{"id":6054,"date":"2019-02-04T23:19:50","date_gmt":"2019-02-04T22:19:50","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=6054"},"modified":"2019-02-04T23:20:15","modified_gmt":"2019-02-04T22:20:15","slug":"il-miraklu-tat-tieg-ta-kana-tahdita-mis-sur-charles-briffa-il-gimgha-18-ta-jannar-2019","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/il-miraklu-tat-tieg-ta-kana-tahdita-mis-sur-charles-briffa-il-gimgha-18-ta-jannar-2019\/","title":{"rendered":"Prayer Caf\u00e8: IL-MIRAKLU TAT-TIE\u0120 TA&#8217; KANA &#8211; ta\u0127dita mis-sur Charles Briffa, il-\u0120img\u0127a, 18 ta&#8217; Jannar 2019."},"content":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a bdiet bit-Talba tal-Moviment. Wara nqara l-Van\u0121elu skond San Luqa.<\/p>\n<p>G\u0127alkemm dan il-Van\u0121elu ng\u0127aqqduh ma\u017c-\u017cwie\u0121, ma jitkellimx fuq l-g\u0127arajjes. L-g\u0127arus jissemma&#8217; biss fl-a\u0127\u0127ar tas-silta. Il-protagonisti ta&#8217; dan il-Van\u0121elu huma \u0120esu&#8217; u Ommu Marija.<\/p>\n<p>Marija probabbli kienet di\u0121a&#8217; taf li Binha kien kapa\u010bi jag\u0127mel dan il-miraklu. Pero&#8217;, meta qaltlu li kien spi\u010b\u010balhom l-inbid, Hu qallha li ma kinitx g\u0127adha waslet is-sieg\u0127a Tieg\u0127u. \u0120esu&#8217; di\u0121a&#8217; kellu d-dixxipli Mieg\u0127u. L-Evan\u0121elista ja\u010b\u010benna li dan kien l-ewwel miraklu Tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Dan il-Van\u0121elu qed jag\u0127tina l-bidu tal-\u0127idma ta&#8217; \u0120esu&#8217;. Kwa\u017ci nisg\u0127tu ng\u0127idu li \u0127assu mhux lest. \u0120esu&#8217;, meta twieled, ma kellux l-g\u0127erf mill-ewwel. Dan bnieh ftit ftit. G\u0127alhekk, meta \u0121ie f&#8217;dan il-punt kru\u010bjali seta&#8217; \u0127ass hekk. Pero&#8217; xorta jg\u0127idilhom biex jimlew il-\u0121arar bl-ilma. Issa dawn il-\u0121arar kienu jintu\u017caw g\u0127all-\u0127asil ritwali, u mhux g\u0127all-inbid.<\/p>\n<p>Probabbli li min kien qed jara din ix-xena, ma kienx jaf x&#8217;ser ji\u0121ri. Hawnhekk issir il-bidla tal-ilma f&#8217;inbid. Issa fl-Antik Testment l-inbid huwa sinjal reali u rikk.<\/p>\n<p>X&#8217;ifisser dan il-Van\u0121elu g\u0127alina? Is-sabi\u0127 ta&#8217; dan il-Van\u0121elu hu li fih naraw il-protezzjoni tal-omm. San Bernard jg\u0127id fit-talba tieg\u0127u: &#8220;Qatt ma nstema&#8217; li xi \u0127add intefa&#8217; ta\u0127t il-\u0127arsien tieg\u0127ek, talbek il-g\u0127ajnuna u inti ma smajtux&#8221;. Marija g\u0127amlet wi\u010b\u010bha g\u0127all-g\u0127arajjes, ming\u0127ajr ma talbuha. Avolja \u0120esu&#8217; qallha li g\u0127ad mhux il-\u0127in, xorta qalet lill-qaddejja biex jag\u0127mlu dak li jg\u0127idilhom.<\/p>\n<p>Hekk tag\u0127mel mag\u0127na Marija meta jibda jonqos l-inbid f&#8217;\u0127ajjitna &#8211; dak li jag\u0127tiha tog\u0127ma tajba. G\u0127andna l-fidu\u010bja li Marija lesta li tid\u0127ol g\u0127alina. Imma rridu nag\u0127\u017clu a\u0127na t-tip ta&#8217; nbid.<\/p>\n<p>Issa l-inbid fil-\u0127ajja nu\u017cawh biex nifir\u0127u. Imma s-so\u010bjeta&#8217; llum qed tu\u017ca nbid li jistordi u li jnessiena r-realta&#8217;. Kultant a\u0127na ji\u0121rilna li l-aqwa li jkollna spirtu, hu x&#8217;inhu, biex inessiena.