{"id":6197,"date":"2019-11-05T13:37:43","date_gmt":"2019-11-05T12:37:43","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=6197"},"modified":"2019-11-05T13:37:46","modified_gmt":"2019-11-05T12:37:46","slug":"lesti-naghmlu-bidla-radikali","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/lesti-naghmlu-bidla-radikali\/","title":{"rendered":"Lesti nag\u0127mlu bidla radikali?"},"content":{"rendered":"\n<p>Il-laqg\u0127a bdiet bit-Talba\ntal-Moviment.<\/p>\n\n\n\n<p>Imbag\u0127ad inqara l-Van\u0121elu minn San\nLuqa, k19, v1-10 &#8211; ir-rakkont ta&#8217; \u017bakkew.<\/p>\n\n\n\n<p>\u017bakkew bniedem g\u0127ani, in-nies\njobg\u0127oduh g\u0127ax traditur ta&#8217; niesu; minbarra li hu seftur tal-\u0127akkiema hu wkoll\n\u0127alliel.<\/p>\n\n\n\n<p>Jekk in\u0127arsu lejh bl-g\u0127ajnejn ta&#8217;\nbnedmin nindunaw li fil-Van\u0121elu hemm ukoll episodji umoristi\u010bi.<\/p>\n\n\n\n<p>Nag\u0127mlu ftit &#8220;role play&#8221;.\nKieku jien kont flok \u017bakkew kont nitla&#8217; fuq is-si\u0121ra? Kemm kont indum nixtarr\nx&#8217;se tkun ir-reazzjoni tal-folla? Ifisser li biex nersaq lejn \u0120esu&#8217; noqg\u0127od\ninqis. Mhux hekk \u017bakkew, jaf li se jaqa&#8217; g\u0127ar-redikolu, bniedem mag\u0127ruf,\npubblikan, anzi kap tal-pubblikani. Pubblikan ie\u0127or b\u0127al dak li da\u0127al\nfit-tempju u baqa&#8217; \u0127dejn il-bieb g\u0127ax \u0127assu ndenju, g\u0127araf i\u010b-\u010bokon tieg\u0127u.<\/p>\n\n\n\n<p>Meta kien \u0121ie l-Papa \u0120wanni 11,\nl-g\u0127ada, f&#8217;gazzetta ewlenija lokali, kien deher ritratt ta&#8217; tfajjel li kien\ntela&#8217; fuq si\u0121ra, liebes flokk abjad u shorts isfar g\u0127ax ried jara sew.\nIl-kummenti dwar ir-ritratt kienu kollha ta&#8217; simpatija, g\u0127ax kien tifel. <\/p>\n\n\n\n<p>Imma l-folla li rat lil \u017bakkew\ni\u0121\u0121udikatu b&#8217;mod differenti, anki g\u0127ax kellha l-prejudizzju dwaru. Il-folla ma\nta\u0127firhiex, trid tg\u0127id tag\u0127ha, l-ewwel kienet ostaklu, g\u0127ax min\u0127abba t-tul\n\u017bakkew ma setax jara lil \u0120esu&#8217;, imbag\u0127ad i\u0121\u0121udikatu fuq dak li jidher, fuq dak\nli kienet taf dwaru superfi\u010bjalment.<\/p>\n\n\n\n<p>Imma jekk \u017bakkew \u0127ass dix-xewqa li\njara min kien \u0120esu&#8217;, minn \u0121ewwa kien bniedem ie\u0127or, kien bniedem li Alla biss\njaf x&#8217;kellu f&#8217;qalbu.<\/p>\n\n\n\n<p>F&#8217;dan l-episodju naraw li \u017bakkew\nkellu jeg\u0127leb tliet ostakli biex ikun jista jara lil \u0120esu&#8217; g\u0127addej.<\/p>\n\n\n\n<p>L-ewwel wie\u0127ed kien it-tul. Imma\nb&#8217;rieda s\u0127i\u0127a li kellu biex jiltaqa&#8217;, jew tal-inqas jara lill-Mulej, nessitu\nlilu nnifsu. \u0126are\u0121 minnu nnifsu u ma \u0127abbilx rasu mill-\u0121udizzju li kien jaf li\nse tg\u0127addi fuqu l-folla. Jekk napplikaw dan g\u0127alina nindunaw li jekk mhux\nmill-istatura a\u0127na wkoll qosra meta nitilfu l-fidu\u010bja fina nfusna. Din hi\ntentazzjoni kbira li x-xitan ji\u017cra&#8217; fina bla waqfien biex jipprova jirba\u0127na\ng\u0127alih.