{"id":6093,"date":"2019-03-25T10:02:58","date_gmt":"2019-03-25T09:02:58","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=6093"},"modified":"2019-03-25T10:02:58","modified_gmt":"2019-03-25T09:02:58","slug":"prayer-cafe-it-tieni-hadd-tar-randan-tahdita-mis-sur-joe-huber-il-gimgha-15-ta-marzu-2019","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/prayer-cafe-it-tieni-hadd-tar-randan-tahdita-mis-sur-joe-huber-il-gimgha-15-ta-marzu-2019\/","title":{"rendered":"Prayer Caf\u00e8: IT-TIENI \u0126ADD TAR-RANDAN &#8211; ta\u0127dita mis-Sur Joe Huber, il-\u0120img\u0127a, 15 ta&#8217; Marzu, 2019."},"content":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a bdiet bit-Talba tal-Moviment.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Imbag\u0127ad inqara l-Van\u0121elu minn San Luqa, k96, v287-36 ir-rakkont tat-Trasfigurazzjoni ta&#8217; \u0120esu&#8217; fuq it-Tabor.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Ir-Randan u l-Avvent huma &#8220;t-tempi forti&#8221; &#8211; \u017cminijiet qawwija &#8211; li fihom il-Knisja tistedinna biex nag\u0127mlu sforz akbar \u0127alli ntejbu l-\u0127ajja spiritwali tag\u0127na, biex dejjem nag\u0127mlu passi l-quddiem, u naturalment nipperseveraw, mhux wara li jg\u0127addu ner\u0121g\u0127u lura fejn konna qabel!!<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Matul dawn il-\u0121img\u0127at il-Knisja tippreparana g\u0127all-G\u0127id il-Kbir, il- qofol kollu tat-twemmin tag\u0127na, b&#8217;serje ta&#8217; Van\u0121eli li jg\u0127inuna nirriflettu a\u0127jar fuq il-mixja tag\u0127na lejn l-iskop g\u0127alfejn ninsabu fid-dinja &#8211; il-\u0127ajja ta&#8217; dejjem.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Il-\u0126add li g\u0127adda kellna t-Tentazzjonijiet. Il-Knisja ttina dis-silta biex tg\u0127inna nirriflettu, nifhmu li \u0120esu&#8217; kellu jg\u0127addi mill-istess ti\u0121rib li ng\u0127addu minnu a\u0127na biex to\u0127ro\u0121 l-umanita&#8217; kollha Tieg\u0127u, biex jurina li t-tentazzjonijiet nistg\u0127u neg\u0127lbuhom &#8211; kif qal il-Papa Fran\u0121isku &#8211; mhux bid-djalogu max-xitan, imma bil-Kelma t&#8217;Alla u bil-familjarita&#8217; tag\u0127na mag\u0127ha.<\/p>\n<p><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<p>F&#8217;dan it-tieni \u0126add, il-Knisja ttina t-Trasfigurazzjoni &#8211; il-glorja, it-teofanija\u00a0 (Alla juri min hu Ibnu) l-o\u0127ra wara dik tal-Mag\u0127mudija.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Wara li affronta t-tentazzjonijiet, issa \u0120esu&#8217; qed jurina g\u0127ala hu tajjeb li nitqabdu kontra l-\u0127a\u017cen, li nag\u0127mlu \u0127ilitna biex ng\u0127elbu lilna nnfusna, li &#8220;vale la pena&#8221; nitqabdu spiritwalment, g\u0127ax l-G\u0127id ifisser li ng\u0127addu minn dil-\u0127ajja g\u0127al stat li San Pawl jg\u0127idilna li <strong>la g\u0127ajn qatt ma rat, la widna qatt ma semg\u0127et x&#8217;\u0127ejja Alla g\u0127al dawk li j\u0127obbuh.<\/strong><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>\u0126ajjitna spiss donnha bla kulur, \u010batta, rutina, imma l-\u0127ajja fi Kristu, qribu, tfisser li ng\u0127addu minn dil-medjokrita&#8217; u nid\u0127lu fi stat ta&#8217; \u0127ajja \u0121did, mill-medjokrita&#8217; ng\u0127addu g\u0127as-sbu\u0127ija, mhux dik fi\u017cika li tipproponielna l-\u0127in kollu d-dinja, il-maskra li, skond il-Papa Fran\u0121isku, jekk nilbsuha Alla ma jag\u0127rafniex!