{"id":6060,"date":"2019-02-19T22:44:54","date_gmt":"2019-02-19T21:44:54","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=6060"},"modified":"2019-02-19T22:49:56","modified_gmt":"2019-02-19T21:49:56","slug":"prayer-cafe-san-pawl-tahdita-minn-fr-joseph-agius-il-gimgha-8-ta-frar-2019","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/prayer-cafe-san-pawl-tahdita-minn-fr-joseph-agius-il-gimgha-8-ta-frar-2019\/","title":{"rendered":"Prayer Caf\u00e8: SAN PAWL &#8211; ta\u0127dita minn Fr. Joseph Agius, il-\u0120img\u0127a, 8 ta&#8217; Frar 2019."},"content":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a bdiet bit-Talba tal-Moviment.<\/p>\n<p>L-ewwel parti ta&#8217; din it-ta\u0127dita ser tkun fuq il-\u0127ajja ta&#8217; San Pawl, u t-tieni parti fuq xi punti prin\u010bipali tad-duttrina tieg\u0127u u l-impatt li din kellha fuq il-Kristjane\u017cmu. It-Teolo\u0121ija tal-Knisja, li hi bba\u017cata fuq it-Testment il-\u0120did, \u0121eneralment hi bba\u017cata fuq id-duttrina ta&#8217; San Pawl u ta&#8217; San \u0120wann.<\/p>\n<p>San Pawl twieled fid-bidu tal-era nisranija f&#8217;Tarsu ta\u010b-\u010aili\u010bja, fix-xlokk tat-Turkija, xi 22 kilometru &#8216;l bog\u0127od mill-Mediterran. Il-familja kienet Lhudija ta&#8217; osservanza stretta (\u0120udaji\u017cmu). San Pawl isemmi lill-o\u0127tu u neputi fl-ittri tieg\u0127u. F&#8217;Tarsu kellu l-ewwel edukazzjoni tieg\u0127u. Tg\u0127allem il-\u0120udaji\u017cmu u l-Kultura Griega, li narawha mit-tip ta&#8217; Grieg li kien ju\u017ca fl-ittri tieg\u0127u, u l-mod kif kien kellem lill-Griegi f&#8217;diskors li kien g\u0127amel f&#8217;Ateni.<\/p>\n<p>San Pawl kellu \u017cew\u0121 ismijiet &#8211; l-isem Lhudi &#8220;Sawl&#8221;, u l-ie\u0127or Ruman &#8220;Paulos&#8221; peress li kien \u010bittadin Ruman. Meta beda jxandar il-Van\u0121elu inqeda&#8217; l-iktar bl-isem Ruman.<\/p>\n<p>Kompla l-istudji tieg\u0127u f&#8217;\u0120erusalemm, g\u0127and wie\u0127ed mill-aqwa Rabbin &#8211; Gamaljel. Ming\u0127andu kellu formazzjoni tista&#8217; tg\u0127id liberali tal-\u0120udaji\u017cmu, fl-interpretazzjoni tal-Li\u0121i ta&#8217; Mose&#8217;. Studja \u0120erusalemm madwar is-sena 30 sa 36 W.K.<\/p>\n<p>Kien f&#8217;dan i\u017c-\u017cmien li probabbli San Pawl kien involut fil-persekuzzjoni tal-insara. Din kellha l-bidu tag\u0127ha fl-oppo\u017cizzjoni li l-Lhud kienu g\u0127amlu lil \u0120esu&#8217; ta&#8217; Nazzaret, li wasslithom biex dendluh fuq is-salib. Wara l-mewt ta&#8217; \u0120esu&#8217; ppersegwitaw anke lill-insara Lhud li kienu \u0121ew minn barra l-Palestina, fosthom Stiefnu. Kien f&#8217;din il-fa\u017ci li San Pawl beda je\u0127odha kontra l-insara.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p><strong>Il-Konver\u017cjoni ta&#8217; San Pawl<\/strong><\/p>\n<p><img decoding=\"async\" loading=\"lazy\" width=\"400\" height=\"495\" class=\"alignright size-full wp-image-3813\" src=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2015\/02\/IMG_3716_SM.jpg\" alt=\"\" srcset=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2015\/02\/IMG_3716_SM.jpg 400w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2015\/02\/IMG_3716_SM-242x300.jpg 