{"id":6071,"date":"2019-03-06T09:52:24","date_gmt":"2019-03-06T08:52:24","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/prayer-cafe-l-imhabba-lejn-l-ghadu-is-7-hadd-matul-is-sena-tahdita-mis-sur-joe-huber-il-gimgha-22-ta-frar-2019\/"},"modified":"2019-03-06T09:57:59","modified_gmt":"2019-03-06T08:57:59","slug":"prayer-cafe-l-imhabba-lejn-l-ghadu-is-7-hadd-matul-is-sena-tahdita-mis-sur-joe-huber-il-gimgha-22-ta-frar-2019","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/prayer-cafe-l-imhabba-lejn-l-ghadu-is-7-hadd-matul-is-sena-tahdita-mis-sur-joe-huber-il-gimgha-22-ta-frar-2019\/","title":{"rendered":"Prayer Caf\u00e8: L-IM\u0126ABBA LEJN L-G\u0126ADU &#8211; is-7 \u0126add Matul is-Sena &#8211; ta\u0127dita mis-Sur Joe Huber, il-\u0120img\u0127a, 22 ta&#8217; Frar, 2019."},"content":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a bdiet bit-Talba tal-Moviment.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Imbag\u0127ad inqara l-Van\u0121elu minn<a href=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/sermon\/l-imhabba-lejn-l-ghadu-is-7-hadd-matul-is-sena-24-ta-frar-2019\/\"> San Luqa, k6, v27-38<\/a>. Dan hu Van\u0121elu iebes. It-tag\u0127lim li qed juri \u0120esu&#8217; f&#8217;dawn l-a\u0127\u0127ar siltiet huwa rivoluzzjoni. Il-Li\u0121i hemm baqg\u0127et, imma issa \u0127adet xejr&#8217;o\u0127ra, saret iktar radikali: <strong>&#8220;\u0126obb lil min jag\u0127millek il-\u0127sara&#8221;, &#8220;\u0126obb lill-g\u0127adu u lil min jobg\u0127odek&#8221;. <\/strong>\u017bew\u0121 kelmiet ji\u0121bru dan kollu: <strong><em>Im\u0127abba <\/em><\/strong>u <strong><em>Ma\u0127fra.<\/em><\/strong><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>L-ideja tal-im\u0127abba altruista di\u0121a&#8217; nsibuha fl-ewwel \u0127ames kotba tal-Iskrittura Mqaddsa &#8211; il-Pentatewku, per e\u017cempju, Levitiku k19 v18: <strong>&#8220;La tit\u0127allasx b&#8217;idejk u la \u017c\u017commx f&#8217;qalbek g\u0127al ulied niesek, imma \u0127obb lill-g\u0127ajrek b\u0127alek innifsek&#8221;. <\/strong>Fid-Dewteronomju nsibu: <strong>&#8220;G\u0127alija l-\u0127las u l-vendetta&#8221;<\/strong><\/p>\n<p><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<p>Il-\u0121udizzju uman, xi ftit jew wisq, dejjem im\u010bappas bil-vendetta, bit-tpattija, g\u0127aliex l-im\u0127abba tag\u0127na hi dejjem imperfetta. Il-vera tifsira tal-im\u0127abba jaghtiha San Pawl fl-Ewwel Ittra lill-Korintin, k13: <strong>&#8220;U kieku kelli nqassam \u0121idi kollu fil-karita&#8217;, u nag\u0127ti \u0121ismi g\u0127all-\u0127ruq bla ma jkolli m\u0127abba, xejn ma jkun jiswieli ta&#8217; \u0121id. L-im\u0127abba taf tistabar u t\u0127enn, l-im\u0127abba mhix g\u0127ajjura, ma tintefa\u0127x biha nnifisha, ma titkabbarx fuq l-o\u0127rajn, ma tag\u0127milx dak li mhux xieraq, ma tfittix dak li hu tag\u0127ha. Xejn ma tinkorla, ma \u017c\u017commx f&#8217;qalbha g\u0127ad-deni, ma tifra\u0127x bl-in\u0121ustizzja, imma tifra\u0127 bil-verita&#8217;. Kollox tag\u0127der, kollox temmen, kollox tistaporti. L-im\u0127abba ma tintemm qatt&#8221;.