<\/p>\n\n\n\n<p>Hi tentazzjoni li tolqot ukoll\nil-fidi tag\u0127na, l-istatura mhux fi\u017cika, i\u017cda l-istatura tal-fidi li g\u0127andna,\nkemm a\u0127na konvinti minn dak li nemmnu u kemm inqieg\u0127du lil Alla l-ewwel\nf&#8217;kollox.<\/p>\n\n\n\n<p>F&#8217;omelija li g\u0127amel dil-\u0121img\u0127a\nl-Papa Fran\u0121isku tkellem dwar San Pawl (qed jitkellem spiss dwaru g\u0127ax b\u0127alissa\nqed jag\u0127mel l-udjenzi ta&#8217; nhar ta&#8217; Erbg\u0127a dwar l-Atti tal-Appostli). Osserva li\nfil-\u0127in li Pawlu kien wasal lejn tmiem \u0127ajtu ma kienx mo\u0127\u0127u f&#8217;dak li se ji\u0121ri\nminnu, i\u017cda \u0127siebu kien biss dwar kif se tkompli tixxandar il-kelma t&#8217;Alla.<\/p>\n\n\n\n<p>F&#8217;\u0127ajjitna, bosta drabi, minflok\nin\u0127arsu &#8216;l fuq, in\u0127arsu &#8216;l isfel. Mhux hekk g\u0127amel \u0120esu&#8217; meta ra lil \u017bakkew.\nAlla ma jaraniex dubbien, kif nag\u0127mlu a\u0127na ma&#8217; xulxin. Alla j\u0127ares lejna u\ng\u0127andu fidu\u010bja kbira li l-liberta&#8217; li tana biex nag\u0127\u017clu tkun favurih. Alla ma\njorqod qatt, dejjem jishar g\u0127ax jaf li jekk le, l-g\u0127adu se jkun i\u0127uf biex\nja\u0127taf in-nag\u0127a\u0121.<\/p>\n\n\n\n<p>F&#8217;opra ta&#8217; Verdi, id-Don Carlos,\nwaqt li r-Re Karlu qed jhewden fi xju\u0127itu jg\u0127id: Se dorme il prence veglia il\ntraditor &#8211; Ladarba l-prin\u010bep ikun rieqed, it-traditur ikun i\u0127uf.<\/p>\n\n\n\n<p>Alla qatt ma jistrie\u0127. Tfakkarni\nf&#8217;cartoon li rajt m&#8217;ilux fejn ra\u0121el jistaqsi lil ie\u0127or: Imma Alla qatt ma jie\u0127u\n\u0121urnata mistrie\u0127? U dak iwie\u0121bu: Le, g\u0127ax id-darba li qag\u0127ad jistrie\u0127 fil-\u0121nien\ntal-G\u0127eden, il-bniedem beda jgerfex u \u0127awwadlu l-pjanijiet kollha!<\/p>\n\n\n\n<p>In\u0127arsu &#8216;l isfel ifisser li nhedew\nimma\u0127\u0127u dwar l-img\u0127oddi, dwar kull \u0127a\u0121a negattiva li \u0121ratilna f&#8217;\u0127ajjitna u\nnibqg\u0127u mwa\u0127\u0127lin ma&#8217; dak li g\u0127adda bla ma n\u0127arsu lejn ix-xefaq l-ie\u0127or. Aktar\nmhi s\u0127i\u0127a l-fidi tag\u0127na aktar inkunu konvinti li l-uniku difett li g\u0127andu Alla\nhu li jinsa l-img\u0127oddi tag\u0127na g\u0127ax \u0127anin, g\u0127ax mimli tenerezza, it-tenerezza\ntal-omm li t\u0127addan lill-ulied ma&#8217; \u0127danha.<\/p>\n\n\n\n<p>Il-biera\u0127 il-Papa g\u0127amel omelija\nfejn tkellem dwar it-tenerezza ta&#8217; Alla f&#8217;\u0120esu&#8217; Ibnu, dak \u0120esu&#8217; li beka quddiem\nil-qabar ta&#8217; \u0127abibu Lazzru, li beka fuq \u0120erusalemm g\u0127ax ma rnexxilux ji\u0121bor &#8216;l\nuleidha b\u0127alma l-qroqqa ti\u0121bor il-flieles ta\u0127t \u0121wen\u0127ajha.