{"id":6091,"date":"2019-03-25T09:59:56","date_gmt":"2019-03-25T08:59:56","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/prayer-cafe-l-ewwel-hadd-tar-randan-it-tentazzjoni-fid-dezert-tahdita-minn-fr-joseph-agius-il-gimgha-8-ta-marzu-2019\/"},"modified":"2019-03-25T10:00:35","modified_gmt":"2019-03-25T09:00:35","slug":"prayer-cafe-l-ewwel-hadd-tar-randan-it-tentazzjoni-fid-dezert-tahdita-minn-fr-joseph-agius-il-gimgha-8-ta-marzu-2019","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/prayer-cafe-l-ewwel-hadd-tar-randan-it-tentazzjoni-fid-dezert-tahdita-minn-fr-joseph-agius-il-gimgha-8-ta-marzu-2019\/","title":{"rendered":"Prayer Caf\u00e8: L-EWWEL \u0126ADD TAR-RANDAN &#8211; IT-TENTAZZJONI FID-DE\u017bERT &#8211; ta\u0127dita minn Fr. Joseph Agius, il-\u0120img\u0127a, 8 ta&#8217; Marzu, 2019"},"content":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a bdiet bit-Talba tal-Moviment. Wara nqara l-Van\u0121elu minn San Luqa, k4,\u00a0 v 1-13.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Ir-rakkont tat-tentazzjoni fid-de\u017cert jaqbad mar-rakkont tal-Mag\u0127mudija ta&#8217; \u0120esu&#8217;, li hu me\u0127ud ukoll mill-Van\u0121elu ta&#8217; San Luqa. F&#8217;dan ir-rakkont, \u0120esu&#8217; g\u0127araf x&#8217;kellha tkun il-missjoni Tieg\u0127u. G\u0127araf li kellu jaqdi l-missjoni tal-Qaddej t&#8217;Alla li kien \u0127abbar I\u017caija: <strong>&#8220;&#8230;Hu refa&#8217; fuqu l-mard tag\u0127na, tg\u0127abba bin-niket tag\u0127na. A\u0127na \u0127sibnieh b\u0127al wie\u0127ed ikkastigat, mitluq minn Alla u mi\u0121jub fix-xejn. I\u017cda Hu kien mi\u0121ruh min\u0127abba fi dnubietna, mis\u0127uq min\u0127abba fi \u0127\u017cunitna. G\u0127as-sa\u0127\u0127a tag\u0127na waqa&#8217; l-kastig fuqu, u bis-swat Tieg\u0127u sibna l-fejqan tag\u0127na&#8221; (I\u017c 53, 4-5). <\/strong>\u0120esu&#8217; g\u0127araf dan kollu fid-dikjarazzjoni mis-sema: <strong>&#8220;Inti Ibni l-g\u0127a\u017ci\u017c, fik sibt il-g\u0127axqa Tieg\u0127i&#8221; (Lq 3, 22). <\/strong>\u0120esu&#8217; r\u010bieva l-Ispirtu s-Santu biex jag\u0127raf x&#8217;kienet il-missjoni Tieg\u0127u, u anki biex jipprepara g\u0127aliha.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>L-ewwel vers tal-Van\u0121elu jg\u0127id <strong>&#8220;&#8230; mimli bl-Ispirtu s-Santu re\u0121a&#8217; lura mill-\u0120ordan u l-Ispirtu \u0127adu fid-de\u017cert&#8221;. <\/strong>Fil-mag\u0127mudija fil-\u0120ordan, \u0120esu&#8217; ni\u017cel fuqu l-Ispirtu s-Santu, u mqanqal mill-istess Spirtu, er\u0127ielha lejn id-de\u017cert biex i\u0127ejji ru\u0127u g\u0127all-missjoni Tieg\u0127u, biex jirrifletti fuq dak li kien die\u0127el g\u0127alih. Mar fid-de\u017cert, mhux sempli\u010bement biex je\u0127les mill-g\u0127ag\u0127a tan-nies fil-bliet u l-ir\u0127ula tal-Palestina, imma anki g\u0127aliex id-de\u017cert kien jirrappre\u017centa l-ambjent fejn ir-rapport bejn Alla u I\u017crael kien fl-aqwa tieg\u0127u. Il-profeta Hoseg\u0127a jwieg\u0127ed li Alla lest jirrestawra r-rapport idejali li kellu ma&#8217; I\u017crael, u jg\u0127id: <strong>&#8220;G\u0127alhekk, araw, jiena se ni\u0121bidha, ne\u0127odha fid-de\u017cert u lil qalbha nkellem&#8221;.