{"id":6001,"date":"2018-11-10T15:39:43","date_gmt":"2018-11-10T14:39:43","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/l-umilta-tahdita-mis-sur-john-seguna-il-gimgha-2-ta-novembru-2018\/"},"modified":"2018-11-10T15:43:49","modified_gmt":"2018-11-10T14:43:49","slug":"l-umilta-tahdita-mis-sur-john-seguna-il-gimgha-2-ta-novembru-2018","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/l-umilta-tahdita-mis-sur-john-seguna-il-gimgha-2-ta-novembru-2018\/","title":{"rendered":"Prayer Caf\u00e8: L-UMILTA&#8217; &#8211; ta\u0127dita mis-sur John Seguna, il-\u0120img\u0127a 2 ta\u2019 Novembru, 2018."},"content":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a bdiet bit-Talba tal-Moviment. Wara, peress li ninsabu fil-xahar tal-mejtin, saret talba g\u0127alihom.<\/p>\n<p>Qabel ma&#8217; ttratta s-su\u0121\u0121ett tal-lum, il-kelliem g\u0127amel \u0127sieb fuq <strong>il-Quddiesa<\/strong>.<\/p>\n<p><strong>Il-Quddiesa<\/strong> twaqqfet fl-A\u0127\u0127ar \u010aena, meta \u0120esu&#8217; \u0127allielna l-Ewkaristija u ta pass g\u0127as-sa\u010berdozju. San Alfons jg\u0127id li l-quddiesa hi l-aktar \u0127a\u0121a qaddisa li tog\u0127\u0121ob lil Alla &#8211; il-mod l-iktar qawwi biex ittaffi l-korla Divina g\u0127all-midinbin u l-mod \u017cgur biex tra\u017c\u017can il-qawwa tal-infern L-akbar \u0121id g\u0127all-bniedem u l-aqwa suffra\u0121ju g\u0127all-erwie\u0127 tal-purgatorju hu t-te\u017cor bla tmiem li \u0120esu&#8217; g\u0127o\u0121bu j\u0127allilna b\u0127ala tifkira g\u0127a\u017ci\u017ca Tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Santa Tere\u017ca. waqt estasi, staqsiet kif tista&#8217; tog\u0127\u0121ob lil Alla, u t-twe\u0121iba kienet &#8220;Attendi g\u0127all-quddiesa&#8221;. Illum, l-attendenza g\u0127all-quddies naqset, u anke meta nattendu, nag\u0127mlu hekk b\u0127ala drawwa. Immorru l-\u0126add g\u0127ax inkella nag\u0127mlu dnub mejjet, allura mmorru b&#8217;obbligu.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andux ikun hekk. <strong>Il-quddiesa hi l-laqg\u0127a tag\u0127na m&#8217;Alla. <\/strong>Fost il-\u0121img\u0127a tmur g\u0127ax trid int, u g\u0127alhekk g\u0127andha mertu kbir. Fil-quddiesa jse\u0127\u0127 is-sagrifi\u010b\u010bju ta&#8217; Kristu mill-bidu sal-a\u0127\u0127ar. Il-quddiesa llum \u0121ibniha qisa bla ebda sinifikat. Fil-quddiesa tisma&#8217; l-Kelma t&#8217;Alla, u meta to\u0127ro\u0121 barra, hemmhekk tibda l-quddiesa tieg\u0127ek. Jekk dak li smajt ma jibdillek xejn f&#8217;\u0127ajtek, allura g\u0127andek problema. Il-quddiesa ma tibdlekx mil-lum g\u0127al g\u0127ada, imma bi\u017c-\u017cmien, meta te\u0127odha bis-serjeta&#8217;.