<\/p>\n\n\n\n<p>Meta nintrabtu mal-img\u0127oddi, aktarx\ni\u0127ufu f&#8217;mo\u0127\u0127na dejjem l-affarijiet \u0127\u017ciena. Dan mhux denju tan-nisrani, huwa\nqosor figurattiv, qosor spiritwali, huwa virus li jimblukkalna \u0127ajjitna, virus\nli jag\u0127lqilna l-bibien tat-tama, nispi\u010b\u010baw bla fer\u0127 fi qlubna, nibqg\u0127u stati\u010bi\nu dak li hu statiku, qalilna l-Papa Fran\u0121isku l-biera\u0127, je\u0127\u017cien b\u0127alma je\u0127\u017cien\nl-ilma li ma ji\u010b\u010baqlaqx, li ma jimxix.<\/p>\n\n\n\n<p>Ostaklu ie\u0127or fil-\u0127ajja spiritwali\ntag\u0127na, fil-mixja lejn \u0120esu&#8217;, hi l-mist\u0127ija. Il-mist\u0127ija tipparalizzana.\nIt-tifel fuq is-si\u0121ra ftit \u0127abbel rasu x&#8217;se jg\u0127idu fuqu. Nimma\u0121inaw kieku\nminflok tifel kien hemm adult li \u0127a dik l-inizjattiva!<\/p>\n\n\n\n<p>Dan hu \u017bakkew. Min jaf x&#8217;g\u0127adda minn\nmo\u0127\u0127u qabel ma&#8217; tela fuq is-si\u0121ra tat-tin selva\u0121\u0121. Imma x-xewqa li kellu li\njara lil \u0120esu&#8217; g\u0127enitu jg\u0127eleb il-mist\u0127ija. Kemm drabi a\u0127na nipparalizzaw ru\u0127na\nu nib\u017cg\u0127u nuru t-twemmin tag\u0127na f&#8217;dinja ostili li ma tiddejjaqx tg\u0127addi\nmessa\u0121\u0121i negattivi u li tikkundizzjonana bl-isku\u017ca ta&#8217; korrettezza politika, biex\nma nurtawx lil min ma jaqbilx mag\u0127na!!<\/p>\n\n\n\n<p>Ma ninsewx li \u017bakkew hu persuna\u0121\u0121\npubbliku, kien jaf li meta se jitla&#8217; mas-si\u0121ra, hu tant mibg\u0127ud li kien se jkun\n\u017cuffjett g\u0127al min jarah. Madankollu g\u0127eleb il-mist\u0127ija, g\u0127ax il-\u0121ibda lejn\n\u0120esu&#8217; kienet ferm akbar mill-umiljazzjoni li kien jaf li se jg\u0127addi minnha.\nX&#8217;lezzjoni g\u0127alina, fil-kuntest sekularizzat li qed ng\u0127ixu fih, fejn, bla ma\nnindunaw, a\u0127na nfluwenzati mill-messa\u0121\u0121i tal-mezzi tal-komunikazzjoni li,\nmin\u0127abba fihom, lanqas inkunu qed nindunaw li qed nag\u0127mlu kompromessi\nmal-prin\u010bipji evan\u0121eli\u010bi!<\/p>\n\n\n\n<p>Kemm irridu noqog\u0127du attenti biex ma\nn\u0127allux id-droga tas-su\u010b\u010bess, tal-poter, tar-rikkezza titlag\u0127lna g\u0127al rasna u\nninsew li l-g\u0127an ta&#8217; dil-\u0127ajja hu x-xaqliba l-o\u0127ra. L-ankra tag\u0127na rridu\nnitfg\u0127uha fuq ix-xatt l-ie\u0127or u a\u0127na nibqg\u0127u mqabbdin mal-\u0127abel, qalilna l-Papa\nFran\u0121isku waqt omelija o\u0127ra fil-kappella tad-Dar Santa Marta. Jekk nhedew biss\nfil-kumditajiet, fil-lussu artifi\u010bjali li jpin\u0121ulna l-mezzi tal-komunikazzjoni,\nl-ankra tag\u0127na nkunu qed inwaddbuha sal-qabar g\u0127ax inkunu qed ninjoraw il-\u0127ajja\ntal-eternita&#8217;, inkunu b\u0127ar-ra\u0121el tal-parabbola li \u0127aseb biex jibni l-im\u0127a\u017cen\ng\u0127all-\u0121id kbir li kiseb u dak il-lejl stess kellu jrodd ru\u0127u.