<\/strong><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Kien hemm diversi gruppi li g\u0127a\u017clu li jg\u0127ixu fid-de\u017cert g\u0127al din ir-ra\u0121uni. Kien hemm il-komunita&#8217; ta&#8217; Qumran, li \u0127allewlna d-dokumenti tal-Ba\u0127ar il-Mejjet. Kien hemm \u0120wanni l-Battista. U fost dawk li baqg\u0127u jg\u0127ixu fl-ibliet, kien hemm min baqa&#8217; jg\u0127ix l-istil tal-\u0127ajja tad-de\u017cert. Fosthom insibu n-Nazzrin, li kien jappartjeni g\u0127alihom Sansun. Ma kinux jixorbu nbid. Kienu ji\u010b\u010ba\u0127\u0127du mill-kumditajiet li l-komunita&#8217; kellha meta stabbilixxiet ru\u0127ha fl-art ta&#8217; Kag\u0127nan.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>It-tieni vers jg\u0127id: <strong>&#8220;Hemm g\u0127al erbg\u0127in jum kien im\u0121arrab mix-xitan&#8221;. <\/strong>Il-missjoni ta&#8217; \u0120esu&#8217; tibda b&#8217;riferiment g\u0127all-erbg\u0127in jum u tintemm b&#8217;riferiment g\u0127all-erbg\u0127in jum wara l-qawmien Tieg\u0127u mill-imwiet (Atti 1, 3) . L-erbg\u0127in jum fil-bidu jixb\u0127u l-erbg\u0127in jum li Mose&#8217; g\u0127adda fuq il-muntanja fl-okka\u017c\u017cjoni tal-Patt (Ez 24, 18). Elija g\u0127adda erbg\u0127in jum fid-de\u017cert (I\u017c 19, 8). \u0120esu&#8217;, b\u0127al Mose&#8217; u Elija, kellu jistabbilixxi r-rapport tal-bniedem ma&#8217; Alla.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p><strong>&#8220;Kien in\u0121arrab mix-xitan&#8221;. <\/strong>Id-de\u017cert hu meqjus b\u0127ala l-ambjent fejn jg\u0127ammru spirti \u0127\u017ciena (Is 13, 20, 30). Levitiku 16 isemmi l-Azazel, spirtu li joqg\u0127od fid-de\u017cert. Infatti l-poplu kien jag\u0127mel Jum ta&#8217; Tpattija &#8211; &#8220;Yom Kippur&#8221;. Kienu jie\u0127du \u017cew\u0121 mog\u0127\u017ciet. Wa\u0127da joffruha sagrifi\u010b\u010bju, u l-o\u0127ra jg\u0127abbuha bid-dnubiet tal-komunita&#8217; u jitilquha fid-de\u017cert.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p><strong>&#8220;Kien im\u0121arrab&#8221;.<\/strong> \u0120esu&#8217; kien bniedem, u b\u0127al kull bniedem kien im\u0121arrab, imma, kuntrarju tag\u0127na, Hu qatt ma \u010beda g\u0127at-ti\u0121rib. <strong>&#8220;G\u0127alhekk kellu jkun jixba\u0127 lil \u0127utu f&#8217;kollox, biex ikun il-Qassis il-Kbir, \u0127anin u fidil f&#8217;dak kollu li g\u0127andu x&#8217;jaqsam ma&#8217; Alla, u biex ipatti g\u0127al dnubiet il-poplu. G\u0127ax, billi Hu stess bata u kien im\u0121arrab, jaf jg\u0127in lil dawk li huma fit-ti\u0121rib&#8221; (Lhud 2, 17-18).<\/strong><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>It-ti\u0121rib li jitkellem fuqu l-Van\u0121elu hu ti\u0121rib spe\u010bifiku, li jolqot il-missjoni ta&#8217; \u0120esu&#8217;, il-missjoni tal-Qaddej t&#8217;Alla, u li kellha twasslu g\u0127all-mewt fuq salib. Din kienet ir-rieda t&#8217;Alla, imma fid-de\u017cert kien im\u0121arrab biex jaqdi missjoni messjanika li te\u0127ilsu mid-diffikulta&#8217; tal-passjoni u l-mewt. Da\u0127lulu dubji f&#8217;mo\u0127\u0127u. Inteba\u0127 li kienet missjoni diffi\u010bli \u0127afna. L-ebda profeta qablu ma kien imsejja\u0127 g\u0127al missjoni ta&#8217; dak it-tip. Dawn id-diffikultajiet kienu t-tentazzjoni li l-Evan\u0121elista jattribwixxi lix-xitan. Ix-xitan \u0121arrbu biex ma jaqdix missjoni messjanika b\u0127ala Qaddej t&#8217;Alla, g\u0127ax kien inteba\u0127 li b&#8217;missjoni b\u0127al din , is-saltna tieg\u0127u fuq il-bniedem kienet ti\u0121i fix-xejn.