<\/p>\n<p>Meta tmur il-quddies, tpatti g\u0127ad-dnubiet i\u017cjed milli tag\u0127mel penitenza \u0127arxa. Il-talb personali huwa mportanti, imma l-i\u017cjed talba perfetta tibqa&#8217; il-quddiesa, g\u0127ax fiha \u0120esu&#8217; jag\u0127tik sehem mill-merti Tieg\u0127u. \u0120esu Kristu jitlob g\u0127alik bl-istess \u0127e\u0121\u0121a li biha talab fuq is-salib g\u0127all-g\u0127edewwa Tieg\u0127u. Il-pjagi mqaddsa Tieg\u0127u jitolbu ma\u0127fra g\u0127al dnubietek bis-sa\u0127\u0127a tat-talb ta&#8217; \u0120esu&#8217;. Fil-quddiesa ning\u0127aqdu mal-Iben t&#8217;Alla biex Bih u Fih nitilg\u0127u g\u0127and il-Missier. Dak ifisser meta jg\u0127id <strong>&#8220;Jien it-Triq, is-Sewwa u l-\u0126ajja&#8221;.<\/strong><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p><strong>L-UMILTA&#8217;<\/strong><\/p>\n<p>Il-Kmandamenti, il-Beatudnijiet, u l-Bibbja kollha jduru fuq l-umilta&#8217;. Id-dnub ta&#8217; Adam u Eva kien li ma kinux umli &#8211; il-Bibbja kollha hi dwar l-umilta&#8217; t&#8217;Alla u l-kburija tal-bniedem &#8211; mill-bidu sal-a\u0127\u0127ar.<\/p>\n<p><strong><div class=\"creativ-shortcode creativ-shortcode-pullleft creativ-shortcode-pullleft-colour-red\">The minute you think you've got it, you've lost it<\/div>&#8220;The minute you think you&#8217;ve got it, you&#8217;ve lost it&#8221;.<\/strong> Jekk tg\u0127id jien umli, di\u0121a&#8217; inti m&#8217;intix. L-umli qatt ma jg\u0127id li hu umli. Ma jfissirx li ma tag\u0127rafx il-qawwiet tieg\u0127ek, imma mhux li titkessa\u0127 bihom. Il-qawwiet tieg\u0127ek qeg\u0127din hemm biex tg\u0127in lil \u0127addie\u0127or.<\/p>\n<p>Fid-dinja kul\u0127add huwa ndaqs. \u0126add mhu a\u0127jar minn \u0127add. A\u0127na lkoll ma\u0127luqin fuq ix-xbiha t&#8217;Alla. Kristu xerred demmu g\u0127al kul\u0127add. Fir-rakkont tal-Fari\u017cew u l-Pubblikan, \u0120esu&#8217; jg\u0127id &#8220;Tal-a\u0127\u0127ar hu \u0121\u0121ustifikat i\u017cjed mill-ewwel wie\u0127ed&#8221;.<\/p>\n<p>Ma nistg\u0127ux inkejlu l-umilta&#8217; tag\u0127na, lanqas tal-qaddisin, mal-umilta&#8217; t&#8217;Alla. Fil-\u0127asil tas-saqajn, \u0120esu&#8217; juri l-umilta&#8217; kollha. L-Iben t&#8217;Alla, li kien jaf li \u0127a jag\u0127ti \u0127ajtu, ni\u017cel ja\u0127sel ri\u0121lejn l-appostli. Hawn Kristu jg\u0127allimna li i\u017cjed ma Alla jtik talenti, i\u017cjed g\u0127andek tbaxxi ru\u0127ek, g\u0127ax dawn Alla tahomlok biex tg\u0127in lil \u0127addie\u0127or.<\/p>\n<p><strong><div class=\"creativ-shortcode creativ-shortcode-pullright creativ-shortcode-pullright-colour-red\">It was pride that changed angels into devils. It is humility that makes men as angels<\/div>&#8220;It was pride that changed angels into devils. It is humility that makes men as angels&#8221;.<\/strong> Biex tkun qaddis trid til\u0127aq \u010bertu umilta&#8217;. L-umilta&#8217; mhix li tkasbar is-sa\u0127\u0127a tieg\u0127ek, imma li ta\u010b\u010betta d-djufija tieg\u0127ek.<\/p>\n<p>Illum, \u0127afna drabi, nitkejlu mag\u0127na nfusna b&#8217;kemm nafu, kemm g\u0127andna flus, et\u010b. Imma l-veru kejl hi l-qalb tajba. Hemm bniedem jil\u0127aq il-maturita&#8217; tieg\u0127u.