{"id":6155,"date":"2019-10-17T19:23:47","date_gmt":"2019-10-17T17:23:47","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/il-fejqan-tal-ghaxar-lebbruzi\/"},"modified":"2019-10-17T19:27:01","modified_gmt":"2019-10-17T17:27:01","slug":"il-fejqan-tal-ghaxar-lebbruzi","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/il-fejqan-tal-ghaxar-lebbruzi\/","title":{"rendered":"IL-FEJQAN TAL-G\u0126AXAR LEBBRU\u017bI"},"content":{"rendered":"\n<ol><li><strong>Il-Lebbru\u017ci fil-Bibbja.<\/strong><\/li><\/ol>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; Barra l-fejqan tal-g\u0127axar lebbru\u017ci <a href=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/sermon\/is-28-hadd-matul-is-sena-sena-c-6-ta-ottubru-2013\/#description-tab\" target=\"_blank\" rel=\"noreferrer noopener\" aria-label=\"[Lq 17,11-19] (opens in a new tab)\">[Lq 17,11-19]<\/a> il-Van\u0121eli jirrakkuntaw il-fejqan ta\u2019 lebbru\u017c ie\u0127or [Mt 8,1-4 = Mk 1,40-45 = Lq 5,12-26] u ming\u0127ajr ma jirrakkuntaw id-dettalji isemmu l-fejqan ta\u2019 lebbru\u017ci o\u0127ra [Mt 11,4 = Lq 7,22].&nbsp; Fi\u017c-\u017cminijiet bibli\u010bi il-lebbra jidher li kienet marda komuni u l-Li\u0121i ta\u2019 Mos\u00e9 tispe\u010bifika x\u2019g\u0127andu jsir fil-ka\u017cijiet tal-lebbra [Lev 13 \u2013 14], u barra dawk in-nies li jissemmew fil-Van\u0121eli l-Iskrittura ssemmi o\u0127rajn li b\u2019xi mod kellhom din il-marda: Mos\u00e9 [E\u017c 4,6-9], Mirjam o\u0127t Mos\u00e9 [Num 12,10-15], Nag\u0127man kmandant tas-sultan tas-Sirja [2 Slat 5,1-14], Ge\u0127a\u017ci qaddej ta\u2019 Eli\u017cew [2 Slat 5,27], erba\u2019 min-nies anonimi fi \u017cmien Eli\u017cew [2 Slat 7,3-11], G\u0127a\u017carija sultan ta\u2019 \u0120uda [2 Slat 15,5], Xmun li laqa\u2019 \u2019l \u0120es\u00f9 g\u0127andu [Mt 26,6 = Mk 14,3].<\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; Il-lebbra li titkellem fuqha l-Iskrittura\nhi marda tal-\u0121ilda li s-severit\u00e0 tag\u0127ha tvarja minn ka\u017c g\u0127al ka\u017c.&nbsp; F\u2019xi\nka\u017cijiet dak li jkun kien je\u0127les minnha f\u2019qasir \u017cmien, b\u0127alma \u0121ara fil-ka\u017c ta\u2019\nMos\u00e9, Mirjam, u probabbilment Xmun, imma f\u2019ka\u017cijiet o\u0127ra l-individwu baqa\u2019\njbati biha fit-tul, b\u0127alma \u0121ara fil-ka\u017c ta\u2019 Nag\u0127man, Ge\u0127a\u017ci, u G\u0127a\u017carija.&nbsp; Meta kien hemm il-bi\u017ca li tittie\u0127ed\nil-lebbru\u017c kien jin\u017camm i\u017colat, b\u0127alma \u0121ara lil Mirjam sa ma fieqet [Num\n12,15], lill-lebbru\u017ci ta\u2019 \u017cmien Eli\u017cew li kienu joqog\u0127du f\u2019bieb il-belt [2 Slat\n7,3], u lil G\u0127a\u017carija [2 Slat 15,5], imma g\u0127alkemm Nag\u0127man kien ilu marid\nbil-lebbra \u017camm postu fis-saltna u baqa\u2019 joqg\u0127od id-dar.