<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Ifisser li mlll-vanaglorja (kelma li kien i\u0127obb isemmi San \u0120or\u0121 Preca) nimxu lejn il-vera glorja, dik ta&#8217; Alla, ninsew l-egoi\u017cmi tag\u0127na, li na\u0127sbu li a\u0127na \u010b-\u010bentru ta&#8217; kollox, biex nixb\u0127u lil \u0120esu&#8217; fl-g\u0127otja, fl-im\u0127abba vera.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Fit-Trasfigurazzjoni, \u0120esu&#8217; qed juri bi\u010b-\u010bar li hu l-verita&#8217;, li tiddi aktar mix-xemx, sopranaturali: donnu jift\u0127ilna purtiera, li simbolikament ti\u010b\u010barrat fit-tempju fil-\u0127in ta&#8217; mewtu fuq il-Kalvarju &#8211; il-mewt li tift\u0127ilna l-bieb tal-\u0120enna.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Fuq it-Tabor \u0120esu&#8217; juri d-divinita&#8217; Tieg\u0127u biex jipprepara lid-dixxipli, u lilna, \u0127alli jaffrontaw il-passjoni li kellu jg\u0127addi minna, bit-tama u bil-konvinzjoni li dak li hemm im\u0127ejji g\u0127al min ja\u010b\u010betta r-rieda tal-Missier f&#8217;\u0127ajtu, hu ta&#8217; min jag\u0127ti kasu u ja\u010b\u010bettah f&#8217;\u0127ajtu.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Ma nistg\u0127ux ninsew li fit-tag\u0127lim Tieg\u0127u, f&#8217;wa\u0127da mit-t\u0127abbiriet tal-passjoni, lid-dixxipli kien qalilhom (Mk: 10:29) <strong>&#8220;Tassew ng\u0127idilom, li fost dawk kollha li min\u0127abba fija u l-Evan\u0121elju j\u0127allu lil darhom jew lil \u0127uthom jew lil ommhom jew lil missierhom jew lil uliedhom jew l-g\u0127elieqi tag\u0127hom, ma hemm \u0127add fosthom li minn issa, f&#8217;din id-dinja stess, ma jir\u010bevix, g\u0127al mitt darba iktar, djar, a\u0127wa, subien u bniet, ommijiet, ulied u g\u0127elieqi flimkien ma&#8217; persekuzzjonijiet, u l-\u0127ajja ta&#8217; dejjem fi\u017c-\u017cmien li \u0121ej&#8221;.<\/strong><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Donnu li tant isemmi affarijiet tajbin li se ji\u0121ru fid-dinja, li ma nag\u0127tux importanza lill-a\u0127\u0127ar wa\u0127da: il-persekuzzjoni. Jekk irridu nfasslu verament \u0127ajjitna fuq dik ta&#8217; Kristu, l-persekuzzjonijiet ma mistg\u0127u nwarrbuhom bl-ebda mod. Jonqosna biss li nimtlew bit-tama u nsa\u0127\u0127u l-fidi bit-twemmin li xorta wa\u0127da &#8220;vale la pena&#8221; li ng\u0127ixu g\u0127all-verita&#8217;. Il-verita&#8217; x&#8217;inhi? Hi \u0120esu&#8217;, Iben Alla li \u0121ie fid-dinja biex jurina liema hi l-verita&#8217; li lesta tissallab mhux biss g\u0127all-\u0127bieb, imma wkoll g\u0127all-g\u0127edewwa.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Kif qed naffrontaw il-provi tal-\u0127ajja? Jew nippruvaw ng\u0127elbuhom bil-\u0127iliet tag\u0127na biss? Insibu li minflok in\u0127ollu l-kobob inkunu qed ng\u0127aqqduhom aktar! Iinkella n\u0127arsu lejhom b\u0127ala waqtiet li bihom nistg\u0127u nsa\u0127\u0127u l-fidi tag\u0127na f&#8217;Alla, g\u0127aliex Hu jaf g\u0127aliex i\u0121arrabna. B\u0127al ma qal \u0120ob: <strong>&#8220;nilqg\u0127u t-tajjeb ming\u0127and Alla u l-\u0127a\u017cin le?