<\/p>\n<p>L-inbid li tahom \u0120esu&#8217; kien inbid mill-aqwa. Hu g\u0127alhekk li g\u0127andna jkollna fidu\u010bja Fih. Bl-inter\u010bessjoni ta&#8217; Ommna Marija, a\u0127na g\u0127andna nitolbu nbid li hu veru tajjeb &#8211; mhux dak li jistordina, b\u0127al ma taf tag\u0127ti d-dinja.<\/p>\n<p>Issa a\u0127na kuntant jista&#8217; ji\u0121rilna b\u0127al dawk l-g\u0127arajjes &#8211; jibda jispi\u010b\u010balna l-inbid u lanqas biss nittendu. L-Van\u0121elu ma jg\u0127idilnix li l-g\u0127arus g\u0127amel paniku. \u0126afna drabi l-inbid fil-\u0127ajja tag\u0127na ji\u017cvinta bil-mod il-mod. G\u0127alhekk tajjeb li n\u017commu l-g\u0127aqda m&#8217;Alla, g\u0127ax Hu biss jista&#8217; jag\u0127tina dan l-inbid biex il-festa tkompli. U l-festa x&#8217;inhi? Il-festa hi l-\u0127ajja tag\u0127na fi\u010b-\u010belebrazzjoni m&#8217;Alla. L-Evan\u0121elista jg\u0127idilna li t-tnejn kienu hemm g\u0127all-festa &#8211; \u0120esu&#8217; u Ommu. Jekk a\u0127na \u0127a nkunu barra minn din il-festa, se nkunu barra mill-festa li g\u0127alija a\u0127na \u0121ejna mistednin.<\/p>\n<p>Issa meta jispi\u010b\u010balna l-inbid x&#8217;ser infittxu? \u0126afna drabi l-\u0127ajja iktar tag\u0127ti morr milli \u0127elu. Hawnhekk g\u0127andna nduru g\u0127al dik it-talba ta&#8217; San Bernard. Huwa mportanti li noqg\u0127odu \u0127afna attenti li ma jispi\u010b\u010balnix l-inbid f&#8217;\u0127ajjitna &#8211; dak il-fer\u0127 li n\u0127ossu f&#8217;din il-festa li g\u0127aliha stedinna \u0120esu&#8217;.<\/p>\n<p>Il-problema tas-so\u010bjeta&#8217; llum hi li trid tg\u0127ix ming\u0127ajr Alla. Noqg\u0127odu attenti g\u0127ax fa\u010bli li nwarrbu l-\u0127arsa tag\u0127na &#8216;l bog\u0127od minn Alla. Noqg\u0127odu attenti li minn din il-festa tat-tie\u0121 ma nispi\u010b\u010bawx barra.<\/p>\n<p>Dan il-Van\u0121elu g\u0127andu jo\u0127odna f&#8217;riflessjoni li a\u0127na wkoll mistiedna g\u0127al tie\u0121 ie\u0127or, li mhu ser jispi\u010b\u010ba qatt, bil-pre\u017cenza ta&#8217; \u0120esu&#8217; u Ommu Marija. G\u0127andna n\u017commu f&#8217;mo\u0127\u0127na din il-festa tat-tie\u0121, u li meta jispi\u010b\u010balna l-inbid induru lejn din l-Omm.<\/p>\n<p>G\u0127alkemm il-kliem ta&#8217; \u0120esu&#8217; lill-Ommu narawh xi daqsxejn iebes, hi xorta wa\u0127da da\u0127let g\u0127all-g\u0127arajjes. Hi fhemitu dan il-kliem, g\u0127ax kienet taf li mill-mument li \u0127a tikkonsenja lil \u0120esu&#8217; f&#8217;idejn il-poplu, Hu ma kienx ser jibqa&#8217; tag\u0127ha. Jekk elfejn sena ilu Ommna Marija g\u0127amlet wi\u010b\u010bha g\u0127all-g\u0127arajjes, illum lesta li tag\u0127mel l-istess ma kull min jintefa&#8217; ta\u0127t il-\u0127arsien tag\u0127ha.<\/p>\n<p>Dan il-Van\u0121elu \u0121ie ftit wara l-\u0121rajja tat-twelid u ftit qabel il-pre\u017centazzjoni ta&#8217; \u0120esu&#8217;. G\u0127andna n\u017commu f&#8217;mo\u0127\u0127na li x-xewqa ta&#8217; \u0120esu&#8217; kienet li lil dawn l-g\u0127arajjes jag\u0127milhom kuntenti. Pero&#8217; xtaq jara l-isforz tal-bniedem. Qalilhom biex jimlew il-\u0121arar bl-ilma. L-istess g\u0127amel fil-Miraklu tat-Tkattir tal-\u0126ob\u017c. Qal lid-dixxipli biex jaraw min g\u0127andu xi \u0127a\u0121a tal-ikel.