{"id":6023,"date":"2019-01-15T11:08:45","date_gmt":"2019-01-15T10:08:45","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=6023"},"modified":"2019-01-15T11:18:50","modified_gmt":"2019-01-15T10:18:50","slug":"prayer-cafe-il-maghmudija-tal-mulej-il-gimgha-11-ta-jannar-2019","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/prayer-cafe-il-maghmudija-tal-mulej-il-gimgha-11-ta-jannar-2019\/","title":{"rendered":"Prayer Caf\u00e8: IL-MAG\u0126MUDIJA TAL-MULEJ &#8211; il-\u0120img\u0127a 11 ta\u2019 Jannar, 2019."},"content":{"rendered":"<p><strong>IL-MAG\u0126MUDIJA TAL-MULEJ &#8211; ta\u0127dita minn Fr. Joseph Aguis, il-\u0120img\u0127a 11 ta\u2019 Jannar, 2019.<\/strong><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Il-laqg\u0127a bdiet bit-Talba tal-Moviment.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Skond il-Kalendarju Litur\u0121iku, il-\u0126add 13 ta&#8217; Jannar ni\u010b\u010belebraw il-Mag\u0127mudija tal-Mulej, li, fit-tradizzjoni tal-litur\u0121ija tal-Knisja, hi meqjusa b\u0127ala aspett tal-Epifanija. Meta \u010b\u010belebrajna l-Epifanija, l-attenzjoni tag\u0127na kienet fuq i\u017c-\u017cjara tal-Ma\u0121i. Biss jekk naqraw it-testi litur\u0121i\u010bi, fl-Epifanija il-Knisja tag\u0127mel riferiment espli\u010bitu g\u0127a\u017c-\u017cjara tal-Ma\u0121i, g\u0127all-mag\u0127mudija ta&#8217; \u0120esu&#8217; u anke g\u0127all-miraklu ta&#8217; \u0120esu&#8217; f&#8217;Kana tal-Galileja.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>L-G\u0127asar tal-Epifanija jibda b&#8217;innu li fih hemm riferiment g\u0127al dawn it-tlett \u0121rajjiet:<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&#8220;\u0120rew il-Ma\u0121i wara l-kewba, fid-dawl tag\u0127ha d-dawl ifittxu&#8221;<\/p>\n<p>&#8220;Il-\u0126aruf tas-sema ni\u017cel fl-ilma tal-\u0120ordan u qaddsu&#8221;<\/p>\n<p>&#8220;\u0126ammru l-\u0121arar kbar tal-ilma li l-qaddejja b&#8217;ordni Tieg\u0127u rawh mibdul f&#8217;inbid quddiemhom&#8221;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>G\u0127all-Litur\u0121ija tal-Knisja, \u0120esu&#8217; jag\u0127mel l-Epifanija Tieg\u0127u &#8211; il-manifestazzjoni pubblika Tieg\u0127u &#8211; mhux sepli\u010bement dak inhar li marru ifittxuh il-Ma\u0121i, imma g\u0127amel hekk ukoll fil-Mag\u0127mudija, u kompla meta beda l-missjoni pubblika Tieg\u0127u bl-ewwel miraklu fit-tie\u0121 ta&#8217; Kana. L-Epifanija ta&#8217; Kristu hi progressiva.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Hawnhekk inqara&#8217; l-Van\u0121elu tal-\u0126add &#8211; Luqa 3, v 15-16, 21-22.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p><img decoding=\"async\" loading=\"lazy\" width=\"600\" height=\"852\" class=\"alignright size-full wp-image-2508\" src=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/01\/Guido_Reni_Baptism-of-Christ.jpg\" alt=\"\" srcset=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/01\/Guido_Reni_Baptism-of-Christ.jpg 600w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/01\/Guido_Reni_Baptism-of-Christ-211x300.jpg 211w\" sizes=\"(max-width: 600px) 100vw, 600px\" \/>F&#8217;dan