<\/p>\n<p>L-umilta&#8217; nsibuha f&#8217;kull reli\u0121jon, barra s-Satani\u017cmu. Il-\u0120udai\u017cmu, il-Buddi\u017cmu, l-I\u017clam u l-Kristjanita&#8217; kollha jimxu fuq l-umilta&#8217;. Imma x-xitan qed jid\u0127ol baxx baxx u kul\u0127add mo\u0127\u0127u fit-titli u fil-postijiet, anke f&#8217;\u010bertu laqg\u0127at. Kristu jg\u0127id &#8220;Fostkom m&#8217;g\u0127andux ikun hekk&#8221;. I\u0121\u0121ieled biex taqdi, mhux biex til\u0127aq. Ma jfissirx li m&#8217;g\u0127andikx ittejjeb il-po\u017cizzjoni tieg\u0127ek, imma mhux li tag\u0127mel hekk akkost ta&#8217; kollox. Hemm b\u017conn insibu l-bilan\u010b f&#8217;kollox.<\/p>\n<p>&#8220;The Dark Night of the Soul&#8221; ta&#8217; San \u0120wann tas-Salib jispjega li d-demonju inqeda&#8217; b&#8217;nies li tant jag\u0127mlu \u0121id li jibdew jikbru fl-isem u tibda wkoll tikbrilhom rashom. G\u0127alhekk it-titlu tal-ktieb, meta Alla jitlaq daqsxejn minn \u0127ajtek biex jikkore\u0121ik, biex rasek ma tikbirx. Meta lil Kristu n-nies riedet tag\u0127mlu sultan, Hu warrab minn hemm. Dik hi l-umilta&#8217;. \u0120esu&#8217; g\u0127a\u017cel l-i\u017cjed nies sempli\u010bi.<\/p>\n<p>Minn fejn tibda l-umilta&#8217;? Fil-bidu, Alla u l-bniedem kienu \u0127a\u0121a wa\u0127da, imma bid-dnub se\u0127\u0127et il-firda. A\u0127na, biex naslu s&#8217;g\u0127and Alla irridu nibnu pont billi nippruvaw ng\u0127ixu \u0127ajja tajba. Minn hemm tibda l-umilta&#8217;. We\u0127idna ma naslux. Insalvaw bil-fidi. \u0120esu&#8217; qatt ma qal <strong>&#8220;isalvaw it-tajbin&#8221;,<\/strong> imma <strong>&#8220;min jemmen Fija jsalva&#8221;. <\/strong>Issa ma tistg\u0127ax temmen f&#8217;\u0120esu&#8217; u ma tag\u0127milx l-opri tal-\u0127niena.<\/p>\n<p>Biex naslu s&#8217;g\u0127and Alla, irridu nerfg\u0127u s-Salib. Il-kmandamenti qeg\u0127din hemm mhux biex irebb\u0127uk il-\u0120enna, imma biex ituk direzzzjoni kif g\u0127andek tg\u0127ix. Il-\u0120enna tinfeta\u0127 biss permezz tal-mewt u l-qawmien ta&#8217; Kristu.<\/p>\n<p>L-oppost tal-umilta&#8217; hi l-kburija. Hekk se\u0127\u0127 l-ewwel dnub &#8211; Adam u Eva riedu jsiru daqs Alla. A\u0127na qatt ma nistg\u0127u nsiru daqs il-Kreatur, lanqas l-akbar qaddisin, lanqas ix-xitan, g\u0127ax ilkoll ma\u0127luqin. L-arroganza, li dak li tg\u0127id int biss tajjeb, l-egoi\u017cmu sfrenat, is-superjorita&#8217;, ir-razzi\u017cmu, il-pretensjoni &#8211; dawn huma kollha l-oppost tal-umilta&#8217;.<\/p>\n<p>L-umli jag\u0127mel minn kollox biex ja\u0127fer. Is-supperv ma ja\u0127firx. Jekk ma ta\u010b\u010bettax it-tbatija, ma tistg\u0127ax tkun nisrani. \u0120esu&#8217; qal &#8220;Fid-dinja tbatu jkollkom, imma ag\u0127mlu l-qalb g\u0127ax Jien irba\u0127t lid-dinja&#8221;. \u0120esu&#8217; jg\u0127id li i\u017cjed ma ta\u0127fer, i\u017cjed jin\u0127afirlek.<\/p>\n<p>Alla jiqfilhom lill-kburin, imma lill-umli jag\u0127tihom il-grazzja. &#8220;Kull min jitkabbar ji\u010b\u010bekken, u min ji\u010b\u010bekken jitkabbar&#8221;. Il-moralita&#8217; nisranija qeg\u0127da bba\u017cata fuq il-Kmandamenti tat-Testment il-Qadim u fuq il-Beatudnijiet tat-Testment il-\u0120did. Fuq dawn g\u0127andna nimxu. Ma tistg\u0127ax t\u0127addanhom jekk ma tkunx umli.