{"id":5996,"date":"2018-11-04T14:35:44","date_gmt":"2018-11-04T13:35:44","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/prayer-cafe-il-qari-tal-iskrittura-mqaddsa-tahdita-minn-fr-joseph-agius-il-gimgha-12-tottubru-2018\/"},"modified":"2018-11-04T14:39:36","modified_gmt":"2018-11-04T13:39:36","slug":"prayer-cafe-il-qari-tal-iskrittura-mqaddsa-tahdita-minn-fr-joseph-agius-il-gimgha-12-tottubru-2018","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/prayer-cafe-il-qari-tal-iskrittura-mqaddsa-tahdita-minn-fr-joseph-agius-il-gimgha-12-tottubru-2018\/","title":{"rendered":"Prayer Caf\u00e8: IL-QARI TAL-ISKRITTURA MQADDSA &#8211; ta\u0127dita minn Fr. Joseph Agius, il-\u0120img\u0127a 12 t\u2019Ottubru 2018."},"content":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a bdiet bit-Talba tal-Moviment.<\/p>\n<p>Imbag\u0127ad sar indirizz mill-President Bernice Micallef, li ntrodu\u010biet it-tema g\u0127al din is-sena. Din hi me\u0127uda mill-Ittra ta&#8217; San Pawl lill-Galatin &#8211; &#8220;Il-Van\u0121elu li \u0127abbartilkom jien m&#8217;huwiex il-van\u0121elu tal-bnedmin, g\u0127ax jien mhux ming\u0127and il-bnedmin ir\u010bevejtu, imma kien irrevelat lili minn \u0120esu&#8217; Kristu&#8221;. Matul din-is-sena ser nisimg\u0127u din is-sentenza: &#8220;Li kont g\u0127adni nfittex li nog\u0127\u0121ob lill-bnedmin ma kontx inkun qaddej ta&#8217; Kristu&#8221;. Il-missjoni tal-Moviment hi x-xandir tal-Kelma t&#8217;Alla. Irridu nimxu fuq il-passi ta&#8217; Kristu. Irridu nersqu lejn il-Mulej sabiex nistiednuh ji\u0121i g\u0127andna.<\/p>\n<p>L-g\u0127an ta din it-ta\u0127dita hu l-qari u l-u\u017cu tal-Kotba Mqaddsa. Il-Knisja tu\u017ca l-Kotba Mqaddsa fi\u010b-\u010belebrazzjonijiet litur\u0121i\u010bi tag\u0127ha. T\u0127e\u0121\u0121e\u0121 anke lill-fidili biex jaqrawhom u jirriflettu fuq it-test bibliku. L-iskop ta&#8217; dan hi li ssa\u0127\u0127a\u0127 il-fidi tag\u0127hom u l-fidili jimxu &#8216;l quddiem fit-triq tal-ispiritwalita&#8217; nisranija.<\/p>\n<p>Pero&#8217; hemm xi diffikultajiet. Hemm xi testi li diffi\u010bli wie\u0127ed jifhimhom. Per e\u017cempju, mhux fa\u010bli dejjem tifhem id-dettalji kollha li jid\u0127ol fihom San Pawl. Hemm testi o\u0127ra, fit-Testment il-Qadim, li meta tismag\u0127hom, ma tantx jedifikawk: rakkonti ta&#8217; gwerer, tixrid ta&#8217; demm. Hemm imbag\u0127ad testi li jirrakkuntaw \u0121rajjiet li forsi a\u0127na n\u0127ossuna &#8216;l bog\u0127od minnhom, spe\u010bjalment fit-Testment il-Qadim &#8211; l-istorja ta&#8217; I\u017crael.<\/p>\n<p>Veru li hemm \u0127afna testi li jolqtuna po\u017cittivament, spe\u010bjalment fil-Van\u0121elu: il-Parabboli u d-diskors ta&#8217; Kristu. Ma tantx insibu diffikulta&#8217; biex nifhmuhom. Hemm xi testi, pero&#8217;, li l-Knisja ma tu\u017cahomx fil-litur\u0121ija tag\u0127ha min\u0127abba li jista&#8217; jkun li dawn i\u0127allu xi mpressjoni negattiva fuq il-fidili.