<\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; L-g\u0127axar lebbru\u017ci li jitkellem fuqhom il-Van\u0121elu g\u0127amlu t-talba tag\u0127hom flimkien, u dan jag\u0127ti l-impressjoni li kienu jg\u0127ixu flimkien, probabilment \u2019il bog\u0127od mill-\u0121emg\u0127a tan-nies, l-istess b\u0127all-erba\u2019 lebbru\u017ci ta\u2019 \u017cmien Eli\u017cew. &nbsp;Kien g\u0127alhekk li ma ssugrawx jersqu lejn \u0120es\u00f9, waqfu \u2019il bog\u0127od minnu u biex g\u0127amlu t-talba tag\u0127hom kellhom jg\u0127ollu le\u0127inhom. &nbsp;Il-marda tag\u0127hom kienet g\u0127alhekk serja, ma tantx setg\u0127u ifiequ minnha b\u2019mod naturali, u kien g\u0127alhekk li daru fuq \u0120es\u00f9 biex ifejjaqhom.&nbsp; Il-kundizzjoni ta\u2019 dawn kienet diffi\u010bli \u0127afna.&nbsp; Mhux biss kellhom fuqhom marda serja, imma min\u0127abba l-i\u017colament tag\u0127hom l-g\u0127ijxien tag\u0127hom kien jiddependi minn dak li kienu jsibu fl-in\u0127awi tal-i\u017colament tag\u0127hom jew minn dak li kienu jwaddbulhom dawk li kienu jissugraw jersqu lejhom.<\/p>\n\n\n\n<div class=\"wp-block-image\"><figure class=\"aligncenter\"><img decoding=\"async\" loading=\"lazy\" width=\"1024\" height=\"374\" src=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/03\/Laqghat-20192020-1-1024x374.jpg\" alt=\"\" class=\"wp-image-6139\" srcset=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/03\/Laqghat-20192020-1-1024x374.jpg 1024w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/03\/Laqghat-20192020-1-300x110.jpg 300w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/03\/Laqghat-20192020-1-768x280.jpg 768w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/03\/Laqghat-20192020-1.jpg 1205w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/><\/figure><\/div>\n\n\n\n<p>2. <strong>Il-Fejqan tal-g\u0127axar lebbru\u017ci<\/strong><\/p>\n\n\n\n<p><strong>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; <\/strong>Biex wie\u0127ed\njifhem is-sens tar-rakkont wie\u0127ed irid i\u017comm quddiem g\u0127ajnejh is-sens li\nl-mirakli ta\u2019 \u0120es\u00f9 g\u0127andhom fil-Van\u0121eli.<\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; Wie\u0127ed jista\u2019 j\u0127ares lejhom b\u0127ala atti ta\u2019\n\u0127niena ta\u2019 \u0120es\u00f9 biex je\u0127les lil dawk li kienu g\u0127addejjin minn mumenti\ndiffi\u010bli.&nbsp; Il-Van\u0121elu stess jirrakkonta\nkif f\u2019xi okka\u017cjonijiet \u0120es\u00f9 g\u0127amel il-miraklu g\u0127ax \u0127enn, g\u0127ax t\u0127assar, lil dawk\nli kienu qed i\u0127abbtu wi\u010b\u010bhom ma\u2019 diffikultajiet.&nbsp; \u0120es\u00f9 t\u0127assar lill-lebbru\u017c [Mk 1,41], lill-g\u0127omja\nta\u2019 \u0120eriko li talbuh i\u0127enn g\u0127ilhom [Mt 20,30.31.34], lill-armla ta\u2019 Najn u\nqajjem lil binha mill-mewt [Lq 7,13], lill-folla, u fejjaq il-morda u kattar\nil-\u0127ob\u017c u l-\u0127utiet [Mt 14,16; 15,32].&nbsp;\nWie\u0127ed jista\u2019 jg\u0127id li fejjaq l-g\u0127axar lebbru\u017ci g\u0127ax \u0121ietu \u0127niena\nminnhom.