<\/strong><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>A\u0127na ng\u0127ixu bil-<strong><em>fidi, <\/em><\/strong>bit-<strong><em>tama<\/em><\/strong>, u bl-<strong><em>im\u0127abba<\/em><\/strong>, pero&#8217; meta mmutu l-fidi u t-tama jispi\u010b\u010baw. Tibqa&#8217; biss l-im\u0127abba. <strong>&#8220;Meta jfe\u0121\u0121 Dak li Hu s\u0127i\u0127, jg\u0127ib dak li hu nieqes. B\u0127alissa naraw b\u0127alli kieku f&#8217;mera, imbag\u0127ad naraw wi\u010b\u010b imb&#8217;wi\u010b\u010b. Issa hawn fidi, tama, u m\u0127abba. L-ikbar fosthom hi l-im\u0127abba&#8221;.<\/strong><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>\u0120esu&#8217; stqarr li Hu ma \u0121iex biex ine\u0127\u0127i l-Li\u0121i, imma biex jipperfezzjonha. U x&#8217;inhu dak li jag\u0127milha perfetta? Il-qies li bih titkejjel l-im\u0127abba mhux i\u017cjed bniedem ma&#8217; bniedem, imma ma&#8217; \u0120esu&#8217; stess: <strong>&#8220;Intom tridu t\u0127obbu b\u0127alma \u0127abbejtkom Jien&#8221;. <\/strong>Din hi d-differenza, ir-rivoluzzjoni. Dan li jag\u0127milha perfetta. \u0120esu qalilna biex nixb\u0127u Lilu g\u0127ax Hu hekk g\u0127amel.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Il-Kmandament tal-Im\u0127abba jolqot, l-ewwel nett, mhux lil min i\u0127obbna, imma lil min jag\u0127mlilna d-deni, jg\u0127ajjarna, i\u017cebla\u0127na, jisraqna, ikun kiefer mag\u0127na. Kristu, fuq is-salib, dan kellu.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Issa rridu nag\u0127mlu distinzzjoni bejn l-att u l-persuna. Anke l-ikbar delinkwent huwa xbiha t&#8217;Alla, u nafu li Alla dejjem ji\u0121ri warajna biex jer\u0121a jressaqna lejn il-mer\u0127la, b\u0127al fil-Parabbola tan-Nag\u0127\u0121a l-Mitlufa. <strong>&#8220;Ikun hemm iktar fer\u0127 fis-sema g\u0127al bniedem li jikkonverti, milli g\u0127ad-disg\u0127a u disg\u0127in li m&#8217;g\u0127andomx b\u017conn il-konver\u017cjoni&#8221;.<\/strong><\/p>\n<p><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<p>Il-\u0121ustizzja g\u0127anda ssir bl-im\u0127abba, mhux bil-vendikazzjoni. Il-prin\u010bijpju ta&#8217; g\u0127ajn g\u0127al g\u0127ajn u sinna b&#8217;sinna, pero&#8217;, g\u0127adu jintiret sal-\u0121urnata tal-lum. Allura rridu ng\u0127arblu lilna nfusna, g\u0127aliex xi mkien f&#8217;qalbna dejjem se nsibu dik ir-rokna ma\u0127mu\u0121a li rridu na\u0127dmu fuqha. G\u0127andna dejjem nitolbu lill-Ispirtu s-Santu biex idawwlilna mo\u0127\u0127na biex inkunu nistg\u0127u nnaddfuha. Il-Papa Fran\u0121isku dejjem jis\u0127aq fuq kemm Alla j\u0127obbna, tant li jsofri mag\u0127na. Il-talb hu d-direzzjoni li g\u0127andna m&#8217;Alla.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>San Pawl jg\u0127idilna li Alla \u0127abbna bla ma ta kas li a\u0127na konna g\u0127edewwa Tieg\u0127u. <strong>&#8220;Meta a\u0127na konna bla sa\u0127\u0127a, Kristu, meta wasal i\u017c-\u017cmien, miet g\u0127all-\u0127\u017ciena. Bilkemm wie\u0127ed imut g\u0127al wie\u0127ed tajjeb, g\u0127alkemm wie\u0127ed g\u0127andu mnejn jag\u0127mel il-qalb u jmut g\u0127al bniedem \u0121ust. I\u017cda Alla wriena l-im\u0127abba Tieg\u0127u meta Kristu miet g\u0127alina, a\u0127na li konna g\u0127adna midinbin&#8221;.<\/strong><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Permezz ta&#8217; Kristu er\u0121ajna sibna l-\u0127biberija li kienet intilfet min\u0127abba d-dnub tan-nisel. Issa \u0127add ma jista&#8217; j\u0127obb u ja\u0127fer jekk ma jarax lil Kristu Msallab fl-o\u0127rajn, u l-appo\u0121\u0121 spiritwali u anke fi\u017ciku tal-komunita&#8217;. We\u0127idna ma naslux biex na\u0127fru.