ir-rakkont, l-Evan\u0121elista jikkunsidra lil \u0120esu&#8217; esklussivament b\u0127ala bniedem &#8211; ma jikkunsidrax id-divinita&#8217; Tieg\u0127u. \u0120esu&#8217; kien bniedem normali b\u0127al kul\u0127add, u b\u0127al kull bniedem kiber anke fl-g\u0127erf Tieg\u0127u. L-Evan\u0121elista jippre\u017centa lil \u0120esu&#8217; li, meta resaq g\u0127all-mag\u0127mudija Tieg\u0127u, inteba\u0127 li Alla fdalu missjoni. L-in\u017cul tal-Ispirtu s-Santu jfisser li kien \u0127a jkollu missjoni. Pero&#8217;, iktar importanti, hi n-natura tal-missjoni li kellu jwettaq.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Skond il-Van\u0121elu, id-dikjarazzjoni hi mag\u0127mula lil Kristu biex Hu jifhem x&#8217;inhi l-missjoni Tieg\u0127u. Permezz ta&#8217; din id-dikjarazzjoni, li kellha warajha awtorita&#8217; divina, Kristu nteba\u0127 li kellu jaqdi dik il-missjoni li I\u017caija kien \u0127abbar meta tkellem fuq il-Qaddej t&#8217;Alla. Kapitlu 53 jippre\u017centa lill-qaddej t&#8217;Alla b\u0127ala dak li ser jitg\u0127abba bil-\u0127a\u017cen tal-komunita&#8217; u jag\u0127ti \u0127ajtu biex je\u0127lisha mid-dnubiet tag\u0127ha. Din kienet il-missjoni li kellu jaqdi Kristu.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Fil-bidu tal-Van\u0121elu nsibu li l-poplu kien qed jistenna \u0127erqan li ji\u0121i restawrat darba g\u0127al dejjem ir-rapport tal-poplu m&#8217;Alla. Mhux kul\u0127add kellu l-istess ideja ta&#8217; kif kellu jse\u0127\u0127 dan. Imma kienu jafu li kellu jse\u0127\u0127 bl&#8217;intervent t&#8217;Alla. \u0126afna kienu jemmnu li Alla kien ser jinqeda&#8217; bi bniedem, li nsej\u0127ulu l-Messija. Pero&#8217; mhux kul\u0127add kellu l-istess opinjoni dwar il-missjoni Tieg\u0127u. Meta \u0120wanni \u0127are\u0121 jippriedka, lin-nies ma qalilhomx biss biex jindmu minn dnubiethom, imma g\u0127ammidhom ukoll. Din il-mag\u0127mudija ma kenitx il-mag\u0127mudija nisranija. Din ma kenitx istitwita dak inhar tal-mag\u0127mudija ta&#8217; \u0120esu&#8217; minn \u0120wanni, imma dak inhar li qal lill-appostli: &#8220;Morru g\u0127allmu lill-\u0121nus kollha, u g\u0127ammduhom fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu&#8221;.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Il-mag\u0127mudija ta&#8217; \u0120wanni ma kenitx ta\u0127fer id-dnubiet. Kienet \u0127asil ritwali. Dawk li kienu qed jistennew li jid\u0127lu f&#8217;rapport m&#8217;Alla kienu jindmu minn dnubiethom u b&#8217;turija ta dan kienu jin\u0127aslu fil-\u0120ordan. \u0120wanni kien jg\u0127ammidhom u kienu jittamaw li Alla ja\u0127silhom spiritwalment u jnaddafhom minn dnubiethom.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>L-istqarrija tad-dnubiet fil-mag\u0127mudija ta&#8217; \u0120wanni m&#8217;g\u0127andniex inqabbluha mal-istqarrija tad-dnubiet fis-sagrament tar-Rikon\u010biljazzjoni. F&#8217;dan is-sagrament, kul\u0127add imur jistqarr id-dnubiet personali tieg\u0127u. Fi \u017cmien \u0120wanni, l-istqarrija tad-dnubiet kienet iktar tixbah lil dik li nag\u0127mlu fid-bidu tal-quddiesa: &#8220;Nistqarr &#8216;l Alla li jista&#8217; kollox u lilkom \u0127uti &#8230;&#8221; Din hi stqarrija \u0121enerika li a\u0127na midinbin u nitolbu lil Alla ja\u0127frilna dnubietna: &#8220;Mulej \u0127niena, Kristu \u0127niena &#8230;&#8221; Kienet stqarrija ta&#8217; dan it-tip li kien jag\u0127mel kull minn kien jitg\u0127ammed fil-\u0120ordan, u mhux kif nag\u0127mlu a\u0127na fil-qrar.