warajna. Din il-pa\u010benzja nsibuha bit-talb, billi na\u010b\u010bettaw xi falliment. M\u2019g\u0127andniex nippretendu li kul\u0127add ikun l-istess. Meta l-Ispirtu ni\u017cel fina u tana l-kari\u017cmi, dawn kul\u0127add i\u0127addimhom skond ma jilluminah l-Ispirtu. Irridu nkunu \u0127a\u0121a wa\u0127da fid-differenzi.<\/p>\n<p>Meta\u2019 \u0120esu\u2019 qal \u201cAg\u0127mdu &#8230;\u201d ma ninsewx li l-Mag\u0127mudija hi si\u0121ill li ma jista\u2019 jitne\u0127\u0127a qatt. U dan iqieg\u0127ed fuqna responsabbilta\u2019 b\u0127ala dixxipli ta\u2019 Kristu. Il-Mag\u0127mudija hi vokazzjoni \u2013 li nimxi wara \u0120esu\u2019 u nag\u0127ti servizz lill-komunita\u2019. Dan irridu ng\u0127ixuh f\u2019dinja egoista \u2013 il-globalizzazjoni tal-indifferenza. Naraw il-populi\u017cmu, fejn il-politika titmexxa minn dak li jridu n-nies. Roberto Benigni qal \u201cL-g\u0127a\u017cla ma tistg\u0127ax tit\u0127alla f\u2019idejn il-poplu, g\u0127ax kull meta l-poplu jag\u0127\u017cel, jag\u0127\u017cel lil Barabba.\u201d<\/p>\n<p>B\u0127ala nsara, g\u0127andna dover kbir li ma n\u0127allu lil \u0127add imexxina minn imnie\u0127irna. Nispi\u010b\u010baw nibilg\u0127u kollox. Il-mezzi tal-komunikazzjoni jsiru l-Van\u0121elu tag\u0127na. L-Ispirtu t\u2019Alla jing\u0127ata lill-komunita\u2019 li jemmnu biex itina ener\u0121ija \u0121dida. Il-Knisja trid tkun \u201csptar fil-kamp tal-battalja, li ma tibqg\u0127ax mag\u0127luqa fi\u010b-\u010bertezzi tag\u0127ha..\u201d L-Ispirtu jtina l-kura\u0121\u0121 biex nitkellmu, jtina l-inkarigu li nie\u0127du \u0127sieb il-la\u0127am mi\u0121rug\u0127 tal-\u0127ajja \u2013 ri\u017cultat ta\u2019 n\u0121ustizzja, rebg\u0127a, gwerer, vjolenza, mibg\u0127eda &#8230; L-Ispirtu jtina l-qawwa biex nikkonfrontaw dan kollu bl-im\u0127abba. Irridu nkunu proattivi \u2013 no\u0127ro\u0121 biex infittex u nsib.<\/p>\n<p>Alla \u0127alaqna g\u0127ax i\u0127obbna, anke jekk nitbieg\u0127du Minnu. L-g\u0127a\u017cla j\u0127allieha f\u2019idejna. Biex a\u0127na ng\u0127ixu fer\u0127anin, g\u0127andna b\u017conn nu\u017caw daqsxejn iktar umori\u017cmu. In-nisrani veru ma jistg\u0127ax ma jitbissimx, anke fl-iktar mumenti diffi\u010bli tal-\u0127ajja. Tbissima tfisser pa\u010bi tal-qalb, tg\u0127inna niftakru li anke jekk qeg\u0127din inbatu, qed naqsmu ma\u2019 Kristu t-tbatija li g\u0127adda minna min\u0127abba fina.<\/p>\n<p>Fl-e\u017cor\u010bitazzjoni \u201cIfir\u0127u u Thennew\u201d, il-Papa Fran\u0121isku jag\u0127tina mezz ta\u2019 kif nistg\u0127u nkunu qaddisin avolja fil-kuntest ta\u2019 \u0127ajja li hi kontrina l-\u0127in kollu. Il-qaddis kapa\u010bi jg\u0127ix fil-fer\u0127 u b\u2019sens ta\u2019 umori\u017cmu. Ming\u0127ajr ma jitlef ir-reali\u017cmu, kapa\u010bi jdawwar lill-o\u0127rajn bi spirtu po\u017cittiv u mimli tama.<\/p>\n<p>NIFTAKRU LI A\u0126NA MIMLIJIN BIL-GRAZZJA TAL-ISPIRTU S-SANTU.<\/p>\n<p>Il-laqg\u0127a ntemmet bit-talba tal-Missierna.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a bdiet bil-qari tal-Van\u0121elu, Mattew 28: 16-20, u t-Tieni Lezzjoni, Rumani 8: 14-17. Il-festa tat-Trinita\u2019 ti\u0121i l-\u0126add ta\u2019 wara Pentekoste, u tag\u0127laq i\u017c-\u017cmien tal-G\u0127id. Fil-Pentekoste naraw il-bidu tal-mandatt li \u0120esu\u2019 <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":3113,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[100,110],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5890"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5890"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5890\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5891,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5890\/revisions\/5891"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/3113"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5890"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5890"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5890"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}