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Il-Papa Fran\u0121isku jg\u0127id: <strong>&#8220;Jekk jien in\u0127obb bis-serjeta&#8217;, lil Knisja ma nippruvax inkissirha bis-snini&#8221;. <\/strong>Min ja\u0127seb li qed jg\u0127ix \u0127ajja nisranija kwa\u017ci perfetta, dejjem g\u0127andu dik ix-xi \u0127a\u0121a \u0121o qalbu li jrid jirran\u0121a. Din hi l-mixja tal-konver\u017cjoni, mhux episodju, imma kontinwita&#8217;.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>L-im\u0127abba lejn l-g\u0127adu hi l-pedament tal-Kristane\u017cmu. Im\u0127abba mhux lejn l-g\u0127emil, imma lejn il-persuna. <strong>&#8220;\u0126ennu b\u0127al ma Hu \u0127anin Missierkom&#8221;. <\/strong>Il-\u0126niena t&#8217;Alla hi nfinita. A\u0127na rridu nersqu lejn l-infinita&#8217; tal-\u0127niena, tal-im\u0127abba, l-im\u0127abba g\u0127otja. <strong>&#8220;Ti\u0121\u0121udikawx, u ma tkunux i\u0121\u0121udikati, tikkundannawx, u ma tkunux ikkundannati, a\u0127fru, u ssibu l-ma\u0127fra&#8221;. &#8220;Kejl tajjeb, marsus, mhe\u017c\u017ce\u017c tajjeb u mbur\u0121at iqeg\u0127dulkom f&#8217;\u0127o\u0121orkom, g\u0127ax bl-istess kejl li tkejjlu intom jitkejjel lilkom&#8221;.<\/strong><\/p>\n<p><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<p>Dan kollu jin\u0121abar fil-kliem tal-Missierna: <strong>&#8220;A\u0127rilna dnubietna b\u0127al m&#8217;a\u0127na na\u0127fru lil min hu \u0127ati g\u0127alina&#8221;.<\/strong><\/p>\n<p><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<p>Alla j\u0127obb lil midneb, imma jobg\u0127od id-dnub. Allura j\u0127obb lil midneb biex jer\u0121a ji\u0121bdu Lejh. U a\u0127na \u0127afna drabi nobg\u0127odu lill-midinbin! Jekk a\u0127na ma n\u0127obbux l-g\u0127edewwa tag\u0127na, allura a\u0127na g\u0127edewwa t&#8217;Alla? L-g\u0127adu hu \u0127olqien t&#8217;Alla, anke jekk iwe\u0121\u0121ana u jag\u0127mlilna l-\u0127sara. U lill-Iben t&#8217;Alla, min ma we\u0121\u0121g\u0127ux, spe\u010bjalment fuq is-salib?\u00a0 Qg\u0127ad g\u0127a\u017c-\u017cebli\u0127, g\u0127all-b\u017cieq, g\u0127at-tg\u0127ajir, g\u0127as-swat, g\u0127at-tislib. Dan kollu g\u0127all-midneb. Fuq is-salib qal: <strong>&#8220;A\u0127frilhom, g\u0127ax ma jafux x&#8217;inhuma jag\u0127mlu&#8221;. <\/strong>\u0120esu&#8217; qabe\u017c g\u0127alihom quddiem Alla.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Dan hu l-qofol ta&#8217; dan il-Van\u0121elu. \u0120esu&#8217; ma ne\u0127\u0127iex in-normi tal-Li\u0121i, imma \u0121abha g\u0127all-perfezzjoni. A\u0127na rridu nag\u0127mlu \u0127ilitna biex nixb\u0127u lil Alla, li j\u0127obb bla ma jqis Lilu nnisfu. Madre Tere\u017ca hi e\u017cempju ta&#8217; dan: <strong>&#8220;Biex t\u0127obb bis-serjeta&#8217; trid twe\u0121\u0121a&#8221;.<\/strong><\/p>\n<p><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<p>Il-mibg\u0127edu dejjem fiha element ta&#8217; egoi\u017cmu. In\u0127allu l-ispirtu tad-dinja jirkibna u jbeg\u0127dna minn Alla, g\u0127ax nilqg\u0127u l-messa\u0121\u0121i tal-profeti foloz. A\u0127na rridu nipperswadu ru\u0127na li sitwazzjonijiet prekarji ma nistg\u0127ux nirb\u0127uhom jekk mhux bl-intervent t&#8217;Alla, bit-talb, u bid-dehen tal-Ispirtu s-Santu. We\u0127idna hi mpossibbli. L-im\u0127abba mhix atte\u0121\u0121jament interjuri, xi \u0127a\u0121a li n\u0127ossu. <strong>&#8220;Lil min jag\u0127millek id-deni, pattilu b&#8217;\u0121id&#8221;.