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>G\u0127alhekk m&#8217;g\u0127andux ikollna problema li naraw li \u0120esu&#8217; j\u0127oss il-b\u017conn li jitg\u0127ammed. \u0120esu&#8217; tg\u0127ammed min\u0127abba li \u0127ass li kien membru ta&#8217; komunita&#8217; midinba, ji\u0121ifieri b&#8217;solidarjeta&#8217; mag\u0127ha. Hu ma stqarrx dnubiet Tieg\u0127u, imma dawk tal-komunita&#8217;. \u0120esu&#8217; \u0127ass li kellu jitlob ma\u0127fra g\u0127ad- dnubiet tal-komunita&#8217;.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Waqt il-Mag\u0127mudija, \u0120esu&#8217; talab. Talab qabel g\u0127a\u017cel it-Tnax, talab waqt it-Trasfigurazzjoni, talab qabel ma g\u0127allem il-Missierna lill-appostli, talab fil-\u0120nien ta\u017c-\u017bebbu\u0121. Waqt li \u0120esu&#8217; kien qed jitlob, ni\u017cel fuqu l-Ispirtu s-Santu. Dan ifisser li fil-mag\u0127mudija Tieg\u0127u \u0120esu&#8217; \u0121ie mog\u0127ti missjoni.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>F&#8217;dan ir-rakkon, l-Evan\u0121elista qed jittratta lil Kristu b\u0127ala bniedem li, bil-mod il-mod, qed jag\u0127raf x&#8217;ser jg\u0127addi minnu f&#8217;\u0127ajtu. Fir-rakkont Bibliku, kull darba li individwu jin\u0127akem mill-Ispirtu, ji\u0121ri hekk g\u0127ax dan ikollu jaqdi missjoni, b\u0127all-Profeti, l-Im\u0127allfin, is-Slaten &#8211; il-qaddejja t&#8217;Alla. Hawmhekk \u0120esu&#8217; ppre\u017centat b\u0127ala l-qaddej t&#8217;Alla mwieg\u0127ed minn I\u017caija, kap 42: &#8220;Araw il-qaddej Tieg\u0127i li Jien inwie\u017cen, il-Ma\u0127tur Tieg\u0127i li fih qalbi strie\u0127et. Inti Ibni l-g\u0127a\u017ci\u017c li fik sibt il-g\u0127axqa Tieg\u0127i&#8221;. Il-fatt li l-Ispirtu ni\u017cel fuq \u0120esu&#8217; jfisser li \u0127u in\u0127atar minn Alla biex jaqdi missjoni.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Il-Van\u0121elu jibda l-ewwel nett billi jispjega l-iskop tal-missjoni, u mbag\u0127ad kif kellu jaqdiha \u0120esu&#8217;. L-iskop jidher f&#8217;dak li jing\u0127ad fuq il-\u0127amiema. Hawn g\u0127andna kwadru letterarju. Fir-referenza g\u0127all-\u0127amiema hemm allu\u017c\u017cjoni impli\u010bita g\u0127al \u017cew\u0121 rakkonti fit-Testment il-Qadim. Fir-rakkont tal-\u0126olqien &#8220;l-Ispirtu t&#8217;Alla kien jittajjar b\u0127al \u0127amiema fuq wi\u010b\u010b l-ilmijiet&#8221;.\u00a0 l-Evan\u0121elista jrid jg\u0127id li l-iskop tal-missjoni ta&#8217; Kristu hu li kollox jer\u0121a lura g\u0127ar-rapport li l-bniedem kellu m&#8217;Alla fil-bidu tal-\u0127olqien. G\u0127al dan l-iskop \u0120esu&#8217; \u0121ie ma\u0127tur b\u0127ala l-ewwel wie\u0127ed f&#8217;dan il-\u0127olqien \u0121did. Hemm allu\u017c\u017cjoni wkoll fir-rakkont tad-dulluvju, li wkoll hu ppre\u017centat b\u0127ala \u0127olqien \u0121did.