<\/p>\n<p>Alla jsalva lill-umli, jkun mal-umli, jag\u0127ti grazzja lill-umli. Kultant a\u0127na ma nifhmux lil Alla, imma Hu jaf x&#8217;inhu l-a\u0127jar g\u0127alina. Aktar ma wie\u0127ed jin\u017cel u ji\u010b\u010bekken f&#8217;g\u0127ajnejn il-bnedmin, iktar jikber f&#8217;g\u0127ajnejn Alla, u jara wi\u010b\u010b Alla. Wara l-umilta&#8217; ti\u0121i l-glorja. L-umli m&#8217;g\u0127andux b\u017conn jilbes maskra. L-umli huwa naturali. Tag\u0127mel it-tajjeb g\u0127ax thobb. Kristu stess qal &#8220;Tg\u0127allmu minni, g\u0127ax Jien ta&#8217; qalb \u0127elwa u umli&#8221;. Hu biss jista&#8217; jg\u0127idu dan. Ming\u0127ajr umilta&#8217; ma nistg\u0127ux nid\u0127lu fis-saltna tas-smewwiet. &#8220;Tassew ng\u0127idilkom li jekk ma tinbidlux u ma ssirux b\u0127at-tfal i\u017c-\u017cg\u0127ar, ma tid\u0127lux fis-saltna tas-smewwiet&#8221;.<\/p>\n<p>L-umli:<\/p>\n<ul>\n<li>jobdi g\u0127as-sewwa bla ebda tnehida.<\/li>\n<li>jfittex minn na\u0127a tieg\u0127u l-inqas post. &#8220;Meta jistidnuk, oqg\u0127od fl-a\u0127\u0127ar post&#8221;.<\/li>\n<li>jie\u0127u gost fil-kumpanija ta&#8217; nies &#8220;baxxi&#8221; f&#8217;g\u0127ajnejn is-so\u010bjeta&#8217;. G\u0127andna nistmaw lil kul\u0127add indaqs.<\/li>\n<li>ma jitkellimx, la tajjeb u lanqas \u0127a\u017cin, fuqu nnifsu.<\/li>\n<li>ifittex u jg\u0127o\u017c\u017c is-skiet proprju tieg\u0127u.<\/li>\n<li>jag\u0127raf li l-\u0121id \u0121ej minn Alla.<\/li>\n<li>i\u0121arrab pa\u010bi kontinwa f&#8217;qalbu.<\/li>\n<li>ma jafdax fih innifsu<\/li>\n<li>jitlob<\/li>\n<li>ma jag\u0127milx lilu nnifsu mudell<\/li>\n<li>ma jag\u0127miliex ta&#8217; umli biex jidher umli<\/li>\n<li>ifa\u0127\u0127ar il-\u0121id ta&#8217; \u0127addie\u0127or.<\/li>\n<\/ul>\n<p>L-umilta&#8217; tibda dejjem billi tin\u017cel g\u0127arkobbtejk &#8211; li tqerr. Qed tag\u0127raf dnubietek. Qed tag\u0127raf li Kristu jista&#8217; ja\u0127firhomlok, tisqarrhom lill-qassis u titqarben.<\/p>\n<p>Il-laqg\u0127a g\u0127alqet bit-Talba tal-Hniena Divina.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a bdiet bit-Talba tal-Moviment. Wara, peress li ninsabu fil-xahar tal-mejtin, saret talba g\u0127alihom. Qabel ma&#8217; ttratta s-su\u0121\u0121ett tal-lum, il-kelliem g\u0127amel \u0127sieb fuq il-Quddiesa. Il-Quddiesa twaqqfet fl-A\u0127\u0127ar \u010aena, meta \u0120esu&#8217; \u0127allielna <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":0,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[37],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6001"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=6001"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6001\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":6004,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6001\/revisions\/6004"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=6001"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=6001"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=6001"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}