<\/p>\n<p>Il-Knisja tag\u0127ti sehem importanti l-u\u017cu tal Kotba Mqaddsa, kemm fil-litur\u0121ija, kif ukoll g\u0127all-u\u017cu privat, ji\u0121ifieri t\u0127e\u0121\u0121e\u0121 li naqraw u nirriflettu fuq dak li nkunu qrajna.<\/p>\n<p>G\u0127aliex il-Knisja temmen li l-Kotba Mqaddsa huma ispirati, ji\u0121ifieri li huma l-Kelma t&#8217;Alla? Il-kittieba kitbu skond kif riedhom jiktbu Alla, g\u0127alhekk dak li kitbu hi l-Kelma t&#8217;Alla.<\/p>\n<p>Kif naf li l-Kotba Mqaddsa huma ispirati? Fil-bi\u010b\u010ba l-kbira ma nafux min kienu l-kittieba tat-Testment il-Qadim, u sa \u010bertu punt anki dawk tat-Testment il-\u0120did, g\u0127aliex g\u0127alkemm l-ittri li nattribwixxu lil San Pawl probabbilment inkitbu minnu, hemm xi dubbji dwar ftit minnhom, per e\u017cempju, l-Ittra lil-Lhud. Il-Van\u0121eli ma waslulniex fil-ver\u017cjoni ori\u0121inali tag\u0127hom, imma \u0121ew irrakkuntati minn \u0127addie\u0127or, ji\u0121ifieri l-ver\u017cjoni li waslitilna mhix ne\u010bessarjament il-ver\u017cjoni li kitbu l-Evan\u0121elisti. Meta wie\u0127ed jikkunsidra l-awtur, mhux bilfors jasal g\u0127all-konklu\u017c\u017cjoni li l-Ktieb hu ispirat, lanqas meta wie\u0127ed jikkunsidra l-kontenut tal-ktieb. A\u0127na nafu bl-ispirazzjoni ta&#8217; dawn il-Kotba mit-Tradizzjoni tal-Knisja, ji\u0121ifieri l-Knisja, fit-tradizzjoni tag\u0127ha, \u017c\u017comm dawn il-kotba b\u0127ala l-Kotba Ispirati. Dan ifisser li jekk wie\u0127ed m&#8217;huwix fit-tradizzjoni tal-Knisja, mhux probabbli li ser ja\u010b\u010betta li dawn il-kotba huma ispirati, li wara dawn il-kotba hemm l-awtorita&#8217; t&#8217;Alla. Na\u010b\u010bettaw li huma ispirati g\u0127ax nemmnu fit-tradizzjoni tal-Knisja.<\/p>\n<p>Kif qal il-Papa Benedittu XVI, m&#8217;g\u0127andniex nillimitaw il-Kelma t&#8217;Alla esklussivament g\u0127at-test bibliku. Fl-e\u017cortazzjoni appostolika tieg\u0127u jinsisti li l-Kelma t&#8217;Alla tippre\u010bedi l-Kotba Mqaddsa u fl-istess \u0127in te\u010b\u010bedi l-Kotba Mqaddsa. Xi tfisser tippre\u010bedi? Per e\u017cempju, dak li hemm fil-Van\u0121elu, qabel ma nkiteb, kien ippriedkat. Kristu bag\u0127at lill-appostli biex jippriedkaw. U dawn x&#8217;ippriedkaw? Dak li kien g\u0127amel u qal Kristu. U hekk in\u0127olqot tradizzjoni fuq dak li kien g\u0127amel u g\u0127allem Kristu. Dan inkiteb wara, u g\u0127alhekk il-Kelma t&#8217;Alla tippre\u010bedi t-test bibliku. Imma mhux hekk biss. It-tradizzjoni tal-Knisja kompliet tu\u017ca dak li kien inkiteb, kompliet tispjegah, u kompliet tapplikah g\u0127all-\u0127ajja tal-insara. Papa Benedittu jg\u0127id li r-reli\u0121jon nisranija mhix ir-reli\u0121jon tal-ktieb, imma r-reli\u0121jon tal-Kelma t&#8217;Alla, li nsibuha fl-Iskrittura u fit-Tradizzjoni. Biex nifhmu l-Kelma t&#8217;Alla rridu ninkwadraw it-test bibliku fil-kuntest tat-tradizzjoni tal-Knisja.