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Din ir-restawrazzjoni tar-rapport tal-bniedem m&#8217;Alla hi l-iskop tal-missjoni ta&#8217; Kristu. G\u0127alhekk l-Evan\u0121elista jinsisti fuq l-Ispirtu li ni\u017cel fuqu b\u0127al \u0127amiema.<\/p>\n<p><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<p>Pero&#8217;, l-iktar importanti hi d-dikjarazzjoni, g\u0127ax fiha hemm spe\u010bifikament fiex kienet tikkonsisti l-missjoni ta&#8217; Kristu. Meta naqraw li d-dikjarazzjoni \u0121iet mis-sema, dan ifisser li warajha hemm awtorita&#8217; divina. Id-dikjarazzjoni saret personalment lil Kristu, mhux g\u0127al kull min kien hemm prse\u017centi. Il-kelma &#8220;Iben&#8221; fid-dikjarazzjoni m&#8217;g\u0127andniex nifhmuha fis-sens ta&#8217; divinita&#8217;. Skond I\u017caija, il-kelma &#8220;iben&#8221; tfisser &#8220;qaddej&#8221;. Kristu kellu jaqdi l-missjoni tal-qaddej li kien imwieg\u0127ed minn I\u017caija. Kellu jitg\u0127abba bid-dnubiet tal-komunita&#8217;, u biex je\u0127les lill-komunita&#8217; minn dawk id-dnubiet jag\u0127ti \u0127ajtu. &#8220;Hu refa&#8217; fuqu l-mard tag\u0127na, tg\u0127abba bin-niket tag\u0127na &#8230;..u bis-swat Tieg\u0127u sibna l-fejqan&#8221;.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Din hi l-missjoni li kellu jwettaq Kristu &#8211; li j\u0121ib ru\u0127u kif previst fil-profezija ta&#8217; I\u017caija &#8211; jitg\u0127abba bid-dnubiet tal-komunita&#8217;, imut biex je\u0127lisha minn dnubietha, u b&#8217;hekk ji\u0121u restawrat ir-rapport t&#8217;Alla mall-komunita&#8217; &#8211; dak ir-rappport li kellha fil-bidu tal-\u0127olqien. Hekk il-mag\u0127mudija ta&#8217; \u0120esu&#8217; hi t\u0127abbira tal-mewt Tieg\u0127u fuq is-salib. Infatti, meta \u0120esu&#8217; tkellem fuq il-mewt Tieg\u0127u, sej\u0127ilha &#8220;mag\u0127mudija&#8221; (Lq K12, v50).<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>San Luqa, fir-rakkonti tieg\u0127u, spiss jag\u0127mel allu\u017c\u017cjoni impli\u010bita g\u0127all-mewt ta&#8217; Kristu fuq is-salib. Ir-rag\u0127ajja t\u0127abbrilhom Salvatur, dawn marru jfittxuh f&#8217;Betlem, sabuh f&#8217;maxtura mge\u017cwer fil-faxex &#8211; allu\u017c\u017cjoni g\u0127all-mewt ta&#8217; \u0120esu&#8217; li kien imge\u017cwer fil-faxex u l-li\u017car. Meta Kristu temm il-missjoni Tieg\u0127u, dawk il-faxex u l-li\u017car \u0127alliehom warajh. Jekk a\u0127na rridu nag\u0127rfu s-sens tal-maxtura ta&#8217; Betlem irridu n\u017commu quddiem g\u0127ajnejna s-sens tas-salib u l-qabar vojt.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Ir-Reli\u0121jon tag\u0127na mhix reli\u0121jon tas-sentimentali\u017cmu. Alla bag\u0127at lill-Ibnu fid-dinja biex imut. Din hi l-ideja li niltaqg\u0127u mag\u0127ha fit-Testment il-\u0120did kollu. G\u0127alhekk, \u0120esu&#8217; jg\u0127id &#8220;Kollox mitmum&#8221; &#8211; il-missjoni kien qdieha sal-a\u0127\u0127ar. Hi g\u0127ajta ta&#8217; trijonf, mument ta&#8217; glorja: &#8220;meta nkun merfug\u0127, ni\u0121bed lil kul\u0127add lejja&#8221;.