&#8221;<\/strong><\/p>\n<p><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<p>F&#8217;\u0127ajjitna lkoll kemm a\u0127na g\u0127addejin, u g\u0127ad ng\u0127addu, minn mumenti ta&#8217; dlam, mumenti li fihom donnu xejn ma jista&#8217; ji\u010b\u010baqlaq: kif ng\u0127idu, is-sabi\u0127 malajr jg\u0127addi imma l-ikrah donnu ma jkun irid jintemm qatt! F&#8217;dawn i\u010b-\u010birkostanzi x-xitan g\u0127andu \u0127akma iktar fuqna, jissu\u0121\u0121erilna biex nintelqu, li ndendlu geddumna u nippruvaw naraw g\u0127aliex u f&#8217;min se nwa\u0127\u0127lu. It-tentazzjoni tax-xitan f&#8217;dal-waqtiet hi: &#8220;Qed tara l-fidi tieg\u0127ek fejn wasslitek?&#8221;<\/p>\n<p><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<p>Hemm \u0127afna li jsostnu li Alla kien nieqes, ma mpurtahx mill-kampijiet tal-kon\u010bentrament. Veru? Jaqaw San Massimiljanu Kolbe, Edith Stein, mhux fil-kamp tal-kon\u010bentrament kienu? Tg\u0127id dawk ma kienux pre\u017cenza t&#8217;Alla bix-xhieda tag\u0127hom? Il-verita&#8217; hi li f&#8217;dawk il-postijiet ta&#8217; dlam il-bniedem qal lil Alla: &#8220;Hawn mhux postok&#8221; u r-ri\u017cultat nafu lkoll x&#8217;inhu.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>L-istess ji\u0121ri fil-\u0127ajja tag\u0127na. Nirriflettu ftit kemm-il darba waqajna fil-kompromessi mal-fidi tag\u0127na u b&#8217;dak li g\u0127amilna. Lil Alla g\u0127idnilu: &#8220;F&#8217;din tinda\u0127allix. Hawn irrid nag\u0127mel fattija&#8221;.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Imma f&#8217;dawn i\u010b-\u010birkostanzi, l-qrubija tag\u0127na mal-Mulej turina li g\u0127ad ma wasalniex fit-terminus, dak li nkunu qed in\u0121arrbu jkun biss wie\u0127ed mill-istages tal-vja\u0121\u0121. Importanti li ma nippruvawx nin\u017clu minn fuq is-salib, imma nitolbu biex, bl-g\u0127ajnuna tal-Ispirtu s-Santu, nag\u0127rfu kif in\u0121orruh. Nistg\u0127u ng\u0127idu li l-Ispirtu s-Santu g\u0127andu jkun i\u010b-\u010airinew tag\u0127na fil-mumenti tad-dlam.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Importanti li mid-dlam ng\u0127addu g\u0127ad-dawl, niskopru s-sbu\u0127ija tar-rabta tag\u0127na mal-Mulej. G\u0127al dan kemm l-istedina tal-Knisja fi\u017c-\u017cmien tar-Randan biex in\u017cidu aktar it-talb, is-sawm u l-karita&#8217;. Ir-relazzjoni tag\u0127na ma&#8217; \u0120esu&#8217; nsa\u0127\u0127uha biss bit-talb.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Insibu \u0127in biex nitolbu, jew il-\u0121urnata tag\u0127na hi mimlija tant li t-talb inqisuh bla mportanza? It-trasfigurazzjoni ta&#8217; \u0120esu&#8217; saret waqt li kien qed jitlob, waqt li kien f&#8217;g\u0127aqda intima mal-Missier. Kollox, kull ma nag\u0127mlu, hu aktar importanti mit-talb?<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Madanakollu nafu li hu fil-\u0127in tat-talb li l-Mulej jista&#8217; jdawwalna, jurina t-triq, jurina x&#8217;inhu l-aktar importanti u ur\u0121enti, kif g\u0127andna naffrontaw \u010berti sitwazzjonijiet. Attenti, g\u0127ax \u0127afna drabi t-talb tag\u0127na, kif qal re\u010bentament il-Papa Fran\u0121isku, jkun talb biex nissodisfaw ix-xewqat tag\u0127na, ninsew li fil-Missierna ng\u0127idu: &#8220;ikun li trid Int&#8221;.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Forsi din hi l-qab\u017ca ta&#8217; kwalita&#8217; li titlob minna l-Knisja fi \u017cmien ir-Randan: inwarrbu ftit g\u0127alina wa\u0127edna, inwarrbu mill-\u0127afna banalitajiet u pre\u0121udizzji li ja\u0127kmuna bla ma nindunaw, u nin\u017clu ftit aktar fil-fond \u0127alli nifhmu x&#8217;inhu l-pro\u0121ett ta&#8217; Alla g\u0127alina, biex nag\u0127raf il-limitazzjonijiet tieg\u0127i u, b\u0127al ma qed itammbrilna spiss il-Papa Fran\u0121isku, nammetti li jien midneb, imma midneb ma\u0127fur, u g\u0127ax ma\u0127fur, ikolli l-qawwa li na\u0127fer lil min jag\u0127milli l-\u0127sara. B&#8217;hekk nistg\u0127u nsa\u0127\u0127u l-fidi.