{"id":5991,"date":"2018-11-02T18:40:39","date_gmt":"2018-11-02T17:40:39","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/prayer-cafe-il-parabbola-tal-iben-il-hali-tahdita-minn-fr-charles-tonna-il-gimgha-26-tottubru-2018\/"},"modified":"2018-11-02T18:41:50","modified_gmt":"2018-11-02T17:41:50","slug":"prayer-cafe-il-parabbola-tal-iben-il-hali-tahdita-minn-fr-charles-tonna-il-gimgha-26-tottubru-2018","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/prayer-cafe-il-parabbola-tal-iben-il-hali-tahdita-minn-fr-charles-tonna-il-gimgha-26-tottubru-2018\/","title":{"rendered":"Prayer Caf\u00e8: IL-PARABBOLA TAL-IBEN IL-\u0126ALI &#8211;  ta\u0127dita minn Fr. Charles Tonna, il-\u0120img\u0127a 26 t\u2019Ottubru 2018."},"content":{"rendered":"<p>Fil-bidu tat-ta\u0127dita tieg\u0127u, il-kelliem qal li jixtieq li r-ri\u017cultat ta&#8217; din il-laqg\u0127a jkun li nisimg\u0127u tajjeb il-Kelma t&#8217;Alla. Jekk tisma&#8217; din il-kelma sew, din ser tolqtok \u017cgur. \u0126afna drabi l-Kelma t&#8217;Alla nisimg\u0127uha u ttir mar-ri\u0127, b\u0127all-parabbola ta\u017c-\u017cerrieg\u0127a. Il-Kelma t&#8217;Alla trid tag\u0127mel il-frott, g\u0127ax hija \u0127ajja. Il-Kelma t&#8217;Alla trid tkun akkumpanjata mill-fidi. Il-Kelma t&#8217;Alla ddawwalna fi\u010b-\u010birkustanzi kollha tal-\u0127ajja tag\u0127na.<\/p>\n<p>Il-Parabbola tal-Iben il-\u0126ali nsibuha f&#8217;kapitlu 15 ta&#8217; San Luqa. Qabilha hemm il-Parabbola tar-Rag\u0127aj li jitlef nag\u0127a\u0121a, u l-o\u0127ra tal-mara li tilfet drakma. Dawn il-Parabboli, \u0120esu&#8217; qalhom g\u0127ax kien attakkat mill-Fari\u017cej. Dawn kienu jimxu e\u017catt mal-Li\u0121i, imma \u0127afna drabi g\u0127emilhom kien differenti \u0127afna minn dak li kienu jemmnu fih. Kristu qal &#8220;Ag\u0127mlu dak li\u00a0 jg\u0127idulkom tag\u0127mlu, imma tag\u0127mlux b\u0127alhom.&#8221; Wa\u0127da mill-akku\u017ci tag\u0127hom kienet li \u0120esu&#8217; kien jag\u0127milha ma&#8217; kul\u0127add &#8211; pubblikani, midinbin. Sa\u0127ansitra kien jiekol g\u0127andhom. G\u0127alhekk qalilhom din il-parabbola.<\/p>\n<p>\u0126afna drabi a\u0127na, fil-\u0127ajja, n\u0127arsu mit-tieqa &#8216;l barra &#8211; ni\u0121\u0121udikaw, nitkellmu fuq l-o\u0127rajn. In\u0127arsu barra minna nfusna. A\u0127na rridu n\u0127arsu lejn il-mera &#8211; il-mera tg\u0127idlek min int.<\/p>\n<p>L-iktar li jispikkaw f&#8217;din il-parabbola huma l-ma\u0127fra, il-\u0127niena u l-im\u0127abba. Hawnhekk inqrat il-Parabbola tal-Iben il-\u0126ali. Din hi wa\u0127da mill-isba\u0127 parabboli. Hemm xi 36 parabboli kbar u o\u0127rajn qosra &#8211; 52 b&#8217;kollox. L-iktar li naraw f&#8217;din il-parabbola hi l-figura tal-missier &#8211; tilef lill-ibnu u re\u0121a&#8217; laqg\u0127u g\u0127andu. Fil-fatt din il-parabbola \u0121ieli tissejja\u0127 il-Parabbola tal-Missier \u0126anin.<\/p>\n<p>Hawn bdiet l-ispjega tal-parabbola. Proprjament, il-missier ma setg\u0127ax jiddisponi mill-wirt qabel mewtu. Dak i\u017c-\u017cmien, l-iben il-kbir kien jie\u0127u \u017cew\u0121 terzi tal-wirt. I\u017c-\u017cg\u0127ir suppost li ma setg\u0127ax jiddisponi mill-wirt qabel ma jmut missieru. Meta l-parabbola tg\u0127idilna li sarr kollox, probabli li bieg\u0127 li kellu biex ikollu l-flus f&#8217;idejh. X&#8217;aktarx li dan l-iben ma kienx mi\u017c\u017cewwe\u0121, u g\u0127a\u017cel li jmur f&#8217;pajji\u017c barra l-Palestina, fejn ma kienx hemm dawk ir-regolamenti reli\u0121ju\u017ci &#8211; biex ikun liberu.