{"id":6274,"date":"2020-02-16T21:22:09","date_gmt":"2020-02-16T20:22:09","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=6274"},"modified":"2020-02-16T21:29:35","modified_gmt":"2020-02-16T20:29:35","slug":"prayer-cafe-gesu-u-l-ligi","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/prayer-cafe-gesu-u-l-ligi\/","title":{"rendered":"Prayer Caf\u00e8: \u0120esu u l-Li\u0121i"},"content":{"rendered":"\n<p>Dskussjoni dwar il-Litur\u0121ija tas-VI \u0126add tas-Sena [A]\n\n\n\n<ol><li><strong>Is-Sens tat-Terminu <em>Li\u0121i<\/em>. <\/strong><\/li><\/ol>\n\n\n\n<p>Fit-Testment il-\u0120did it-terminu <em>li\u0121i\n<\/em>jintu\u017ca f\u2019\u017cew\u0121 sensi differenti.&nbsp; Hemm\ntesti fejn il-<em>Li\u0121i <\/em>huma kotba tat-Testment il-Qadim [\u0120w 10,34; 12,34;\n15,25; Rum 3,19; 1 Kor 14,21], aktar u aktar meta il-<em>Li\u0121i <\/em>tissemma\nflimkien ma\u2019 il-<em>Profeti<\/em>.<em>&nbsp; <\/em>Fil-bidu\ntas-silta li se tinqara nhar il-\u0126add \u0120es\u00f9 jalludi g\u0127al-Li\u0121i f\u2019dan is-sens:\n\u201cXejn ta\u0127sbu li jien \u0121ejt inwaqqa\u2019 l-Li\u0121i jew il-Profeti\u201d [v. 17].&nbsp; In-nies kienet temmen li l-kotba tat-Testment\nil-Qadim kienu jitkellmu fuq il-weg\u0127diet li Alla kien g\u0127amel lill-poplu Lhudi,\nu fil-bidu tas-silta ta\u2019 dan il-\u0126add \u0120es\u00f9 jg\u0127id li fil-missjoni tieg\u0127u mhux\ntalli ma kienx se j\u0121ib fix-xejn il-weg\u0127diet tat-Testment il-Qadim, talli kien\nse jwassalhom fil-milja tag\u0127hom, ji\u0121ifieri kienu se jse\u0127\u0127u fil-missjoni tieg\u0127u.<\/p>\n\n\n\n<p>Din l-ideja niltaqg\u0127u mag\u0127ha\nf\u2019diversi siltiet tat-Testment il-\u0120did.&nbsp; Meta\nFilippu sab lil Natanjel qallu, &nbsp;\u201cSibna\nlil dak li fuqu kitbu Mos\u00e8 fil-Li\u0121i, u l-profeti fil-kotba tag\u0127hom: \u0120es\u00f9 minn\nNazaret, bin \u0120u\u017ceppi\u201d [\u0120w 1,45].&nbsp; Wara\nl-qawmien mill-imwiet lid-dixxipli ta\u2019 G\u0127emmaws fissrilhom kull ma kien hemm\nfuqu fit-Testment il-Qadim [= l-Iskrittura], fil-kotba tal-Li\u0121i ta\u2019 Mos\u00e8 u\ntal-Profeti [Lq 24,27], u lill-appostli fet\u0127ilhom mo\u0127\u0127om biex jifhmu t-Testment\nil-Qadim [= l-Iskrittura] u spjegalhom kif kien se\u0127\u0127 dak kollu li kien inkiteb\nfuqu fil-kotba tal-Li\u0121i ta\u2019 Mos\u00e8, tal-Profeti u tas-Salmi [Lq 24,46].<\/p>\n\n\n\n<p>Imma t-terminu <em>li\u0121i <\/em>jintu\u017ca\nf\u2019sens ie\u0127or.&nbsp; It-Testment il-Qadim\njirrakkonta l-Patt li Alla kien g\u0127amel mal-poplu Lhudi wara li kien \u0127elsu\nmill-jasar tal-E\u0121ittu.&nbsp; F\u2019dik okka\u017cjoni\nAlla kien ta l-li\u0121i lil Mos\u00e8 u l-komunit\u00e0 kienet a\u010b\u010bettat li toqg\u0127od\ng\u0127aliha.