<\/strong><\/p>\n<p><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<p>Mhix fa\u010bli, imma din hi r-rivoluzzjoni li \u0121ab \u0120esu&#8217;. Trid tirba\u0127 lilek innifsek, tag\u0127mel sforz kbir, trid tkun konvint. Barra dak li hu spiritwali, jid\u0127ol ukoll l-element psikolo\u0121iku. Meta jirnexxilek tpatti azzjoni \u0127a\u017cina b&#8217;wa\u0127da tajba, anke psikolo\u0121ikament t\u0127ossok iktar b&#8217;sa\u0127\u0127tek. Mhux li t\u0127ossok superjuri, imma aktar pa\u010bi mieg\u0127ek innifsek.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Na\u0127sbu ftit fuq dan il-Van\u0121elu u ng\u0127arblu lilna nfusna b&#8217;reqqa, u nfittxu r-rokna li g\u0127andna b\u017conn innaddfu. Il-ma\u0127fra awtentika&#8217; m&#8217;hix atte\u0121\u0121jement ta&#8217; superjorita&#8217;. Irridu nkunu b\u0127al Kristu, g\u0127ax is-suppervja twebbes il-qlub, ittella&#8217; l-\u0127itan bejnietna, filwaqt li l-im\u0127abba lejn l-g\u0127edewwa tag\u0127milna nixb\u0127u lil Alla, li ma talabna xejn biex bag\u0127tilna lill-Ibnu. Hu \u0127allas il-prezz g\u0127alina. <strong>&#8220;Dak li tridu li \u0127addie\u0127or jag\u0127mel mag\u0127kom, ag\u0127mluh intom lil \u0127addie\u0127or&#8221;<\/strong><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Fl-im\u0127abba fraterna m&#8217;hemmx kompromessi, imma hi mibnija fuq ir-rispett u l-a\u010b\u010bettazzjoni tal-ie\u0127or, anke meta dan g\u0127andu idejat opposti g\u0127al tag\u0127na. Irridu dejjem infittxu dak li jg\u0127aqqadna.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Santu Wistin jg\u0127id: <strong>&#8220;Kristu hu kollox g\u0127alina. Jekk tixiteq tfejjaq il-\u0121rie\u0127i tieg\u0127ek, Hu t-Tabib. jekk int mg\u0127obbi bil-\u0127tija, Hu l-\u0120ustizzja. Jekk g\u0127andek b\u017conn l-g\u0127ajnuna, huwa Hu li jtik il-Qawwa. Jekk tib\u017ca mill-mewt, ftakar li Hu l-\u0126ajja. Jekk tixtieq il-\u0120enna, Hu it-Triq. Jekk ta\u0127rab id-dlam, Hu id-Dawl. Jekk tfittex l-ikel, Hu is-Sustanzi&#8221;.<\/strong><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Il-laqg\u0127a g\u0127alqet bit-Talba tal-Missierna.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a bdiet bit-Talba tal-Moviment. &nbsp; Imbag\u0127ad inqara l-Van\u0121elu minn San Luqa, k6, v27-38. Dan hu Van\u0121elu iebes. It-tag\u0127lim li qed juri \u0120esu&#8217; f&#8217;dawn l-a\u0127\u0127ar siltiet huwa rivoluzzjoni. Il-Li\u0121i hemm baqg\u0127et, <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":0,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[220,204],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6071"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=6071"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6071\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":6075,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6071\/revisions\/6075"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=6071"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=6071"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=6071"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}