<\/p>\n<p>A\u0127na rridu nitolbu biex meta l-inbid tag\u0127na jonqos, jer\u0121a&#8217; ji\u0121\u0121enera ru\u0127u. Pero&#8217; rridu nag\u0127mlu l-isforz tag\u0127na. \u0120esu&#8217; ma jitlobnix \u0127wejje\u0121 kbar &#8211; Alla lest li jtina iktar milli g\u0127andna b\u017conn. \u0126afna drabi nitolbu affarijiet materjali u dawn ma ji\u0121ux. Niftakru li l-mewt lanqas lil \u0120esu&#8217; ma \u0127afritha. Hawn ner\u0121g\u0127u ni\u0121u g\u0127as-simbolu tal-inbid &#8211; inbid itjeb minn dak li kellna. Tajjeb li nitolbu g\u0127as-sa\u0127\u0127a. Pero&#8217; g\u0127andna nemmnu li hemm xi \u0127a\u0121a aktar qawwija. L-inbid li jag\u0127tina \u0120esu&#8217; hu dak li jsalva r-ru\u0127 u jda\u0127\u0127alna fil-\u0127ajja ta&#8217; dejjem.<\/p>\n<p>Mela lill-g\u0127arus jg\u0127idulu li suppost \u0127are\u0121 l-inbid it-tajjeb l-ewwel, u dak inqas tajjeb fl-a\u0127\u0127ar. Din id-dinja hekk tg\u0127idlek tag\u0127mel. Qed tg\u0127idilna li qed ni\u0121ru wara l-ba\u0127\u0127. Fejn hu Alla tag\u0127kom? Spi\u010b\u010bajt bla flus, bla xog\u0127ol, g\u0127amlulek kalunja, ma da\u0127alx g\u0127alik! Ni\u017cel minn hemm? Qaluha anke lil \u0120esu&#8217; meta kien fuq is-salib. U min qalilu kien jafha l-Iskrittura Mqaddsa, u xorta sfidawh.<\/p>\n<p>A\u0127na rridu nlestu g\u0127al din il-\u0121lieda. Nafu li hemm omm li lesta tid\u0127ol g\u0127alina. L-importanti li nag\u0127mlu l-isforz tag\u0127na. Nemmnu li fl-a\u0127\u0127ar mill-a\u0127\u0127ar Alla \u0127a jirba\u0127, u se jtina inbid mill-aqwa. Kultant, meta tg\u0127addi minn xi kedda, tkun tixtieq tivvendika ru\u0127ek minn dak li jkun, jew tg\u0127id &#8220;kemm nixtieq li jitla&#8217; \u017c-\u017cejt f&#8217;wi\u010b\u010b l-ilma&#8221;. Imma l-arlo\u0121\u0121 tal-Mulej huwa differenti: &#8220;Jien in\u0127ejjilkom mejda quddiem l-g\u0127edewwa tag\u0127kom&#8221; &#8211; il-mument tat-trijonf tag\u0127na, meta l-Mulej jg\u0127idilna: &#8220;Id\u0127lu g\u0127all-festa eterna. Id\u0127lu f&#8217;dak li kien hemm im\u0127ejji g\u0127alikom&#8221;.<\/p>\n<p>Ir-reb\u0127a tag\u0127na tkun li, fl-a\u0127\u0127ar mill-a\u0127\u0127ar, nid\u0127lu fil-festa tat-tie\u0121, fejn \u0120esu&#8217;, bl-inter\u010bessjoni t&#8217;Ommu Marija, \u0127ejjilna nbid tajjeb li ma jispi\u010b\u010bax, u l-kal\u010bi tag\u0127na jkun imfawwar g\u0127al dejjem ta&#8217; dejjem.<\/p>\n<p>Il-laqg\u0127a g\u0127alqet bit-Talba tal-Missierna.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a bdiet bit-Talba tal-Moviment. Wara nqara l-Van\u0121elu skond San Luqa. G\u0127alkemm dan il-Van\u0121elu ng\u0127aqqduh ma\u017c-\u017cwie\u0121, ma jitkellimx fuq l-g\u0127arajjes. L-g\u0127arus jissemma&#8217; biss fl-a\u0127\u0127ar tas-silta. Il-protagonisti ta&#8217; dan il-Van\u0121elu huma \u0120esu&#8217; <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4576,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[204,141],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6054"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=6054"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6054\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":6056,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6054\/revisions\/6056"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4576"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=6054"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=6054"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=6054"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}