{"id":6031,"date":"2019-01-31T23:22:56","date_gmt":"2019-01-31T22:22:56","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=6031"},"modified":"2019-01-31T23:37:34","modified_gmt":"2019-01-31T22:37:34","slug":"san-piju-ta-pietrelcina","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/san-piju-ta-pietrelcina\/","title":{"rendered":"San Piju ta&#8217; Pietrelcina"},"content":{"rendered":"<p>Imwieled <strong>Francesco Forgione<\/strong>, mag\u0127ruf l-iktar b\u0127ala <strong>Patri Piju <\/strong>jew <strong>Padre Pio<\/strong>, (Pietrelcina, Italja, 25 ta&#8217; Mejju 1887 &#8211; San Giovanni Rotondo, 23 ta&#8217; Settembru 1968), kien patri Fran\u0121iskan Kapu\u010b\u010bin Taljan u sa\u010berdot; qaddis ikkanonizzat mill-Knisja Kattolika li \u010b-\u010belebrazzjoni tal-festa tieg\u0127u ssir fit-23 ta&#8217; Settembru, fl-anniversarju ta&#8217; mewtu.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Anke meta kien g\u0127adu \u0127aj, ing\u0127ata venerazzjoni popolari kbira min\u0127abba l-pjagi li kellu f&#8217;\u0121ismu u l-mirakli li jing\u0127ad li wettaq f&#8217;\u0127ajtu u wara mewtu. Kien ukoll o\u0121\u0121ett ta&#8217; \u0127afna kritika u suspetti fi \u0127dan il-Knisja u barra minnha.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Il-fama ta&#8217; Patri Piju xterdet &#8216;il barra mill-Italja. Kienu jmorru j\u017curuh pellegrini mhux biss mill-pajji\u017ci Ewropej, fosthom Maltin, i\u017cda wkoll Amerikani u Sudamerikani. Eluf ta&#8217; ittri kienu qeg\u0127din jaslulu fil-kunvent minn madwar id-dinja kollha, x&#8217;u\u0127ud anke mi\u010b-\u010aina u mil-Lvant Imbieg\u0127ed. Fost l-ittri li r\u010bieva kien hemm wa\u0127da, fl-1962, ming\u0127and il-Kardinal Pollakk Karol Woytla (iktar tard il-Papa \u0120wanni Pawlu II), li talbu biex jitlob g\u0127al wa\u0127da omm \u017cag\u0127\u017cug\u0127a Pollakka li kienet kwa\u017ci fl-a\u0127\u0127ar g\u0127ax kellha tumur fi gri\u017cmejha. G\u0127addew ftit \u0121ranet u l-Kardinal re\u0121a&#8217; kitiblu biex jirringrazzjah g\u0127ax il-mara kienet qalg\u0127et il-grazzja.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Minkejja l-popolarita&#8217; kbira tieg\u0127u, \u0127ajtu fil-kunvent baqg\u0127et dejjem l-istess. Kien iqaddes tal-\u0127amsa ta&#8217; filg\u0127odu. G\u0127all-quddiesa tieg\u0127u, in-nies \u0121ieli g\u0127amlu lejl s\u0127i\u0127 wara l-bieb tal-knisja biex malli tifta\u0127, jintasbu fl-ewwel postijiet. Nistg\u0127u ng\u0127idu li \u0127ajtu b\u0127ala sa\u010berdot kienet talb, quddiesa u qrar. Kien iqatta&#8217; sig\u0127at twal fil-konfessjonarju u kien jixtieq li &#8220;l-\u0121urnata fiha 48 sieg\u0127a flok 24&#8221; biex ikun jista&#8217; jqarar i\u017cjed. Fil-festi jing\u0127ad li \u0121ieli g\u0127amel 18-il sieg\u0127a jqarar. Eluf kbar jing\u0127ad li sabu lil Alla mill-\u0121did permezz ta&#8217; Patri Piju. Kienu jqerru g\u0127andu isqfijiet, kardinali, politi\u010bi, artisti u minn kull xorta ta&#8217; nies.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p><strong>Jibni sptar: Casa Sollievo della Sofferenza<\/strong><\/p>\n<p><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<p>Fl-1925 Patri Piju rran\u0121a bini li qabel kien iservi ta&#8217; monasteru u g\u0127amel sptar \u017cg\u0127ir li semmieh San Fran\u0121isk. I\u017cda fl-1956 g\u0127amel l-opra kolossali tieg\u0127u meta bil-flus ta&#8217; \u0127afna benfatturi feta\u0127 wie\u0127ed mill-aktar sptarijiet moderni anke sal-\u0121urnata tal-lum, &#8220;Casa Sollievo della Sofferenza&#8221; &#8211; Dar g\u0127as-Ser\u0127an mit-Tbatija. I\u017cda dan l-isptar, g\u0127alkemm \u0121ab ser\u0127an lil \u0127afna pazjenti, re\u0121a&#8217; \u0121ab sofferenza kbira g\u0127al Patri Piju, liema sofferenza kient tixbah lil dik li g\u0127adda minnha g\u0127oxrin sena qabel, meta waqqfuh milli jqaddes. Issa Patri Piju kien bniedem anzjan u batut fi\u017cikament.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Waqt li kien qed jinbena l-isptar mhux kollox kien miexi dritt fl-amministrazzjoni, mhux tort ta&#8217; Patri Piju, li kien \u0127alla f&#8217;idejn \u0127addie\u0127or it-tmexxija tal-isptar. Fl-1952, il-\u0120eneral tal-Kapu\u010b\u010bini, fuq struzzjoni mis-Sant&#8217;Uffizzju, wissa lir-reli\u0121ju\u017ci tieg\u0127u biex ma jorganizzawx pellegrina\u0121\u0121i g\u0127al San Giovanni Rotondo. Fl-1960, il-Papa bag\u0127at li Mons. Carlo Maccari biex jinvestiga l-\u0127afna xnig\u0127at li kienu qeg\u0127din isiru fuq Patri Piju, anke li kien qieg\u0127ed ikollu relazzjonijiet ma&#8217; xi nisa. Patri Piju \u0121ie mi\u017cmum milli ji\u010b\u010belebra \u017c-\u017cwi\u0121ijiet u l-mag\u0127mudijiet u ma jdumx iktar minn nofs sieg\u0127a fil-quddiesa. Sa\u0127ansitra kienu tpo\u0121\u0121ew xi mikrofoni fi\u010b-\u010bella u fil-konfessjonarju tieg\u0127u. Patri Piju kien \u0127adha bi kbira wisq din il-\u0127a\u0121a skandalu\u017ca g\u0127ax qatt ma stenna li jsir dan min-nies tal-Knisja. Kien fl-1964, erba&#8217; snin qabel mewtu, li l-Papa Pawlu VI temm din it-tieni persekuzzjoni tas-Sant&#8217;Uffizzju.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Imwieled Francesco Forgione, mag\u0127ruf l-iktar b\u0127ala Patri Piju jew Padre Pio, (Pietrelcina, Italja, 25 ta&#8217; Mejju 1887 &#8211; San Giovanni Rotondo, 23 ta&#8217; Settembru 1968), kien patri Fran\u0121iskan Kapu\u010b\u010bin Taljan <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":6036,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[204],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6031"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=6031"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6031\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":6033,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6031\/revisions\/6033"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/6036"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=6031"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=6031"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=6031"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}