<\/p>\n\n\n\n<p>Dakinhar, il-folla kienet i\u0121\u0121udikat\nlil \u017bakkew, kienet \u0127arset lejh minn isfel g\u0127al fuq. \u0120esu&#8217; g\u0127amel il-maqlub,\nrefa&#8217; g\u0127ajnejh g\u0127ax mar &#8216;l hinn mid-difetti tal-bniedem. Alla jara, i\u0127ares lejn\nil-persuna, minflok jieqaf fuq id-difetti tal-img\u0127oddi j\u0127ares &#8216; il quddiem g\u0127ax\nma jirrassenjax ru\u0127u, jibqa&#8217; ji\u0121ri wara l-bniedem. Ji\u0121ri warajh personalment,\ninfatti, minkejja l-folla ta&#8217; madwaru, lil \u017bakkew isejja\u0127lu b&#8217;ismu u jistieden\nru\u0127u b&#8217;idejh.<\/p>\n\n\n\n<p>\u017bakkew tela&#8217; ji\u0121ri fuq is-si\u0121ra u\ndaqstant ie\u0127or bil-\u0127effa ni\u017cel biex jilqa&#8217; lil \u0120esu&#8217; f&#8217;daru. \u0120esu&#8217;, it-tabib\ntal-marid kif jistqarr Hu stess, ji\u0121i g\u0127and kull min i\u0127alli l-bieb ta&#8217; qalbu\nmiftu\u0127, jid\u0127ol fil-qalb ta&#8217; min jitqabad g\u0127all-onesta&#8217;, g\u0127as-solidarjeta&#8217;,\ng\u0127all-\u0121ustizzja vera, mhux g\u0127all-\u0121ustizzja superfi\u010bjali.<\/p>\n\n\n\n<p>It-tag\u0127lima li nie\u0127du minn dan\nl-episodju hi li, jekk irridu ng\u0127ixu ta&#8217; veri nsara, il-bidla li je\u0127tie\u0121 isse\u0127\u0127\nfina hi bidla radikali. &#8220;Lil min sraqt irroddlu erba&#8217; darbiet aktar, nofs\n\u0121idi ntih lill-foqra&#8221;.Kemm idarrasna dal-kliem! Imma l-verita&#8217; hi li\nl-\u0127abel marbut mal-ankra li hemm fuq ix-xatt l-ie\u0127or jitlob minna li nkunu\nfoqra, ji\u0121ifieri li ma nkunu marbutin ma&#8217; xsejn, anqas u anqas ma&#8217; idejat u\nideolo\u0121iji politi\u010bi.<\/p>\n\n\n\n<p>Se nkun xi ftit polemiku\u017c, imma\nnsostni li l-veru nisrani ma jistax ikun marbut ma&#8217; ideolo\u0121ija politika, g\u0127ax\nil-Van\u0121elu mhux politika, u mhux ideolo\u0121ija. Kif itenni spiss il-Papa\nFran\u0121isku, il-Van\u0121elu hu stil ta&#8217; \u0127ajja li \u017c\u017commna ekwilibrati \u0127alli ma\nni\u0121\u0121ustifikaw qatt dak li jidher \u010bar li jmur kontra t-tag\u0127lim tal-Van\u0121elu.<\/p>\n\n\n\n<p>L-aktar \u0127a\u0121a mportanti li rridu\nn\u017commu quddiem g\u0127ajnejna hi li biex insalvaw m&#8217;hemm ebda &#8216;short cut&#8217;. Il-bieb\nid-dejjaq huwa g\u0127a\u017cla: kull \u0127a\u0121a li nag\u0127mlu, kull de\u010bi\u017cjoni li nie\u0127du rridu\nb&#8217;kuxjenza \u0127ielsa nistaqsu lilna nfusna: kieku hawn \u0120esu&#8217; minfloki x&#8217;kien\njag\u0127mel? Nindunaw kemm naqg\u0127u f&#8217;kompromessi, kemm hu diffi\u010bli naqdfu wa\u0127edna\nming\u0127ajr l-g\u0127ajnuna tal-Ispirtu s-Santu, ming\u0127ajr l-inter\u010bessjoni ta&#8217; Marija.