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p><strong>&#8220;Ma kiel xejn, u \u0127adu l-\u0121u\u0127&#8221;. <\/strong>Fid-de\u017cert ma tantx hu fa\u010bli ssib x&#8217;tiekol. Anki l-I\u017craeliti kienu jgergru li fid-de\u017cert ma kienx hemm x&#8217;tiekol. U Alla bag\u0127tilhom il-manna u s-summien. L-ewwel tentazzjoni tolqot il-missjoni ndirettament. Ix-xitan sejja\u0127lu <strong>&#8220;Bin Alla&#8221; <\/strong>&#8211; b&#8217;riferiment g\u0127all-missjoni messjanika Tieg\u0127u &#8211; u jissu\u0121\u0121erilu li ju\u017ca l-poteri li ttih din il-missjoni g\u0127all-interessi personali Tieg\u0127u. \u0120esu&#8217; nteba\u0127 li biex jaqdi l-missjoni Tieg\u0127u kellu b\u017conn ta&#8217; poteri partikolari. Id-dubju kien jekk g\u0127andux ju\u017cahom g\u0127all-interess personali Tieg\u0127u, f&#8217;dan il-ka\u017c li jibdel il-\u0121ebla f&#8217;\u0127ob\u017c. Fil-Van\u0121elu \u0120esu&#8217; qatt m&#8217;g\u0127amel mirakli g\u0127all-interessi personali Tieg\u0127u, imma g\u0127all-\u0121id tal-komunita&#8217;.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>\u0120esu&#8217; ma j\u010bediex g\u0127at-tentazzjoni. Jikkwota test mid-Dewteronomju: <strong>&#8220;Il-bniedem mhux bil-\u0127ob\u017c biss jg\u0127ix&#8221;. <\/strong>Ir-risposta qeg\u0127da fil-parti tat-test li \u0120esu&#8217; j\u0127alli barra, <strong>&#8220;imma b&#8217;dak kollu li jo\u0127ro\u0121 minn fomm il-Mulej, b&#8217;dan jg\u0127ix il-bniedem&#8221; (Dt 8, 3). <\/strong>G\u0127al \u0120esu&#8217; aktar importanti kienet il-Kelma t&#8217;Alla li kien sema&#8217; fil-mag\u0127mudija Tieg\u0127u, li fil missjoni kien se jkollu jinsa l-interessi Tieg\u0127u u jid\u0127ol g\u0127all-missjoni li kienet se \u0121\u0121ib mag\u0127ha sagrifi\u010b\u010bju u tbatija.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p><strong>&#8220;\u0126adu fl-g\u0127oli u wrieh is-saltniet kollha f&#8217;daqqa&#8230;&#8221; <\/strong>Din it-tieni tentazzjoni tolqot direttament in-natura tal-missjoni messjanika. In-nies kienet qed tistenna messija minn nisel ta&#8217; David, messija li jaqdi missjoni politika &#8211; li je\u0127les lill-komunita&#8217; mill-\u0127akma tar-Rumani, u jer\u0121a&#8217; jwaqqaf is-saltna ta&#8217; David. David sar sultan fuq it-tribu&#8217; tieg\u0127u &#8211; \u0120uda &#8211; u wara sentejn fuq il-bqija tat-tribu&#8217; l-o\u0127ra &#8211; I\u017crael, wara \u0127akem fuq il-Filistin, l-Aramej, il-Moabin, l-Edomin, u diversi gruppi o\u0127ra. Ix-xitan urieh dawn is-saltniet, u b&#8217;xi mod webblu biex jinqeda bil-poteri li kellu u dak li kienet qed tistenna in-nies biex jer\u0121a&#8217; jwaqqaf is-saltna ta&#8217; David.