&nbsp; Effettivament biex \u0120es\u00f9\nfejjaqhom il-lebbru\u017ci appellaw g\u0127all-\u0127niena tieg\u0127u, \u201c\u0120es\u00f9, Mg\u0127allem, ikollok\n\u0127niena minna\u201d, u wie\u0127ed minnhom fehmu anki b\u0127ala att ta\u2019 \u0127niena u re\u0121a\u2019 lura\nbiex iroddlu \u0127ajr.<\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; Biss l-iskop tal-mirakli kien li jqanqal\nlin-nies \u2013 il-mirakulati u \u2019l dawk pre\u017centi \u2013 g\u0127all-fidi fih.&nbsp; Effettivament kien ja\u0127sibha darba tnejn \u0127a\njara jekk hemmx fidi qabel jidde\u010biedi jekk jag\u0127milx miraklu.&nbsp; Jing\u0127ad li meta n-nies ta\u2019 Nazaret ma laqg\u0127uhx\n\u2013 m\u2019emmnux fih \u2013 \u201cma g\u0127amilx \u0127afna mirakli min\u0127abba n-nuqqas ta\u2019 fidi tag\u0127hom\u201d\n[Mt 13,58].&nbsp; G\u0127ax l-iskribi u l-Fari\u017cej\nma emmnux fih irrifjuta li jag\u0127mel miraklu meta talbuh jag\u0127mel dan: \u201cSinjal\njitlob nisel \u0127a\u017cin u infidil! Imma ebda sinjal ma jing\u0127atalu \u0127lief dak ta\u2019\n\u0120ona.&nbsp; U \u0127alliehom b\u2019hekk u telaq\u201d [Mt\n16,6; cf. 12,38-39].&nbsp; Lill-mara Kanag\u0127anija\n\u0127asibha darbtejn jekk ifejqilhiex lil bintha g\u0127ax ma kienx \u010bert jekk din\nil-barranija setg\u0127etx ikollha l-fidi [Mt 15,26].&nbsp; <\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; Meta nteba\u0127 li l-Kang\u0127anija kellha fidi fejqilha lil bintha [Mt 15,28], u kemmil darba fa\u0127\u0127ar u fta\u0127ar bil-fidi li sab hu u jag\u0127mel il-miraklu [Mt 8,13; 9,2.22-29; Mk 5,36; 10,52].&nbsp; Anki fil-fejqan tal-g\u0127axar lebbru\u017ci irrikonoxxa l-fidi tas-Samaritan li re\u0121a lura biex iroddlu \u0127ajr, \u201cQum, mur; il-fidi tieg\u0127ek salvatek\u201d [Lq 17,19].&nbsp; Ir-rakkont jissoponi li kienu emmnu anki d-disg\u0127a l-o\u0127ra \u2013 \u201cMhux, l-g\u0127axra fiequ mill-lebbra\u201d [Lq 17,17] \u2013 u la fiequ g\u0127ax qag\u0127du fuq il-kelma ta\u2019 \u0120es\u00f9 u g\u0127amlu dak li qalilhom.<\/p>\n\n\n\n<p>3. <strong>Il-Fidi li Takkumpanja l-Mirakli<\/strong><\/p>\n\n\n\n<p><strong>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; <\/strong>Il-fidi tal-lebbru\u017ci ma kienitx sempli\u010bement fidu\u010bja g\u0127amja li \u0120es\u00f9 seta\u2019\njfejjaqhom, imma kienet fidi fil-missjoni messjanika ta\u2019 \u0120es\u00f9.&nbsp; \u0120es\u00f9 kien \u0127abbar li x-xandir tal-A\u0127bar it-Tajba\nakkumpanjat bil-mirakli kien prova li \u0121ew inawgurati \u017c-\u017cminijiet\nmessjani\u010bi.&nbsp; Meta \u0120wanni l-Battistia kien\nil-\u0127abs bag\u0127at jistaqsi lil \u0120es\u00f9 jekk kienx \u201cdak li g\u0127andu ji\u0121i\u201d \u2013 il-Messija \u2013\njew g\u0127andhomx jistennew \u2019il \u0127addie\u0127or.&nbsp;\nBiex iwie\u0121eb lil \u0120wanni li kien \u201cdak li g\u0127andu ji\u0121i\u201d \u0120es\u00f9 qal\nlill-qaddejja ta\u2019 \u0120wanni, \u201cMorru ag\u0127tu lil \u0120wanni l-a\u0127bar ta\u2019 dak li qeg\u0127din\ntisimg\u0127u u taraw: l-g\u0127omja jaraw, iz-zopop jimxu, il-lebbru\u017ci jfiqu, it-torox\njisimg\u0127u, il-mejtin iqumu, u l-Evan\u0121elju jixxandar lill-foqra.