{"id":5984,"date":"2018-10-23T13:18:21","date_gmt":"2018-10-23T11:18:21","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/prayer-cafe-id-29-hadd-ta-matul-is-sena-awtorita-biex-taqdi-tahdita-mis-sur-joe-huber-il-gimgha-19-tottubru-2018\/"},"modified":"2018-10-23T13:18:21","modified_gmt":"2018-10-23T11:18:21","slug":"prayer-cafe-id-29-hadd-ta-matul-is-sena-awtorita-biex-taqdi-tahdita-mis-sur-joe-huber-il-gimgha-19-tottubru-2018","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/prayer-cafe-id-29-hadd-ta-matul-is-sena-awtorita-biex-taqdi-tahdita-mis-sur-joe-huber-il-gimgha-19-tottubru-2018\/","title":{"rendered":"Prayer Caf\u00e8: ID-29 \u0126ADD TA\u2019 MATUL IS-SENA \u2013 AWTORITA\u2019 BIEX TAQDI \u2013 ta\u0127dita mis-sur Joe Huber, il-\u0120img\u0127a 19 t\u2019Ottubru 2018."},"content":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a bdiet bit-Talba tal-Moviment. Wara nqara l-Van\u0121elu tal-\u0126add, Mark 10: 35-45 \u2013 it-talba li \u0120akbu u \u0120wanni, ulied \u017bebedew, g\u0127amlu lil \u0120esu\u2019 &#8211; li wie\u0127ed joqg\u0127od fuq il-lemin u l-ie\u0127or fuq ix-xellug ta\u2019 \u0120esu\u2019 fil-glorja Tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Din is-silta tkellimna dwar it-tentazzjoni tal-poter, tas-setg\u0127a. Dawn i\u017c-\u017cew\u0121t appostli kienu l-istess tnejn li ftit ta\u017c-\u017cmien qabel kienu pre\u017centi g\u0127at-Trasfigurazzjoni. Meta g\u0127amlu din it-talba, probabilment f\u2019mo\u0127\u0127hom kien g\u0127ad g\u0127andhom id-dehra tal-glorja, u m\u2019a\u010b\u010bettawx il-kliem li kien qallhom \u0120esu\u2019 ftit qabel \u2013 li ried ibati u jmut qabel ma jer\u0121a jidher f\u2019dik il-glorja. Ma ridux ja\u010b\u010bettaw li biex tasal g\u0127al glorja trid bilfors tg\u0127addi mit-tbatija.<\/p>\n<p>Din il-\u0121rajja se\u0127\u0127et fi triqthom lejn \u0120erusalemm, fejn \u0120esu\u2019 kellu jbati, fejn in-nies riedu jonsbuh, b\u0127al Fari\u017cew li stiednu g\u0127all-ikla. Jista\u2019 jkun li fina hemm xi ftit minn din l-ipokrisija? A\u0127na l-\u0127in kollu nag\u0127mlu l-kompromessi f\u2019\u0127ajjitna. Il-Papa Fran\u0121isku ju\u017ca l-espressjoni \u201cx-xitan edukat\u201d &#8211; li jid\u0127ol fin fin, i\u0127abbat, jitolbok biex jg\u0127addi. Kultant, fis-suppervja tag\u0127na, na\u0127sbu li nistg\u0127u niqfulu, imma fil-ftit il ftit ikun qed imexxilna qalbna.<\/p>\n<p>Dan l-episodju \u0121ara wara t-tielet t\u0127abbira tal-Passjoni. L-attitudni ta\u2019 \u0120akbu u \u0120wanni hi materjali, tad-dinja. Ftit qabel, \u0120esu\u2019 kien qal lil Pietru \u201cxitan\u201d g\u0127ax kien qed ja\u0127seb bil-mentalita\u2019 tad-dinja u mhux t\u2019Alla.<\/p>\n<p>I\u017c-\u017cew\u0121 dixxipli g\u0127andhom dak li jissejja\u0127 \u201cselective hearing\u201d &#8211; nifhmu biss dak li jaqblilna. Fil-mentalita\u2019 tal-Lhud, is-saltna tfisser saltna temporali. Ma setg\u0127ux ji\u010b\u0127du il-kultura Lhudija tag\u0127hom. G\u0127alihom is-saltna kienet tfisser il-\u0127elsien mill-\u0127akma Rumana. Meta qed jaraw is-saltna f\u2019dan id-dawl, huma qed jitolbu postijiet fejn jistg\u0127u jaqsmu s-setg\u0127a. Ftit qabel, l-Appostli kienu qalg\u0127u \u010banfira o\u0127ra ming\u0127and \u0120esu\u2019, g\u0127ax fit-triq kienu qag\u0127du jiddiskutu min minnhom kien l-ikbar. It-twe\u0121iba ta\u2019 \u0120esu\u2019 kienet \u201cMin irid ikun l-ewwel irid ikun l-ilsir ta\u2019 kul\u0127add\u201d.