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Hawnhekk nag\u0127mlu parentesi. Ix-xitan weg\u0127du l-glorja. Ma nafx kemm kien jasal g\u0127all-glorja kieku \u010beda g\u0127at-tentazzjoni. Ir-Rumani ma tantx kienu lesti li j\u0127allu lil xi \u0127add jopponi l-awtorita&#8217; tag\u0127hom fil-Palestina. u dawk li ppruvaw spi\u010b\u010baw \u0127a\u017cin.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Li kieku \u0120esu&#8217; \u010beda g\u0127al din it-tentazzjoni, kien jag\u0127mel ir-rieda tax-xitan, mhux ir-rieda ta&#8217; Alla. Kien fil-prattika jaqdi, jadura lix-xitan, flok ma jadura u jaqdi lil Alla. Imma \u0120esu&#8217; ma \u010bediex g\u0127at-tentazzjoni.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p><strong>&#8220;Imbag\u0127ad ix-xitan \u0127adu \u0120erusalemm, qieg\u0127du fuq il-qu\u010b\u010bata&#8230;.fuq idejhom jerfg\u0127uk, \u0127alli ma ta\u0127batx ri\u0121lek ma&#8217; xi \u0121ebla&#8221;. <\/strong>Hawnhekk ix-xitan talbu j\u0121arrab lil Alla. Ix-xitan waqqa&#8217; lil Adam u Eva g\u0127ax ikkonvin\u010biehom li b&#8217;xi mod setg\u0127u jisfidaw l-awtorita&#8217; ta&#8217; Alla. Dit-tattika \u0127admet, u tat lix-xitan il-possibilta&#8217; li ja\u0127kem fuq il-bniedem. Ipprova l-istess tattika ma&#8217; \u0120esu&#8217;. G\u0127araf li \u0120esu&#8217; ried joqg\u0127od g\u0127all-kelma li kien sema&#8217; fil-mag\u0127mudija, u pproponielu li jara jekk verament kienitx ir-rieda ta&#8217; Alla li jmut fuq salib biex je\u0127les lill-bniedem mill-jasar tad-dnub. Qallu, jekk Alla jridek tag\u0127mel dan, anke jekk taqbe\u017c minn hawn fuq g\u0127al isfel ma ji\u0121rilek xejn, g\u0127ax Alla jibg\u0127atlek l-an\u0121li Tieg\u0127u biex jerfg\u0127uk. Ix-xitan webblu biex jittanta jag\u0127mel suwi\u010bidju. Jekk Alla jridni nid\u0127ol g\u0127al din il-missjoni diffi\u010bli, biex nag\u0127milha, Alla jrid ikun mieg\u0127i u jag\u0127tini l-g\u0127ajnuna li g\u0127andi b\u017conn. Irrid prova li Alla lest li jkun mieg\u0127i waqt li n\u0127abbat wi\u010b\u010bi mad-diffikultajiet tal-missjoni. Ix-xitan webblu biex jipprova jara jekk Alla kienx lest ikun mieg\u0127u hu u j\u0127abbat wi\u010b\u010bu mad-diffikultajiet. \u0120esu&#8217; ma \u010bediex g\u0127at-tentazzjoni, u mill-\u0121did wera li lest li joqg\u0127od g\u0127all-kelma li kien sema&#8217; fil-mag\u0127mudija.<strong> &#8220;I\u0121\u0121arrabx lill-Mulej, Alla tieg\u0127ek&#8221;.<\/strong><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Vers 13 <strong>&#8220;&#8230;ix-xitan telaq minn \u0127dejh sa ma wasal il-waqt&#8221;. <\/strong>Ix-xitan kompla ji\u017cra&#8217; f&#8217;mo\u0127\u0127 \u0120esu&#8217; d-dubju dwar jekk kellux jid\u0127ol g\u0127all-missjoni messjanika b\u0127ala l-qaddej t&#8217;Alla imwieg\u0127ed minn I\u017caija. Fil-Van\u0121elu niltaqg\u0127u ma&#8217; rakkonti o\u0127ra fejn jing\u0127ad li xi \u0127add ittanta lil \u0120esu&#8217; biex ji\u010b\u0127ad g\u0127all-missjoni tal-Qaddej t&#8217;Alla, u kien hemm sa\u0127ansitra min riedu, b\u0127ax-xitan, jaqdi missjoni ta&#8217; Messija politiku.