<\/p>\n\n\n\n<p>Meta naqraw dal-pass tal-Van\u0121elu,\ndonnu jidher li&nbsp; l-protagonista huwa\n\u017bakkew. Il-protagonista huwa \u0120esu&#8217;, u r-relazzjoni li bir-rieda Tieg\u0127u jwaqqaf\nmal-bniedem, l-im\u0127abba li g\u0127andu g\u0127al kull bniedem li twasslu jag\u0127ti \u0127ajtu anki\ng\u0127al min jag\u0127millu l-\u0127sara, g\u0127al min sallbu. <\/p>\n\n\n\n<p>Dan l-episodju jse\u0127\u0127 fit-triq lejn\n\u0120erusalemm, fejn \u0120esu&#8217; kien sejjer biex jing\u0127ata f&#8217;idejn l-g\u0127edewwa Tieg\u0127u\n&#8230;&#8230; u x&#8217;inhu l-a\u0121ir Tieg\u0127u? Laqg\u0127a ma&#8217; midneb, anzi ma&#8217; midneb pubbliku,\n\u0127alliel bil-provi.<\/p>\n\n\n\n<p>\u017bakkew, b\u0127alna, hu bniedem midrub\nmin\u0127abba l-\u0121ibda \u017cejda mal-flus, li jbieg\u0127duh minn Alla. Pero&#8217; x-xewqa kbira li\njara lil \u0120esu&#8217; ter\u0121a&#8217; tkebbes fih il-fjamma li kienet iddg\u0127ajfet. \u0120esu&#8217;, li\nqasba m\u0121en\u0121la ma jiksirhiex, li fjamma tnemnem ma jitfihiex, jer\u0121a&#8217; jkebbes\nin-nar f&#8217;dik il-qalb g\u0127ax \u0127tie\u0121lu jmur joqg\u0127od g\u0127andu.<\/p>\n\n\n\n<p>B\u0127alma g\u0127amel ma&#8217; \u017bakkew, \u0120esu&#8217;\nj\u0127abbat il-bieb ta&#8217; qalbna g\u0127ax irid iwaqqaf relazzjoni mag\u0127na personalment,\niridna nistednuh f&#8217;darna, il-post li lilna jtina l-kenn u l-wens. Jekk dal-kenn\nu l-wens nippruvaw infittxuhom f&#8217;dak li hu materjali, inkunu qed niktbu\nl-kundanna tag\u0127na nfusna. Jekk il-wens u l-kenn naqsmuhom ma&#8217; min i\u0127obbna\nb&#8217;im\u0127abba bla qies, ma&#8217; min juri mag\u0127na \u0127niena nfinita, jkun ifisser li a\u0127na\nmqabbdin sewwa ma&#8217; dak il-\u0127abel li t-tarf tieg\u0127u hu marbut mal-ankra li hemm\nimwa\u0127\u0127la sew fuq ix-xatt l-ie\u0127or.<\/p>\n\n\n\n<p><strong>L-g\u0127a\u017cla\nf&#8217;idejna!<\/strong><\/p>\n\n\n\n<p>Il-laqg\u0127a g\u0127alqet bit-Talba\ntal-Missierna.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a bdiet bit-Talba tal-Moviment. Imbag\u0127ad inqara l-Van\u0121elu minn San Luqa, k19, v1-10 &#8211; ir-rakkont ta&#8217; \u017bakkew. \u017bakkew bniedem g\u0127ani, in-nies jobg\u0127oduh g\u0127ax traditur ta&#8217; niesu; minbarra li hu seftur tal-\u0127akkiema <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":2035,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[220,204,141],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6197"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=6197"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6197\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":6198,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6197\/revisions\/6198"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/2035"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=6197"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=6197"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=6197"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}