<\/p>\n<p>Jista\u2019 jkun li din id-diskussjoni qanqlet lil \u0120akbu u l-\u0120wanni biex jitolbu dan il-privile\u0121\u0121. L-o\u0127rajn ma kinux inqas minnhom \u2013 irrabjaw g\u0127alihom \u2013 g\u0127aliex intom u mhux a\u0127na? L-Evan\u0121elista ma jg\u0127idilniex g\u0127aliex irrabjaw, imma b\u0127ala bnedmin nistg\u0127u nimma\u0121inaw. \u0120iethom l-g\u0127ira. It-talba saret ukoll b\u2019\u010berta arroganza: \u201cdak li ser nitolbuk irridu li ttihulna\u201d. Ju\u017caw l-imperattiv, nuqqas ta\u2019 umilta\u2019. L-ambizzjoni dejjem kienet fil-bniedem, illum forsi iktar minn qabel. L-egoi\u017cmu llum sar predominanti.<\/p>\n<p>Issa, minkejja li \u0120akbu u \u0120wanni donnhom ma fehmux dak li kien g\u0127adu kemm kellimhom fuqu \u0120esu\u2019, Hu juri li l-missjoni Tieg\u0127u hi dik li jg\u0127in lil bniedem jag\u0127raf lilu nnifsu, jag\u0127raf it-triq li twasslu g\u0127as-salvazzjoni, it-triq tas-sagrifi\u010b\u010bju. Allura jistaqsi \u201cG\u0127andkom \u0127ila tixorbu l-kal\u010bi li ser nixrob Jien, u titg\u0127ammdu bil-mag\u0127mudija li ser nitg\u0127ammed jien?\u201d. Forsi b\u2019\u010berta pre\u017cunzjoni jwie\u0121bu iva. \u0120esu\u2019 jurihom li l-kal\u010bi u l-mag\u0127mudija Tieg\u0127u g\u0127andha rabta mal-mewt Tieg\u0127u u dik tal-appostli stess. B\u2019dawn i\u017c-\u017cew\u0121 elementi, \u0120esu\u2019 qed juri li qed jie\u0127u fuqu d-dnubiet tad-dinja kollha, akkost li jtemm \u0127ajtu biex iwassal fi tmiemha l-missjoni li l-Missier fdalu f\u2019idejh.<\/p>\n<p>A\u0127na mo\u0127\u0127na fis-setg\u0127a, imma t-triq li g\u0127adda minnha \u0120esu\u2019 ma kinitx triq ta\u2019 tlellix, ta\u2019 xi karriera. San \u0120wann il-Battista kien qal \u201cDan hu l-\u0126aruf t\u2019Alla li jne\u0127\u0127i d-dnubiet tad-dinja\u201d.<\/p>\n<p>I\u017c-\u017cew\u0121 appostli ma fehmux il-kelma ta\u2019 \u0120esu\u2019 &#8211; inkella fehmuha kif jaqblilhom. Dan il-punt g\u0127andu jgielna nirriflettu. Il-pre\u017cunzjoni tidher kemm hi dg\u0127ajfa fit-tmiem ta\u2019 \u0127ajjitha. Meta raw il-gwaj, l-appostli kollha telqu, g\u0127alkemm wara sabu l-kura\u0121\u0121 li jaffrontaw anke l-mewt, meta fihom ni\u017cel l-Ispirtu s-Santu.<\/p>\n<p>A\u0127na wkoll ma nistg\u0127ux ng\u0127addu ming\u0127ajr l-Ispirtu t\u2019Alla. Kif qal il-Papa Fran\u0121isku, \u201cL-Ispirtu s-Santu hu l-\u0127mira li tg\u0127olli l-g\u0127a\u0121na \u2018l barra\u201d. Dak li \u0121ara lill-appostli ji\u0121ri lilna wkoll. Meta jibdew imexxuna r-ra\u0121unamenti umani, ikun \u201cix-xitan edukat\u201d li jbeg\u0127dna mill-\u0127ajja evan\u0121elika, u allura bejnietna jin\u0127oloq nuqqas ta\u2019 ftehim, \u0121lied, disgwid, et\u010b. Iktar minn qatt qabel qed insiru mg\u0127allmin tag\u0127na nfusna. Nippretendu