&nbsp; Hieni hu min ma jitfixkilx min\u0127abba fija\u201d [Mt\n11,2-6].&nbsp; <\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; Il-lebbru\u017ci kienu jafu li \u0120es\u00f9\nkien qed jag\u0127mel dan.&nbsp; Kienu jafu li \u0120es\u00f9\nkien qieg\u0127ed ixandar l-Evan\u0121elju lill-foqra, u g\u0127alhekk sejj\u0127ulu \u201cMg\u0127allem\u201d, u\nkienu jafu li l-Evan\u0121elju li kien qed ixandar \u0120es\u00f9 kien akkumpanjat\nbil-mirakli, inklu\u017c il-fejqan tal-lebbra.&nbsp;\nMeta rrikorrew g\u0127and \u0120es\u00f9 il-fidi tag\u0127hom fih ma kienitx sempli\u010bi\nfidu\u010bja li seta\u2019 jfejjaqhom, imma kienet fidi fih li kien \u201cdak li g\u0127andu ji\u0121i\u201d\n\u2013 il-Messija \u2013 u l-mirakli kienu espressjoni tal-benedizzjonijiet li Alla kien\nwieg\u0127ed g\u0127a\u017c-\u017cminijiet messjani\u010bi.&nbsp; Is-Samaritan\nli re\u0121a\u2019 lura jrodd \u0127ajr lil \u0120es\u00f9 jg\u0127ajjat u jfa\u0127\u0127ar lil Alla \u0121ab ru\u0127u b\u0127al\ndawk li emmnu fil-missjoni messjanika ta\u2019 \u0120es\u00f9; \u0121ab ru\u0127u b\u0127al \u017bakkarija [Lq\n1,64], Xmun [Lq 2,28], il-profetissa Anna [Lq 2,38], il-mara li kienet miflu\u0121a\n[Lq 13,13], l-g\u0127ama ta\u2019 \u0120eriko [Lq 18,43], in-nies li raw il-mirakli [Lq\n5,25-26; 7,16; 19,37], i\u010b-\u010benturjun f\u2019ri\u0121lejn is-salib [Lq 23,47], l-appostli\nwara l-qawmien mill-imwiet [Lq 24,53], il-membri tal-ewwel komunit\u00e0 nisranija\n[Atti 2,47; 21,20], il-mag\u0127tub mfejjaq fil-bieb tat-Tempju u dawk li rawh [Atti\n3,8.9; 4,21], u l-ewwel pagani li kkonvertew g\u0127all-Kristjane\u017cimu [Atti 13,48].&nbsp; Fil-ka\u017cijiet kollha il-fo\u0127rija t\u2019Alla tfisser\nli dawn in-nies kienu laqg\u0127u l-Evan\u0121elju.<\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; B\u0127al \u0120wanni l-Battista qablu mill-bidunett\ntal-missjoni tieg\u0127u l-Evan\u0121elju \u2013 l-A\u0127bar it-Tajba \u2013 ta\u2019 \u0120es\u00f9 kien li s-saltna\ntax-xitan kienet waslet biex tintemm u li s-saltna t\u2019Alla kienet waslet biex\nti\u0121i inawgurata [Mt 3,2; 4,17.23; 10,7; 24,14; Lq 4,43].&nbsp; Biex jikkonvin\u010bi lin-nies minn dan l-A\u0127bar\nit-Tajba akkumpanjaha bil-mirakli ta\u2019 fejqan, g\u0127ax il-gwaj fi\u017ciku tal-bniedem\nkien meqjus b\u0127ala konsegwenza tad-dnub \u2013 mhux ne\u010bessarjament tad-dnub personali\n\u2013 u per konsegwenza espressjoni tal-\u0127akma tax-xitan fuq il-bniedem.&nbsp; L-ag\u0127ar espressjoni tal-\u0127akma tax-xitan fuq\nil-bniedem kienu il-ka\u017cijiet fejn jing\u0127ad li xi nies kienu ma\u0127kuma minn xitan\njew spirtu \u0127a\u017cin.&nbsp; F\u2019xi ka\u017cijiet kienu ma\u0127kumin\nminn xitan fis-sens li l-marda tag\u0127hom kienet meqjusa b\u0127allikieku il-kaw\u017ca\ntag\u0127ha kien ix-xitan.