242w\" sizes=\"(max-width: 400px) 100vw, 400px\" \/>Il-kelma &#8220;konver\u017cjoni&#8221; hi tajba, imma rridu n\u017commu quddiem g\u0127ajnejna li wara fl-esperjenza fit-triq ta&#8217; Damasku, San Pawl ma \u010ba\u0127ad assolutament xejn mill-fidi li kellu qabel. Fit-triq ta&#8217; Damasku nteba\u0127 li \u010b-\u010bentru tal-fidi tieg\u0127u, li kienet il-weg\u0127diet li Alla kien g\u0127amel mall-poplu Lhudi fit-Testment il-Qadim, se\u0127\u0127ew fil-\u0121rajja ta&#8217; Kristu. Allura nistg\u0127u nikkunsidraw l-a\u010b\u010bettazzjoni tal-Kristjane\u017cmu minn San Pawl mhux e\u017catt b\u0127ala konver\u017cjoni, imma aktar b\u0127ala \u017cvilupp fil-fidi Lhudija tieg\u0127u. Hi konver\u017cjoni fis-sens li, min\u0127abba din l-a\u010b\u010bettazzjoni li Kristu hu t-twettiq tal-weg\u0127diet li Alla g\u0127amel lill-Poplu Lhudi fit-Testment il-Qadim, San Pawl biddel kompletament l-atte\u0121\u0121jament tieg\u0127u lejn il-Kristjane\u017cmu u l-komunitajiet insara. Dil-bidla b&#8217;xi mod nistg\u0127u nsej\u0127ulha &#8220;konver\u017cjoni&#8221;.<\/p>\n<p>Il-\u0121rajja fit-triq ta&#8217; Damasku g\u0127andha aspett ie\u0127or. Jekk naqraw ir-rakkonti li g\u0127amel Luqa fl-Atti tal-Appostli, u r-riferimenti li g\u0127amel San Pawl fid-diskorsi tieg\u0127u, dan iktar jinsisti fuq il-fatt li f&#8217;dik l-esperjenza r\u010bieva s-sej\u0127a g\u0127all-apostolat biex ixandar il-Van\u0121elu. Kif inteba\u0127 b&#8217;dan, mar jag\u0127mel irtir fid-de\u017cert tas-Sirja. Meta re\u0121a&#8217; lura beda jxandar il-Van\u0121elu f&#8217;Damasku, u hawnhekk \u0127alla mressjoni tajba.<\/p>\n<p>Meta beda jxandar il-Van\u0121elu, peress li qatt ma kellu kuntatt personali ma&#8217; Kristu, u peress li l-mandatt biex ikun appostlu r\u010bevih f&#8217;dik is-sej\u0127a, ried ikun \u010bert minn dak li kien qed jg\u0127allem. Allura mar \u0120erusalemm biex jitkellem ma&#8217; Pietru, \u0127alli dak li kien qed jg\u0127allem jaqbel ma&#8217; dak li Pietru kien \u0127a ming\u0127and \u0120esu&#8217;. L-insara ta&#8217; \u0120erusalemm ma tantx fdawh lil Pawlu, g\u0127ax kienu jafuh b\u0127ala wie\u0127ed li jippersegwita lill-Knisja. Wara rritorna lejn Tarsu, art twelidu.<\/p>\n<p>Sadanittant, il-Kristjane\u017cmu kien beda jinfirex lil hinn mix-xtut tal-Palestina. Kien hemm komunita&#8217; mportanti f&#8217;Antijokja, is-Sirja. Kien hawnhekk li l-insara bdew jissejj\u0127u Kristjani. Kien hemm b\u017conn li din il-komunita&#8217; tissa\u0127\u0127a\u0127. Allura Barnaba mar Tarsu u sejja\u0127 lil Pawlu u \u0127adu mieg\u0127u fl-Antijokja. Dawn it-tnejn jing\u0127ad li r\u010bevew il-mandatt tag\u0127hom b&#8217;intervent tal-Ispirtu s-Santu.<\/p>\n<p>San Pawl g\u0127amel tlett vja\u0121\u0121i missjunarji. L-ewwel wie\u0127ed g\u0127amlu ma&#8217; Barnaba. Fil-bidu mexxa Barnaba, u mbag\u0127ad San Pawl \u0127a l-inizzjattiva u mexxa hu. Marru tajjeb. Waqqfu diversi komunitajiet insara u \u0121rat \u0127a\u0121a li ma kinux qed jistennewha &#8211; il-Van\u0121elu \u0121ie milqug\u0127 mill-pagani, u mhux mill-Lhud.