<\/p>\n<p><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<p>It-teofanija tat-Tabor hi: <strong>&#8221; Isimg\u0127u Lilu. Dan hu Ibni l-Ma\u0127bub&#8221;.<\/strong><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Biex nag\u0127rfu s-sabi\u0127, ma nistg\u0127ux na\u0127arbu minn dan il-kmand li tana l-Missier fuq it-Tabor, ma nistg\u0127ux nieqfu biss fuq dak li jidher, je\u0127tie\u0121 li nisimg\u0127u biex l-atte\u0121\u0121jamenti tag\u0127na jsiru dejjem aktar jaqblu mal-messa\u0121\u0121 li \u0121abilna \u0120esu&#8217;. Nisimg\u0127u l-Van\u0121elu, imma s-smig\u0127 wa\u0127du mhux bi\u017c\u017cejjed. Irridu n\u0127allu l-Kelma t&#8217;Alla tid\u0127ol \u0121o qalbna, biex tibdilhielna, u dak li nisimg\u0127u imbag\u0127ad nipprattikawh. anke meta jiswielna tbatija, offi\u017ci, twarrib, in\u0121ustizzji &#8230;. il-persekuzzjonijiet li semmejna qabel.<\/p>\n<p><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<p>\u0126afna ma jimxux wara \u0120esu&#8217; g\u0127ax l-aljenazzjoni ma t\u0127allihomx jifhmu u jag\u0127rfu s-sbu\u0127ija ta&#8217; dil-mixja, jibqg\u0127u dejjem jg\u0127ixu bis-superfi\u010bjalita&#8217;, jimpurtahom biss mill-qoxra ta&#8217; barra g\u0127ax aktar jimpurtahom li jfa\u0127\u0127ruhom u jammirawhom in-nies.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Is-sbu\u0127ija tal-fidi mhix estetika, xi \u0127a\u0121a li tidher, mhix &#8220;beauty parlour&#8221;. Is-sbu\u0127ija tal-fidi fi nterna, ti\u0121i mill-qalb li t\u0127obb sa ma twe\u0121\u0121a&#8217; (Madre Tere\u017ca), li taf ting\u0127ata g\u0127all-o\u0127rajn b&#8217;mod li tinsa&#8217; lilha nfisha.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Il-messa\u0121\u0121 tat-Trasfigurazzjoni jfisser li n-nisrani jg\u0127ix f&#8217;mixja biex jifhen a\u0127jar il-missjoni li g\u0127andu li bis-sa\u0127\u0127a tag\u0127ha hu konvint li g\u0127ad ikun ma xi \u0127add li hu ferm sabi\u0127 li tkun Mieg\u0127u g\u0127all-eternita&#8217;.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Il-laqg\u0127a g\u0127alqet bit-Talba tal-Missierna.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a bdiet bit-Talba tal-Moviment. &nbsp; Imbag\u0127ad inqara l-Van\u0121elu minn San Luqa, k96, v287-36 ir-rakkont tat-Trasfigurazzjoni ta&#8217; \u0120esu&#8217; fuq it-Tabor. &nbsp; Ir-Randan u l-Avvent huma &#8220;t-tempi forti&#8221; &#8211; \u017cminijiet qawwija &#8211; <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":6089,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[220,204,141],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6093"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=6093"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6093\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":6094,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6093\/revisions\/6094"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/6089"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=6093"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=6093"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=6093"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}