&nbsp; Bi\u017c\u017cejjed wie\u0127ed\njikkunsidra dak li qal \u0120es\u00f9 meta fejjaq mara li kienet ilha miflu\u0121a tmintax-il\nsena; iddeskriva l-marda tag\u0127ha b\u0127ala \u201crbit li fih ix-xitan kien ilu j\u017commha\ng\u0127al tmintax il-sena s\u0127a\u0127\u201d [Lq 13,16].&nbsp; Individwu\nie\u0127or kien meqjus ma\u0127kum minn xitan g\u0127ax kien mutu [Mt 9,32-34] u ie\u0127or g\u0127ax\nepilettiku [Mt 17,14-20]. &nbsp;Il-fejqan ta\u2019\ndan il-gwaj fi\u017ciku \u0120es\u00f9 ppre\u017centah b\u0127ala prova tal-A\u0127bar it-Tajba li l-bniedem\njista\u2019 je\u0127les mill-\u0127akma tax-xitan u jissottometti ru\u0127u g\u0127as-saltna ta\u2019 Alla: \u201c&#8230;\njekk jien qieg\u0127ed inke\u010b\u010bi x-xjaten bl-ispirtu ta\u2019 Alla, dan ifisser li\nwaslitilkom is-saltna ta\u2019 Alla\u201d [Mt 12,28; Lq 11,20].<\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; L-inawgurazzjoni tas-saltna\nt\u2019Alla ifisser li t\u0127alli \u2019l Alla jsaltan fuqek.&nbsp;\nIl-bniedem waqa\u2019 ta\u0127t il-\u0127akma tax-xitan meta ma qag\u0127adx g\u0127ar-rieda\nt\u2019Alla u g\u0127amel dak li qaltlu rasu.&nbsp; U\nbaqa\u2019 jag\u0127mel hekk g\u0127al \u017cmien twil.&nbsp; \u0120es\u00f9\nried jinawgura s-saltna t\u2019Alla billi jikkonvin\u010bi l-bniedem je\u0127les mid-dnub u\njoqghod g\u0127ar-rieda t\u2019Alla.&nbsp; Fil-<em>Pater\nNoster <\/em>il-petizzjonijiet <em>Ti\u0121i saltnatek <\/em>u <em>Ikun li trid int kif\nfis-sema hekkda fl-art<\/em> g\u0127andhom l-istess tifsira.<\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; In-nies kienet qed tistenna\nl-inawgurazzjoni tas-saltna ta\u2019 Alla.&nbsp;\nMhux kul\u0127add kellu l-istess ideja tas-saltna ta\u2019 Alla, imma \u0127afna kienu\njemmnu li Alla kien se jinawgura s-saltna tieg\u0127u b\u2019intervent favur dawk li kienu\nse jid\u0127lu fis-saltna u kontra dawk li ma kienx se jkollhom post fis-saltna.&nbsp; Skont din il-vi\u017cjoni dak li Alla kien se\njinqeda bih biex jinawgura s-saltna kellu ji\u0121bed lejh dawk li kienu se jkunu\nmembri u jwarrab \u2013 jemar\u0121ina \u2013 lil dawk li ma kellhomx post fis-saltna.&nbsp; \u0120es\u00f9 m\u2019a\u010b\u010bettax li jinawgura s-saltna\nb\u2019emar\u0121inazzjoni ta\u2019 xi kategorija ta\u2019 nies.&nbsp;\nMill-bidunett ried li l-missjoni tkun totalment inklu\u017civa.&nbsp; Ma emar\u0121ina lil \u0127add min\u0127abba l-kultura\ntieg\u0127u: ma emer\u0121inax lis-Samaritani, [Lq 17,11-19; cf. 11,29-37], lill-Kag\u0127anin\n[Mt 15,21-28], lir-Rumani [Lq 7,1-10], anzi kellu kliem po\u017citiv fuqhom. Ma\nemar\u0121ina lil \u0127add min\u0127abba l-kundizzjoni morali tieg\u0127u: ma emarginax\nil-midinbin, ir\u0121iel [Lq 5,29-32] jew nisa [Lq 7,36-50], avolja dan \u0121ibed fuqu il-kundanna\ntal-awtoritajiet reli\u0121ju\u017ci.