<\/p>\n<p>Din \u0127olqot problema, g\u0127ax kien hemm Lhud o\u0127ra li kienu a\u010b\u010bettaw il-Kristjane\u017cmu u dawn dehrilhom li l-pagani konvertiti kellhom isiru Lhud b\u0127alhom. Rieduhom joqg\u0127odu g\u0127al-Li\u0121i ta&#8217; Mose&#8217;. Meta l-Lhud ta&#8217; \u0120erusalemm ikkonvertew g\u0127all-Kristjane\u017cmu, dawn \u0127assewhom marbutin bl-obbligi kollha li kienet marbuta l-komunita&#8217; Lhudija. Kienu jmorru regolarment is-Sinagoga. Dawn ippretendew li l-pagani konvertiti jsiru Lhud b\u0127alhom, ji\u0121ifieri joqg\u0127odu g\u0127all-Li\u0121i ta&#8217; Mose&#8217;. San Pawl ma ridx dan. G\u0127alhekk iltaqa&#8217; l-Kon\u010bilju ta&#8217; \u0120erusalemm, b&#8217;inizzjattiva ta&#8217; San Pawl u Barnaba. \u0120ie de\u010bi\u017c li l-Li\u0121i ma tobbligax lill-pagani li jsiru Lhud.<\/p>\n<p>Il-Kon\u010bilju ta&#8217; \u0120erusalemm, pero&#8217;, m&#8217;affrontax problema li min\u0127abba fiha kienu tlewwmu Pawlu u Pietru. Kienet tolqot \u017cew\u0121 gruppi ta&#8217; nsara &#8211; dawk li \u0121ejjin mill-\u0120udaji\u017cmu u dawk li \u0121ejjin mill-pagani\u017cmu. Tal-ewwel \u0127assuhom marbutin mal-Li\u0121i ta&#8217; Mose&#8217;. Kienu josservaw \u010bertu drawwiet ta&#8217; purita&#8217; ritwali li ma kinux i\u0127alluhom jit\u0127alltu ma&#8217; dawk li ma josservawx l-istess normi. G\u0127alhekk kienet saret impossibbli g\u0127a\u017c-\u017cew\u0121 gruppi li jiltaqg\u0127u flimkien u ji\u010b\u010belebraw il-Litur\u0121ija flimkien. Bl-atte\u0121\u0121jament tieg\u0127u, Pietru kien ta l-impressjoni li din is-sitwazzjoni kienet \u0127a\u0121a a\u010b\u010bettabbli, g\u0127alhekk San Pawl \u0127adha bi kbira.<\/p>\n<p>Kien hemm ukoll it-tieni u t-tielet vja\u0121\u0121 missjunarju. Fi tmiem it-tielet vja\u0121\u0121, San Pawl tela&#8217; \u0120erusalemm, fejn iltaqa&#8217; ma&#8217; Tro\u017cimu, li kien pagan. Il-Lhud \u0127asbu li San Pawl kien da\u0127\u0127lu fit-tempju, daru g\u0127alih u kienu s-suldati Rumani li salvawlu \u0127ajtu. Arrestaw\u0127 u dam fil-\u0127abs sentejn. Meta nteba\u0127 li l-Gvernatur il-\u0121did seta&#8217; jag\u0127tih f&#8217;idejn il-Lhud, Pawlu appella biex jintbg\u0127at Ruma. Telaq minn \u010aesarija Marittima u spi\u010b\u010ba Malta.<\/p>\n<p>Il-vja\u0121\u0121 li wasslu Malta ma kienx wie\u0127ed missjunarju. Infatti, matul il-vja\u0121\u0121, ma jg\u0127idx kelma wa\u0127da fuq \u0120esu&#8217;. G\u0127alkemm l-awtur tar-rakkont isemmi xi mirakli u fejqan li g\u0127amel hawn imma ma jg\u0127id xejn dwar predikazzjoni li San pawl seta&#8217; g\u0127amel hawn.<\/p>\n<p>San Pawl ma kienx jitlef okka\u017c\u017cjoni biex ixandar lil Kristu. G\u0127alkemm m&#8217;hemmx miktub hekk, pero&#8217; fil-vja\u0121\u0121 xandar lil Kristu, u anke hawn Malta, kif in\u017commu fit-tradizzjoni tag\u0127na. Meta farfar il-lifg\u0127a fin-nar u \u0127asbuh xi alla, San Pawl approfitta ru\u0127u minn dan l-in\u010bident biex ixandar lil Kristu. Luqa ma jg\u0127idx hekk, g\u0127ax ir-rakkont tieg\u0127u jsegwi l-pro\u0121ett t&#8217;Alla kif fehmu hu. Fl-Atti tal-Appostli k1, v8: &#8220;Meta ji\u0121i fuqkom l-Ispirtu s-Santu, intom tir\u010bievu l-qawwa u tkunu xhieda Tieg\u0127u li xxandru l-Van\u0121elu Tieg\u0127u f&#8217;\u0120erusalemm, fil-Lhudija, fis-Samarija, u sat-truf tal-art&#8221;. San Luqa jsegwi din l-iskema &#8211; l-ewwel ix-xandir tal-Van\u0121elu f&#8217;\u0120erusalemm, fil-Lhudija, fis-Samarija, u mbag\u0127ad ix-xandir tal-Van\u0121elu barra x-xtut tal-Palestina &#8211; Antijokja, l-A\u017cja Minuri, l-Gre\u010bja u l-Afrika.