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Il-Van\u0121elu tal-\u0126add jitkellem esklussivament fuq \u0120esu&#8217; &#8211; Hu l-protagonista. Impli\u010bement hemm riferenza wkoll g\u0127all-mag\u0127mudija tag\u0127na. \u0120wanni jg\u0127id: &#8220;Hu jg\u0127ammidkom bl-Ispirtu s-Santu u n-nar&#8221;.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Jekk il-Mag\u0127mudija ta&#8217; \u0120esu&#8217; \u0121abet fih bidla, Hu a\u010b\u010betta. \u0126alla l-\u0127ajja privata Tieg\u0127u u beda dik pubblika, fejn kellu jkun il-qaddej t&#8217;Alla. Il-Mag\u0127mudija tag\u0127na wkoll i\u0121\u0121ib bidla. Te\u0127lisna mill-jasar tad-dnub, u tibda fina rapport partikulari m&#8217;Alla &#8211; insiru ulied addottivi t&#8217;Alla. Irridu nimpenjaw ru\u0127na biex noqg\u0127odu g\u0127ar-rieda t&#8217;Alla. Ser ikun hemm mumenti li rridu nag\u0127mlu l-istess sagrifi\u010b\u010bju li g\u0127amel \u0120esu&#8217; biex qeda&#8217; l-missjoni Tieg\u0127u.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>\u0120esu&#8217; qatt ma wieg\u0127ed lid-dixxipli Tieg\u0127u xi \u0121enna tal-art: &#8220;Min irid jimxi warajja jrid jerfa&#8217; salibu ta&#8217; kuljum&#8221;. Se jkun hemm mumenti meta ni\u0121u mitlubin nag\u0127mlu l-istess g\u0127a\u017cla b\u0127al ma g\u0127amel \u0120esu&#8217;. Kultant irridu neg\u0127lbu l-istinti tag\u0127na biex nibqg\u0127u fidili g\u0127all-weg\u0127diet li g\u0127amilna fil-mag\u0127mudija. Irridu n\u0121ibu ru\u0127na ta&#8217; qaddejja t&#8217;Alla.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Id-dinja tal-lum g\u0127andha b\u017conn ta&#8217; din ix-xhieda. Qed ng\u0127ixu f&#8217;so\u010bjeta&#8217; sekularizzata &#8211; so\u010bjeta&#8217; li tittollera l-Kristjane\u017cmu imma \u0127afna drabi ma tantx g\u0127andha stima tieg\u0127u. Il-missjoini tag\u0127na hi li nuru li anke f&#8217;so\u010bjeta&#8217; sekularizzata il-Kristjane\u017cmu g\u0127andu \u010bertu valur li j\u0127alli impatt po\u017cittiv anke fuq is-so\u010bjeta&#8217; \u010bivili.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Il-laqg\u0127a g\u0127alqet bit-talba tal-Missierna.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>IL-MAG\u0126MUDIJA TAL-MULEJ &#8211; ta\u0127dita minn Fr. Joseph Aguis, il-\u0120img\u0127a 11 ta\u2019 Jannar, 2019. &nbsp; Il-laqg\u0127a bdiet bit-Talba tal-Moviment. &nbsp; Skond il-Kalendarju Litur\u0121iku, il-\u0126add 13 ta&#8217; Jannar ni\u010b\u010belebraw il-Mag\u0127mudija tal-Mulej, li, <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":2513,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[23],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6023"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=6023"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6023\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":6028,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6023\/revisions\/6028"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/2513"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=6023"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=6023"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=6023"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}