<\/p>\n<p>Jekk il-Kotba Mqaddsa g\u0127anhom warajhom l-awtorita&#8217; t&#8217;Alla, dan ifisser li, permezz tal-Iskrittura, Alla jrid iwassal lill-bniedem il-verita&#8217; &#8211; dik il-verita&#8217; li hi ne\u010bessarja g\u0127as-salvazzjoni tag\u0127na. Meta l-profeti tkellmu, ma riedux jg\u0127allmu kif iduru x-xemx u l-qamar, ji\u0121ifier li, g\u0127alkemm hemm xi elementi xjentifi\u010bi, l-iskop prin\u010bipali tal-verita&#8217; li Alla ried iwassal lill-bniedem permezz tal-Kotba Mqaddsa hi dik li hi ne\u010bessarja g\u0127as-salvazzjoni tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Din il-verita&#8217;, Alla, kieku ried, seta&#8217; jg\u0127arrafilna mill-bidu &#8211; il-progress tar-rivelazzjoni. Sirna nafuha fit-totalita&#8217; tag\u0127ha bil-mod il-mod. U sirna nafu l-a\u0127\u0127ar kelma dwar il-verita&#8217; li twassal g\u0127as-salvazzjoni tag\u0127na fil-missjoni ta&#8217; Kristu u mill-Appostlili li, bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, \u0127ar\u0121u jippriedkaw din il-verita&#8217;.<\/p>\n<p>It-test bibliku, spe\u010bjalment it-Testment il-Qadim, jirrifletti l-istadji kollha tal-progress tar-Rivelazzjoni e.\u0121. il-kun\u010bett tas-salvazzjoni fit-Testment il-Qadim hu differenti \u0127afna minn dak li nsibu fit-Testment il-\u0120did. Is-salvazzjoni li jitkellmu fuqha l-profeti \u0127afna drabi hi wa\u0127da ta&#8217; natura so\u010bjali jew politika. Is-salvazzjoni kif nifhmuha a\u0127na &#8211; il-\u0127elsien mill-jasar tad-dnub &#8211; nafhuha permezz ta&#8217; Kristu.<\/p>\n<p>Il-Kotba tat-Testment il-Qadim jinjoraw kompletament l-ideja ta&#8217; \u0127ajja o\u0127ra wara din. Din l-ideja \u0121iet rivelata lejn it-tmiem tat-Testment il-Qadim. Anke fit-Testment il-\u0120did u fl-Atti tal-Appostli, kien hemm min din l-ideja ta&#8217; \u0127ajja o\u0127ra ma kienx ja\u010b\u010bettaha. A\u0127na nemmnuha g\u0127ax proprju \u010b-\u010bentru tal-fidi tag\u0127na hu l-Qawmien mill-mewt ta&#8217; Kristu u tag\u0127na lkoll.<\/p>\n<p>It-test bibliku mhux biss jirrifletti l-progress tar-Rivelazzjoni, imma anke l-mod kif il-bniedem g\u0127andu j\u0121ib ru\u0127u fil-\u0127ajja tieg\u0127u. Per e\u017cempju, fid-Diskors tal-Muntanja, Kristu ppropona idejat ta&#8217; kif g\u0127andu j\u0121ib ru\u0127u l-bniedem differenti \u0127afna mill-idejat li kienu bba\u017cati fuq il-Li\u0121i ta&#8217; Mose&#8217;. \u0120esu&#8217; kellu stima kbira lejn il-Li\u0121i ta&#8217; Mose&#8217;, u lejn il-mod kif kienu jg\u0127allmuha l-Fari\u017cej. Fil-prattika, \u0120esu&#8217; qag\u0127ad g\u0127al dak kollu li kienet tobbligah il-Li\u0121i ta&#8217; Mose&#8217;. Biss kien hemm numru ta&#8217; li\u0121ijiet o\u0127ra li kienu jippermettu lill-komunita&#8217; jag\u0127mlu \u010berti affarijiet, b\u0127al g\u0127ajn g\u0127al g\u0127ajn u sinna g\u0127al sinna, lil min joffendik tista&#8217; tpattihilu. Fuq dawn \u0120esu&#8217; kien qal lid-dixxipli: &#8220;Tapprofitawx ru\u0127kom minn dak li tippermetti l-li\u0121i, imma kunu aqwa mill-pagani&#8221;.