<\/p>\n<p>San Pawl kien parti mit-twettiq ta&#8217; dan il-pro\u0121ett. Kellu jxandar il-Van\u0121elu sat-trufijiet tal-art. Luqa ma ppretendiex li l-Van\u0121elu jixxandar fid-dinja kollha, imma meta l-Van\u0121elu \u0121ie mxandar Ruma &#8211; i\u010b-\u010bentru tal-Imperu Ruman li kien jirrappre\u017centa d-dinja ta&#8217; dak i\u017c-\u017cmien &#8211; dik g\u0127alih kienet sat-trufijiet tal-art. Allura ppre\u017centa lil San Pawl b\u0127ala individwu totalment ikkon\u010bentrat fuq din il-missjoni f&#8217;Ruma. Infatti injora g\u0127all-kollox kull xandir ie\u0127or li San Pawl seta&#8217; g\u0127amel tul dan il-vja\u0121\u0121. L-Atti tal-Appostli jag\u0127laq proprju bix-xandir tal-evan\u0121elju f&#8217;Ruma &#8211; sat-trufijiet tal-art.<\/p>\n<p>Meta wasal Ruma, San Pawl kien f&#8217;\u0127abs domi\u010biljarju &#8211; fid-dar &#8211; imma kellu liberta&#8217; kbira, u anke g\u0127amel xi vja\u0121\u0121. \u0126a l-martirju ta\u0127t Neruni, bejn wie\u0127ed u ie\u0127or fis-sena 67 W.K. Indifen fejn \u0127a l-martirju, fejn illum hemm il-Basilika ta&#8217; San Paolo Fuori Mura, li nbiet fis-seklu IV.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p><strong>It-Tag\u0127lim ta&#8217; San Pawl<\/strong><\/p>\n<p>Il-\u0121rajja fit-triq ta&#8217; Damasku kienet importanti g\u0127al San Pawl g\u0127aliex mhux biss inteba\u0127 li l-Kristjane\u017cmu hu t-twettiq tal-weg\u0127diet li Alla kien g\u0127amel lill-antenati tieg\u0127u fit-Testment il-Qadim, mhux biss inteba\u0127 li kien imsejja\u0127 g\u0127all-apostolat, imma kellu intuizzjoni o\u0127ra dwar ir-rapport ta&#8217; kull nisrani ma&#8217; Kristu. Fl-esperjenza li kellu \u0120esu&#8217; qallu: &#8220;Jien \u0120esu&#8217; li inti qieg\u0127ed tippersegwitah&#8221;. San Pawl inteba\u0127 bl-identita&#8217; &#8211; l-g\u0127aqda &#8211; li hemm bejn kull nisrani u Kristu. Fl-ittri tieg\u0127u jitkellem diversi drabi fuq din l-g\u0127aqda: &#8220;Batejna ma&#8217; Kristu, issallabna ma&#8217; Kristu, mitna ma&#8217; Kristu, indfinna ma&#8217; Kristu, qomna ma&#8217; Kristu, konna gglorifikati ma&#8217; Kristu, insaltnu ma&#8217; Kristu&#8221;.<\/p>\n<p>San Pawl jirrappre\u017centa din l-g\u0127aqda b&#8217;mod figurattiv &#8211; id-dielja li fiha \u0121ew imlaqqmin frieg\u0127i \u0121odda. Il-kambjament li \u0121\u0121ib mag\u0127ha din l-g\u0127aqda ma&#8217; Kristu hu wie\u0127ed morali &#8211; mitna g\u0127ad-dnub u qomna g\u0127all-grazzja. Din hi l-parte\u010bipazzjoni tag\u0127na fil-Misteru tal-G\u0127id.<\/p>\n<p>San Pawl iqabbel ir-rwol ta&#8217; kull nisrani fil-komunita&#8217; lokali ma&#8217; diversi partijiet tal-\u0121isem tal-bniedem. Dan fih \u0127afna membri li kollha g\u0127andhom rwol partikolari. Allura anke l-insara fi \u0127dan il-komunita&#8217; g\u0127andhom rwol partikolari. Pero&#8217; hemm armonija bejniethom, u l-insara g\u0127andhom jiffunzjonaw bejniethom e\u017cattament kif jiffunzjonaw id-diversi membri tal-\u0121isem tal-bniedem.