<\/p>\n<p>Meta spi\u010b\u010baw il-flus u l-\u0127bieb, kellu jmur jirg\u0127a l-q\u017cieqes &#8211; l-iktar xog\u0127ol degradanti. Din hi \u0127afna drabi l-istorja tag\u0127na &#8211; l-istorja tal-midneb. Nag\u0127\u017clu li nitilqu minn dar Missierna. Dan hu l-i\u017cball tal-lum &#8211; tlifna l-qalb. A\u0127jar ma jkollok xejn u jkollok l-im\u0127abba, s-sempli\u010bita&#8217; u l-mog\u0127drija.<\/p>\n<p><img decoding=\"async\" loading=\"lazy\" class=\"alignleft wp-image-5989 size-medium\" src=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/Rembrandt_Harmensz._van_Rijn_-_The_Return_of_the_Prodigal_Sonsm-234x300.jpg\" alt=\"\" width=\"234\" height=\"300\" srcset=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/Rembrandt_Harmensz._van_Rijn_-_The_Return_of_the_Prodigal_Sonsm-234x300.jpg 234w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/Rembrandt_Harmensz._van_Rijn_-_The_Return_of_the_Prodigal_Sonsm.jpg 500w\" sizes=\"(max-width: 234px) 100vw, 234px\" \/>Meta ra l-i\u017cball tieg\u0127u, l-iben re\u0121a&#8217; lura g\u0127and missieru. Tant kien niedem &#8211; hu kien jaf li issa m&#8217;g\u0127andu dritt g\u0127al xejn &#8211; li qal &#8220;immur g\u0127and missieri mqar b\u0127ala lavrant&#8221;. Imma meta wasal, il-missier \u0121era biex jiltaqa&#8217; mieg\u0127u, g\u0127annqu u biesu &#8211; is-sinjal tal-ma\u0127fra. Missieru ma staqsieh xejn, imma tah tlett affarijiet: <strong>l-isba\u0127 libsa<\/strong>, li tfisser il-\u0121ieh li hu ried li jer\u0121a jag\u0127tih, sinjal ta&#8217; distinzzjoni g\u0127olja. Libsa \u0121dida tfisser \u0127ajja \u0121dida &#8211; l-iben hu l-mistieden tal-unur, re\u0121a&#8217; \u0121ie mpo\u0121\u0121i fl-istess grad li kellu qabel; <strong>i\u010b-\u010burkett<\/strong>, li kien ifisser awtorita&#8217; fil-familja li l-missier kein re\u0121a&#8217; tah;<strong> is-sandli<\/strong>, li jfisser il-\u0127elsien, il-liberta&#8217;. Mhux dan biss, imma g\u0127amillu festa kbira &#8211; l-g\u0127o\u0121ol imsemmen.<\/p>\n<p>Fl-a\u0127\u0127ar ji\u0121i l-iben il-kbir. Meta ra x&#8217;kien \u0121ara&#8217;, m&#8217;a\u010b\u010bettax li jid\u0127ol &#8211; baqa&#8217; barra. Meta jkellem il-missieru ma jg\u0127idlux &#8220;hija&#8221; imma &#8220;dak ibnek&#8221;. Tant kien irrabjat li beda jakku\u017ca li\u017c-\u017cg\u0127ir b&#8217;dak li kien g\u0127amel. It-tnejn naqsu &#8211; i\u017c-\u017cg\u0127ir telaq minn dar missieru u g\u0127ex \u0127ajja mtajjra, u l-kbir m&#8217;g\u0127arafx jirrikon\u010bilja ru\u0127u, la ma&#8217; \u0127uh, u lanqas ma&#8217; missieru.<\/p>\n<p>It-tag\u0127lima prin\u010bipali ta&#8217; din il-parabbola hi l-ma\u0127fra. Mhix \u0127a\u0121a fa\u010bli. Ta\u0127fer g\u0127ax tkun dg\u0127ajjef? Fil-Missierna ng\u0127idu &#8221; a\u0127frilna dnubietna kif a\u0127na na\u0127fru lil min hu \u0127ati g\u0127alina&#8221;. Mhux a\u0127jar ta\u0127fer u tag\u0127der milli tikkundanna? Billi tikkundanna x&#8217;ser tie\u0127u? F&#8217;San Mattew insibu sentenza: &#8221; Jekk intom ta\u0127fru lil \u0127utkom, Missierkom li hu fis-smewwiet ja\u0127fer lilkom ukoll, imma jekk ma ta\u0127frux lil \u0127utkom, lanqas Missierkom ma ja\u0127frilkom&#8221;. &#8211; kliem iebes! G\u0127aliex ta\u0127fer? Kristu \u0127afer sal-a\u0127\u0127ar. Il-ma\u0127fra \u0121\u0121ib ir-rikon\u010biljazzjoni u l-pa\u010bi tal-qalb.<\/p>\n<p>Il-Missier fil-parabbola hu Alla, li jie\u0127u \u0127siebna u jfittixna, g\u0127ax Hu ma jrid lil \u0127add jintilef. Alla jg\u0127inna biex in\u0127obbu u na\u0127fru iktar. Alla ma jridx distinzzjoni. Alla ja\u0127fer lil kul\u0127add &#8211; jibg\u0127at ix-xemx u x-xita fuq it-tajbin u fuq dawk li m&#8217;humiex. &#8220;Jien ma \u0121ejtx g\u0127al min hu b&#8217;sa\u0127\u0127tu, imma g\u0127al morda biex infejjaqhom&#8221;.