<\/p>\n<p>Meta naqraw l-Iskrittura, l-ewwel nett irridu nippruvaw nifhmu xi jrid jg\u0127id l-awtur, u meta ma nifhmux nitoblu l-g\u0127ajnuna. Meta nifhmu t-test, spe\u010bjalment it-Testment il-Qadim, irridu noqog\u0127du attenti li naraw dak it-test fil-kuntest tal-progress tar-Rivelazzjoni, li l-milja tag\u0127ha hi s-salvazzjoni. Dak kollu li ntqal fit-Testment il-Qadim g\u0127andu sens nisrani. <strong>Dak kollu li g\u0127adda l-poplu t&#8217;Alla dak i\u017c-\u017cmien Alla riedu b\u0127ala realizzazzjoni progressiva tal-Pjan tas-Salvazzjoni, li kellu jse\u0127\u0127 fil-\u0121rajja tas-salib u l-qabar vojt. <\/strong><\/p>\n<p>Allura nistg\u0127u ng\u0127idu li l-miissjoni ta&#8217; Kristu kienet di\u0121a&#8217; pre\u017centi f&#8217;dawk il-\u0121rajjiet. G\u0127alhekk l-istorja tal-poplu t&#8217;Alla fit-Testment il-Qadim nistg\u0127u nikkunsidrawha l-istorja tag\u0127na lkoll.<\/p>\n<p>A\u0127na g\u0127andna b\u017conn min jispjegalna l-Kelma t&#8217;Alla, b\u0127ama kellhom b\u017conn Nikodemu, id-dixxipli ta&#8217; Emmaus, u l-Appostli. Issa jekk dawn li kienu ferm eqreb minna lejn it-test tat-Testment il-Qadim bilkemm setg\u0127u jifhmuh, a\u0127seb u ara a\u0127na li qeg\u0127din imbieg\u0127dein mit-test bibliku aktar minn elfejn sena! M&#8217;g\u0127andniex nippretendu li nifhmuh ming\u0127ajr l-g\u0127ajnuna ta&#8217; xi \u0127add.<\/p>\n<p>Il-laqg\u0127a g\u0127alqet bit-talba tal-Missierna.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a bdiet bit-Talba tal-Moviment. Imbag\u0127ad sar indirizz mill-President Bernice Micallef, li ntrodu\u010biet it-tema g\u0127al din is-sena. Din hi me\u0127uda mill-Ittra ta&#8217; San Pawl lill-Galatin &#8211; &#8220;Il-Van\u0121elu li \u0127abbartilkom jien m&#8217;huwiex <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":5994,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[204],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5996"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5996"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5996\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5997,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5996\/revisions\/5997"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/5994"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5996"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5996"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5996"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}