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Pietru stqarr lil \u0120esu&#8217; b\u0127ala l-Messija (Mk 9, 27-30). Immedjatament wara \u0120esu&#8217; j\u0127abbar il-passjoni u l-mewt Tieg\u0127u. <strong>&#8220;U beda g\u0127allimhom fuq li kien me\u0127tie\u0121 li Bin il-Bniedem ibati \u0127afna, ikun mi\u010b\u0127ud mill-anzjani u mill-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u wara tlett ijiem jer\u0121a&#8217; jqum&#8221;. <\/strong>Fuq dan kellimhom \u010bar. Pietru \u0121ibdu lejh u beda jlumu. I\u017cda Hu dar, \u0127ares lejn id-dixxipli Tieg\u0127u, u \u010banfar lil Pietru u qallu: <strong>&#8220;Itlaq minn quddiemi, ja xitan, g\u0127ax m&#8217;intix ta\u0127seb fil-\u0127wejje\u0121 ta&#8217; Alla, imma f&#8217;dawk tal-bniedem&#8221; (Mk 8, 31-33).<\/strong><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>B\u0127alma fl-istqarrija Pietru tkellem f&#8217;isem l-appostli, anki hawn jidher li qed jitkellem f&#8217;isem s\u0127abu. Jidher li l-appostli kellhom din l-ideja dwar il-missjoni messjanika ta&#8217; \u0120esu&#8217;, u kien g\u0127alhekk li spiss fittxew li jkollom po\u017cizzjoni fis-saltna (Mk 9, 34; Mk 10, 35-46, \u0120w 1, 49). Biex ifhemhom li kellu jmut biex jaqdi l-missjoni Tieg\u0127u tbiddel quddiemhom hu u jitkellem ma&#8217; Mose&#8217; u Elija (Lq 9, 28-36).<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Meta l-Appostli abbandunawh, mhux biss g\u0127ax be\u017cg\u0127u. Kienu tilfu l-fidu\u010bja fih. Dehrilhom li l-missjoni Tieg\u0127u kienet spi\u010b\u010bat fix-xejn. Anki huma kienu qed jistennew li jistabbilixxi s-saltna ta&#8217; David.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Ix-xitan inqeda anki bin-nies ta&#8217; \u017cmien \u0120esu&#8217; biex i\u0121arrbu u jipprova jikkonvin\u010bih jaqdi missjoni politika. Dan kien it-tip ta&#8217; Messija li kienet qed tistenna n-nies. It-tamiet tag\u0127hom kienu bba\u017cati fiq test tal-profeti li kienu jweg\u0127du r-restawr tas-saltna ta&#8217; David. Meta n-nies rat l-eg\u0127\u0121ubijiet li kien qed jag\u0127mel, ippruvat kemm-il darba tag\u0127mlu sultan (\u0120w 6,15; 12,13). Kien g\u0127alhekk li \u0120esu&#8217; spiss impona s-sigriet messjaniku, g\u0127alkemm kultant a\u010b\u010betta li xi \u0127add jag\u0127arfu b\u0127ala l-Messija &#8211; is-Sammaritana, l-Appostli. Kien jippreferi jitkellem fuqu nnifsu b\u0127ala Bin il-Bniedem.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>\u0120esu&#8217; kien im\u0121arrab waqt l-agonija fil-\u0120nien ta\u017c-\u017bebbu\u0121. Probabbilment kien hawn li \u0120esu&#8217; deher b\u0127allikieku kien se j\u010bedi g\u0127at-tentazzjoni u ji\u010b\u0127ad li jaqdi l-missjoni tal-Qaddej t&#8217;Alla. Talab lil Alla je\u0127ilsu mill-kal\u010bi tal-passjoni u l-mewt. Veru li kien dispost li joqg\u0127od g\u0127ar-rieda t&#8217;Alla u jbati u jmut, imma l-fatt li talab lil Alla je\u0127ilsu mill-passjoni u l-mewt hu prova li \u0120esu&#8217; g\u0127adda minn kri\u017ci dwar il-missjoni Tieg\u0127u.