<\/p>\n<p>San Pawl jitkellem hekk g\u0127ax \u0127abbat wi\u010b\u010bu ma&#8217; problema kbira fil-komunita&#8217; ta&#8217; Korintu. Kien hemm firda fuq diversi livelli. Kien hemm grupp li kien tg\u0127ammed minn San Pietru, grupp li kien tg\u0127ammed minn San Pawl, ie\u0127or minn Apollo. Kienu qed jikkunsidraw ru\u0127hom b\u0127ala tlett gruppi differenti. Barra din il-firda, kien hemm o\u0127ra ta&#8217; natura ekonomika. Dak i\u017c-\u017cmien, ma\u010b-\u010belebrazzjoni tal-Ewkaristija kien hemm ikla, tradizzjonalment tissejja\u0127 &#8220;Agape&#8221;. F&#8217;din l-ikla kien ikun hemm min ikollu biex jiffanga, u kien ikun hemm min jibqa&#8217; bil-\u0121u\u0127, min\u0127abba li kien hemm din id-diversita&#8217; ekonomika bejn it-tlett gruppi li kienu fi \u0127dan il-komunita&#8217; ta&#8217; Korintu.<\/p>\n<p>Fil-komunita&#8217; ta&#8217; Korintu kien hemm ukoll il-Kari\u017cmati\u010bi. Kien hemm xi w\u0127ud li kellhom doni tal-Ispirtu s-Santu. B&#8217;xi mod dawn kienu qed i\u0127arsu &#8216;l isfel lejn dawk li ma kellhom l-ebda don. San Pawl ma fela\u0127x g\u0127al din is-sitwazzjoni. Kien g\u0127alhekk li t\u0127addet fuq il-fatt li fil-\u0121isem hemm \u0127afna membri li, g\u0127alkemm diversi, ilkoll jikkoperaw flimkien g\u0127all-\u0121id tal-\u0121isem. L-istess, id-diversita&#8217; fil-komunita&#8217; g\u0127andha sservi biex il-gruppi jg\u0127inu lil xulxin g\u0127all-\u0121id tal-komunita&#8217; kollha. San Pawl qallhom li g\u0127alkemm tg\u0127ammdu minn persuni differenti, il-mag\u0127mudija hi wa\u0127da. &#8220;Fl-Ewkaristija lkoll tieklu minn \u0127ob\u017ca wa\u0127da u ting\u0127aqdu ma&#8217; Kristu. Min g\u0127andu d-don tal-Ispirtu s-Santu, hu dan l-istess Spirtu li qed jag\u0127tihom, allura g\u0127andu jkun hemm din l-g\u0127aqda bejnietkom u \u0121\u0121ibu ru\u0127kom e\u017catt b\u0127al ma d-diversi membri tal-\u0121isem i\u0121ibu ru\u0127hom g\u0127all-\u0121id tal-istess \u0121isem&#8221;.<\/p>\n<p>Din l-ideja wasslet lil Pawlu g\u0127al ideja o\u0127ra &#8211; dik tal-\u0120isem Mistiku ta&#8217; Kristu. Jikkunsidra l-Knisja Universali b\u0127ala l-\u0120isem Mistiku ta&#8217; Kristu, u lil Kristu b\u0127ala r-ras tal-Knisja. Jippre\u017centah hekk ta\u0127t \u017cew\u0121 aspetti. Fl-aspett semitiku, ir-ras, meta tintu\u017ca metaforikament fil-lingwi Semiti\u010bi, tindika awtorita&#8217;. Hemm imbag\u0127ad l-aspett Grieg, li kienu jqisu r-ras b\u0127ala l-prin\u010bipju vitali tal-bniedem &#8211; dak li jag\u0127ti l-\u0127ajja. Meta San Pawl jippre\u017centa lil Kristu ta\u0127t dan l-aspett, qed juri li Kristu hu dak li minnu tie\u0127u s-sa\u0127\u0127a l-Knisja.<\/p>\n<p>Il-Lhud li kienu kkonvertew g\u0127all-Kristjane\u017cmu kienu konvinti li kienu g\u0127adhom marbutin bl-obbligi tal-Li\u0121i ta&#8217; Mose&#8217;, u ppretendew li l-pagani li kkonvertew kellhom joqg\u0127odu g\u0127al din il-Li\u0121i. San Pawl ra d-diffikultajiet ta&#8217; din l-ideja u skopra li kienet iktar fa\u010bli li tikkonverti lill-pagani milli lil-Lhud. Kellhom problema ta&#8217; natura fi\u017cika &#8211; li jmorru \u0120erusalemm biex jag\u0127tu qima lil Alla fil-festi tal-Lhud, joqg\u0127odu g\u0127a\u010b-\u010birkon\u010bi\u017c\u017cjoni, et\u010b. San Pawl kien tal-ideja li fil-ka\u017c tal-pagani l-Li\u0121i ta&#8217; Mose&#8217; ma torbotx. Il-Kon\u010bilju ta&#8217; \u0120erusalemm a\u010b\u010betta din l-ideja.