<\/p>\n<p>F&#8217;dawn i\u017c-\u017cew\u0121t a\u0127wa nsibu li wie\u0127ed kien ma&#8217; missieru, telaq u re\u0121a&#8217; lura, filwaqt li l-kbir, g\u0127alkemm kien dejjem ma&#8217; missieru, fl-a\u0127\u0127ar qisu nfired minnu. Din il-parabbola ma fihiex konku\u017c\u017cjoni &#8211; ma tg\u0127idilniex jekk kienx hemm rikon\u010biljazzjoni. A\u0127na nafu li Alla hu m\u0127abba, Alla hu \u0127anin u ja\u0127frilna. \u0126afna drabi a\u0127na nippruvaw insibu l-kuntentizza f&#8217;affarijiet o\u0127ra, anke jekk forsi jistg\u0127u jkunu tajbin. Ma rridux pero&#8217; li dan il-\u0121id isir il-programm ta&#8217; \u0127ajjitna, u lil Alla ntuh bi\u010b\u010ba \u017cg\u0127ira, jekk intuh! Illum il-bniedem jg\u0127ix ming\u0127ajr Alla. Lanqas g\u0127adu fil-vokabularju ta&#8217; \u0127afna nies. Meta l-bniedem jitbieg\u0127ed minn Alla, jin\u017cel fil-mi\u017cerja.<\/p>\n<p>Din il-parabbola turina li Alla, lil kul\u0127add, xi \u0127in jew ie\u0127or, jag\u0127tih i\u010b-\u010bans li jinduna bl-i\u017cball tieg\u0127u. Nindunaw li nistg\u0127u nersqu vi\u010bin Tieg\u0127u. Lil ibnu, il-missier mhux biss ma staqsieh xejn, imma laqg\u0127u u re\u0121a&#8217; tah il-post li kellu qabel. G\u0127amillu festa kbira. Din hi l-im\u0127abba t&#8217;Alla, g\u0127alhekk i\u0121ieg\u0127lek ta\u0127fer.<\/p>\n<p>L-iben i\u017c-\u017cg\u0127ir gerfex u \u0127awwad, imma nidem. Il-kbir baqa&#8217; iebes. Mhux biss ma rrispettax lil \u0127uh, i\u017cda lanqas lil missieru.<\/p>\n<p>A\u0127na lkoll g\u0127andna npo\u0121\u0121u lilna nfusna f&#8217;din il-parabbola. Nitolbu lil Mulej biex inkunu nies ta&#8217; \u0127niena u ma\u0127fra. Il-Papa Fran\u0121isku dejjem i\u0127e\u0121\u0121e\u0121 fuq il-\u0127niena. Nippruvaw dejjen li nag\u0127mlu pa\u010bi m&#8217;Alla u mal-o\u0127rajn.<\/p>\n<p>Il-Van\u0121elu ta&#8217; San Luqa jissejja\u0127 ukoll il-Van\u0121elu tal-\u0126niena, g\u0127ax g\u0127andu \u0127afna rakkonti ta&#8217; ma\u0127fra u \u0127niena, b\u0127al l-istorja ta&#8217; \u017bakkew.<\/p>\n<p>Li titlob ma\u0127fra trid \u010bertu umilta&#8217;. Santu Wistin jg\u0127id &#8220;\u0126obb, u tista&#8217; tag\u0127mel kollox&#8221;<\/p>\n<p><strong>Min veru j\u0127obb, ja\u0127fer.<\/strong><\/p>\n<p><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<p>Il-laqg\u0127a g\u0127alqet bit-talba tal-Missierna.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Fil-bidu tat-ta\u0127dita tieg\u0127u, il-kelliem qal li jixtieq li r-ri\u017cultat ta&#8217; din il-laqg\u0127a jkun li nisimg\u0127u tajjeb il-Kelma t&#8217;Alla. Jekk tisma&#8217; din il-kelma sew, din ser tolqtok \u017cgur. \u0126afna drabi l-Kelma <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":5988,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[217,204,100],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5991"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5991"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5991\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5992,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5991\/revisions\/5992"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/5988"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5991"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5991"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5991"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}