&nbsp; Ma emar\u0121ina\nlil \u0127add min\u0127abba l-kundizzjoni fi\u017cika tieg\u0127u: ma emar\u0121inax lill-lebbru\u017ci [Lq\n5,12-14; 17,11-19], anzi f\u2019ka\u017c minnhom ma ddejjaqx jo\u0127rog idu biex imiss\nil-lebbru\u017c [Lq 5,13]. <\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; L-iskop ta\u2019 \u0120es\u00f9 ma kienx sempli\u010bement\nli jersaq lejn l-emar\u0121inati, imma li jg\u0127in lill-ema\u0121inati fi\u017cikament u\nspiritwalment \u0127alli jintegrahom fil-komunit\u00e0 \u0127alli isibu posthom mill-\u0121did fil-komunit\u00e0.&nbsp; Kif fieq is-Samaritan seta\u2019 jabbanduna\nl-i\u017colament tieg\u0127u u jersaq \u201cf\u2019ri\u0121lejn \u0120es\u00f9\u201d, u wie\u0127ed jimma\u0121ina li sabu\nposthom lura fil-komunit\u00e0 anki d-disg\u0127a l-o\u0127ra.&nbsp;\n&nbsp;Lill-lebbru\u017ci bag\u0127athom \u0127a\njarahom is-sa\u010berdot skont ma kien hemm fil-Li\u0121i ta\u2019 Mos\u00e9 [Lev 13 \u2013 14] u hekk\nsetg\u0127u ukoll jie\u0127du sehem mal-bqija tal-komunit\u00e0 fi\u010b-\u010belebrazzjonijiet litur\u0121i\u010bi.<\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; Dak li kien qed jag\u0127mel hu \u0120es\u00f9 ta\nmandat lill-appostli jag\u0127mluh anki huma: \u201c&#8230; morru fittxu n-nag\u0127a\u0121 il-mitlufa\ntad-dar ta\u2019 I\u017crael.&nbsp; Intom u sejrin,\nxandru u g\u0127idu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet.&nbsp;\nFejqu l-morda, qajmu l-mejtin, fejqu l-lebbru\u017ci, ke\u010b\u010bu x-xjaten\u201d [Mt\n10,6-7].&nbsp; Il-mandat lill-appostli hu\nmandat lill-Knisja, lill-Knisja universali u lill-Knisja lokali.&nbsp; Kull fejn hemm nies li g\u0127al xi ra\u0121uni jew\no\u0127ra is-so\u010bjet\u00e0 temar\u0121inahom il-Knisja \u2013 l-insara li jiffurmaw il-Knisja \u2013 hi\nobbligata tersaq lejn dawn in-nies u tg\u0127inhom jintegraw ru\u0127hom fil-komunit\u00e0. &nbsp;&nbsp;<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-Lebbru\u017ci fil-Bibbja. &nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; Barra l-fejqan tal-g\u0127axar lebbru\u017ci [Lq 17,11-19] il-Van\u0121eli jirrakkuntaw il-fejqan ta\u2019 lebbru\u017c ie\u0127or [Mt 8,1-4 = Mk 1,40-45 = Lq 5,12-26] u ming\u0127ajr ma jirrakkuntaw id-dettalji isemmu l-fejqan <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":6133,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[37],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6155"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=6155"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6155\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":6156,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6155\/revisions\/6156"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/6133"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=6155"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=6155"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=6155"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}