<\/p>\n<p>Kien hemm ukoll ra\u0121uni teolo\u0121ika li San Pawl jittratta fl-Ittra lir-Rumani u fl-Ittra lill-Galatin &#8211; il-problema tal-\u0121ustifikazzjoni &#8211; kif wie\u0127ed isalva. Il-Bibbja kollha tippre\u017centa lil Alla b\u0127ala Esseri Sovran li l-bniedem irid joqg\u0127od g\u0127alih. Pero&#8217;, fit-tradizzjoni Lhudija, kemm tat-Testment il-Qadim, u anke l-\u0120udaji\u017cmu ta&#8217; \u017cmien San Pawl, kienu jenfasizzaw \u0127afna il-\u0127niena t&#8217;Alla. Kienu qed jippromwovu l-ideja li, jekk inti tag\u0127mel \u010berti affarijiet, tista&#8217; b&#8217;xi mod tikkundizzjona lil Alla biex Hu jtik dak li g\u0127andek b\u017conn &#8211; is-salvazzjoni. Fit-Testment il-Qadim hemm test li jitkellem fuq l-elemo\u017cina&#8217;, l-offerta tas-sagrifi\u010b\u010bji. Imma l-\u0120udaji\u017cmu u xi Lhud li kienu kkonvertew wa\u0127\u0127luha f&#8217;rashom li jekk wie\u0127ed joqg\u0127od g\u0127al-li\u0121i ta&#8217; Mose&#8217; b&#8217;xi mod jista&#8217; jikkondizzjona lil Alla biex Hu jtih is-salvazzjoni. Jappellaw g\u0127all-\u0127niena t&#8217;Alla bl-osservanza tal-Li\u0121i ta&#8217; Mose&#8217;.<\/p>\n<p>Din l-ideja lil San Pawl ma ni\u017clitlux. G\u0127alih Alla hu b\u0127al fu\u0127\u0127ari, li b&#8217;\u010bappa tafal jag\u0127mel o\u0121\u0121ett ta&#8217; unur. Bl-ebda mod ma jista&#8217; l-bniedem jikkundizzjona lil Alla. Fl-Ittri tieg\u0127u lir-Rumani u lil Galatin jinsisti \u0127afna li s-salvazzjoni l-bniedem ma jiksibiex bl-osservanza tal-Li\u0121i ta&#8217; Mose&#8217;, imma bil-fidi fi Kristu. Alla di\u0121a&#8217; tana s-salvazzjoni permezz ta&#8217; Kristu. Il-bniedem ja\u010b\u010betta dan id-don jekk jibda jemmen fi Kristu.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Il-laqg\u0127a g\u0127alqet bit-talba tal-Missierna.<\/p>\n<p><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a bdiet bit-Talba tal-Moviment. L-ewwel parti ta&#8217; din it-ta\u0127dita ser tkun fuq il-\u0127ajja ta&#8217; San Pawl, u t-tieni parti fuq xi punti prin\u010bipali tad-duttrina tieg\u0127u u l-impatt li din kellha <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":5417,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[204,145],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6060"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=6060"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6060\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":6064,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6060\/revisions\/6064"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/5417"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=6060"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=6060"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=6060"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}