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p><strong>Il-Kontrattakk ta&#8217; \u0120esu&#8217;:<\/strong> Il-missjoni Tieg\u0127u li jmut fuq salib biex je\u0127les lill-bniedem minn dnubietu u mill-\u0127akma tax-xitan. Biex juri li din kienet il-missjoni Tieg\u0127u beda din il-missjoni b&#8217;mirakli ta&#8217; e\u017cor\u010bi\u017cmu &#8211; ke\u010b\u010ba x-xjaten. Kellu s-sa\u0127\u0127a li je\u0127les lill-bniedem mill-\u0127akma fi\u017cika tax-xitan , iktar u iktar g\u0127andu s-sa\u0127\u0127a li je\u0127les lill-bniedem mill-\u0127akma morali tax-xitan. <strong>&#8220;Jekk inke\u010b\u010bi x-xjaten bis-sa\u0127\u0127a tal-Ispirtu t&#8217;Alla, kunu afu li waslet is-saltna t&#8217;Alla (Mt 12,28). <\/strong>Is-saltna tax-xitan hi fit-tmiem tag\u0127ha u waslet biex ti\u0121i inawgurata s-saltna t&#8217;Alla.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p><strong>Applikazzjoni<\/strong><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<ol>\n<li>Il-bniedem ikun im\u0121arrab &#8211; mhux darba jew tnejn, imma regolarment. Meta l-bniedem i\u0127ossu dg\u0127ajjef f&#8217;\u010bertu kamp tal-\u0127ajja morali tieg\u0127u, proprju hemm se jkun im\u0121arrab.<\/li>\n<\/ol>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<ol start=\"2\">\n<li>Irid ikollna l-kura\u0121\u0121 naffrontaw it-ti\u0121rib li ng\u0127addu minnu. Jekk naqg\u0127u, Alla lest li ja\u0127fer. Min\u0127abba l-mewt ta&#8217; Ibnu fuq is-salib, Alla \u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 ja\u0127fer &#8211; \u0127afer mhux biss id-dnubiet li kkommetta l-bniedem qabel il-\u00a0 mewt ta&#8217; Ibnu fuq is-salib, imma anki li kkommetta u jikkommettu l-\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 bnedmin wara.<\/li>\n<\/ol>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<ol start=\"3\">\n<li>Alla jaf jg\u0127in lil dawk li huma fit-ti\u0121rib. It-ti\u0121rib &#8211; mhux biss morali, imma anki kull ti\u0121rib ie\u0127or. Jg\u0127in mhux g\u0127ax jeliminalhom it-ti\u0121rib, \u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 imma aktar billi jimliehom bil-kura\u0121\u0121 li jaffrontawh.<\/li>\n<\/ol>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Il-laqg\u0127a g\u0127alqet bit-Talba tal-Missierna.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a bdiet bit-Talba tal-Moviment. Wara nqara l-Van\u0121elu minn San Luqa, k4,\u00a0 v 1-13. &nbsp; Ir-rakkont tat-tentazzjoni fid-de\u017cert jaqbad mar-rakkont tal-Mag\u0127mudija ta&#8217; \u0120esu&#8217;, li hu me\u0127ud ukoll mill-Van\u0121elu ta&#8217; San Luqa. <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":6088,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[220,204,141],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6091"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=6091"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6091\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":6092,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6091\/revisions\/6092"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/6088"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=6091"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=6091"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=6091"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}