li a\u0127na ndipendenti, li nistg\u0127u ng\u0127addu ming\u0127ajr it-tag\u0127lim tal-Knisja. Il-veru dixxiplu, anke jekk g\u0127andu xi po\u017cizzjoni g\u0127alja fis-so\u010bjeta\u2019, irid jibqa\u2019 dejjem wild Alla, dejjem Alla hu missieru. Infatti, fis-Sinodu dwar i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127, intqal li li\u017c-\u017cg\u0127ar hemm b\u017conn li ng\u0127allmuhom kif ikunu \u010bittadini tajbin, onesti, g\u0127ax dawn, meta jikbru, le\u0127inhom se j\u0127alli timbru fuq is-so\u010bjeta\u2019 &#8211; timbru ta\u2019 m\u0121ieba e\u017cemplari fid-dawl tal-Van\u0121elu, anke jekk dan jista\u2019 jiswa tbatija.<\/p>\n<p>Dan jorbot ma\u2019 dak li qal \u0120esu\u2019 lid-dixxipli Tieg\u0127u &#8211; \u201cTafu intom dawk in-nies li l-bnedmin jg\u0127odduhom b\u0127ala kapijiet ja\u0127kmu fuqhom u l-kbarat tag\u0127hom i\u0127addmu s-setg\u0127a tag\u0127homn fuqhom. Fostkom, imma, m\u2019g\u0127andux ikun hekk. Min irid ikun kbir irid ikun qaddej, min irid ikun l-ewwel, irid ikun ilsir, g\u0127ax anke Bin il-Bniedem ma \u0121iex biex ikun moqdi imma biex jaqdi u jag\u0127ti \u0127ajtu g\u0127all-kotra\u201d.<\/p>\n<p>\u0120esu\u2019 jrid jg\u0127id li l-kilba tas-setg\u0127a titwieled mall-bniedem. Hi tentazzjoni kbira. Irridu n\u0127addmu din is-setg\u0127a anke fi\u010b-\u010brieki \u017cg\u0127ar tag\u0127na \u2013 fil-familja, fil-parro\u010b\u010ba. F\u2019dak li nag\u0127mlu \u0127afna drabi jkun hemm element ta\u2019 arroganza. B\u2019hekk ji\u017cdied id-disgwid, l-g\u0127ira, t-tqassis. Bejnietna m\u2019g\u0127andux ikun hekk. Min g\u0127adnu l-poter, g\u0127adnu l-obbligu li j\u0127addmu, mhux g\u0127al vanta\u0121\u0121 tieg\u0127u, imma biex itejjeb il-kwalita\u2019 tal-\u0127ajja tas-so\u010bjeta\u2019. Meta a\u0127na nkunu egoisti, nkabbru fina l-indifferenza.<\/p>\n<p>Irridu nsaqsu lilna nfusna: l-im\u0127abba kif qed in\u0127addmuha? Hi superfi\u010bjali, nistennew \u0127las lura, jew hi altruista? Irridu nag\u0127tu bla ma nistennew xejn lura. Irridu nag\u0127tu l-\u0127in tag\u0127na, r-ri\u017corsi tag\u0127na. Il-\u0121id qieg\u0127ed hemm biex jintu\u017ca g\u0127all-o\u0127rajn.<\/p>\n<p>Il-laqg\u0127a g\u0127alqet bit-talba tal-Missierna \u2013 it-talba li tg\u0127inna ng\u0127elbu l-arroganza.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a bdiet bit-Talba tal-Moviment. Wara nqara l-Van\u0121elu tal-\u0126add, Mark 10: 35-45 \u2013 it-talba li \u0120akbu u \u0120wanni, ulied \u017bebedew, g\u0127amlu lil \u0120esu\u2019 &#8211; li wie\u0127ed joqg\u0127od fuq il-lemin u l-ie\u0127or <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":0,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[204],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5984"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5984"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5984\/revisions"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5984"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5984"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5984"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}