&nbsp; Fit-Testment il-\u0121did il-kmandamenti, il-preskrizzjonijiet,\nl-ordnijiet tal-Patt jissejj\u0127u il-<em>Li\u0121i\nta\u2019 Mos\u00e8 <\/em>[Lq 2,22.39; \u0120w 7,23;\nAtti 13,38; 15,5; Lhud 10,28] jew il-<em>Li\u0121i\nta\u2019 Alla <\/em>[Mt 15,6].&nbsp; Jing\u0127ad, per e\u017cempju: \u201cWara li [il-\u0121enituri\nta\u2019 \u0120es\u00f9] g\u0127alqilhom i\u017c-\u017cmien g\u0127all-purifikazzjoni tag\u0127hom skont il-Li\u0121i ta\u2019\nMos\u00e8, \u0127aduh \u0120erusalemm biex jippre\u017centawh lill-Mulej kif hemm miktub fil-Li\u0121i\ntal-Mulej&#8230; u biex joffru b\u2019sagrifi\u010b\u010bju par gamiem jew \u017cew\u0121 b\u010bie\u010ben kif\njing\u0127ad ukoll fil-Li\u0121i tal-Mulej\u201d [Lq 2,22-24].&nbsp;\nDin il-Li\u0121i in-nies kienet issibha fil-kotba tal-E\u017codu, Levitiku,\nNumri u Dewteronomju.&nbsp; <\/p>\n\n\n\n<p>Fil-Van\u0121elu\nta\u2019 dan il-\u0126add \u0120es\u00f9 jitkellem anki fuq din il-Li\u0121i, u l-atte\u0121\u0121jament tieg\u0127u\nlejn il-preskrizzjonijiet ta\u2019 din il-Li\u0121i hu differenti \u0127afna mill-atte\u0121\u0121jament\ntieg\u0127u il-kotba tal-Li\u0121i b\u0127ala espressjoni tal-weg\u0127diet li Alla kien g\u0127amel\nlill-komunit\u00e0.<\/p>\n\n\n\n<ul><li><strong>Il-Li\u0121i tal-Patt<\/strong><\/li><\/ul>\n\n\n\n<p>Wara\nli l-poplu Lhudi \u0127eles mill-jasar tal-E\u0121ittu mar fid-de\u017cert u hemmhekk\niuntrabat b\u2019Patt ma\u2019 Alla.&nbsp; Alla ntrabat\nli j\u0127ares lill-komunit\u00e0, imma ried li l-komunit\u00e0 tintrabat li t\u0127ares \u010berti kundizzjonijiet.&nbsp; Dawn il-kundizzjonijiet ma kienux ir-ri\u017cultat\nta\u2019 xi trattativa bejn Alla u l-komunit\u00e0, imma kienu kundizzjonijiet li Alla\nnnifsu dde\u010bidiehom unilateralment.&nbsp;\nIl-komunit\u00e0 kellha l-libert\u00e0 ta\u010b\u010betta jew ma ta\u010b\u010bettax li tintrabat\nf\u2019Patt ma\u2019 Alla, imma la a\u010b\u010bettat ma kellhiex g\u0127a\u017cla \u0127lief li toqg\u0127od\ng\u0127all-kundizzjonijiet li Alla kien impona.&nbsp;\nIl-Li\u0121i ta\u2019 Mos\u00e8 fis-sens ta\u2019 kmandamenti, preskrizzjonijiet, u\nordnijiet kienet tispe\u010bifika dawn il-kundizzjonijiet.<\/p>\n\n\n\n<p>Forsi\nnimma\u0121inaw li l-uni\u010bi kundizzjonijiet tal-Patt kienu l-g\u0127axar kmandamenti, imma\ns-sitwazzjoni kienet aktar kumplikata minn hekk.&nbsp; L-g\u0127axar kmandamenti kienu meqjusin b\u0127ala\nl-kundizzjonijiet tal-Patt minn \u017cminijiet antiki,&nbsp; imma matul i\u017c-\u017cminijiet in\u0127ass il-b\u017conn li\nl-kundizzjonijiet tal-Patt ikunu aktar spe\u010bifi\u010bi u dettaljati min\u0127abba li s-sitwazzjoni\ntal-komunit\u00e0 kienet qed tinbidel minn \u017cmien g\u0127al \u017cmien.&nbsp; Fi \u0127dan il-komunit\u00e0 kien hemm mill-bidunett\ngrupp ta\u2019 nies li f\u2019isem Mos\u00e8 setg\u0127u jifformulaw li\u0121ijiet \u0121odda u\njippre\u017centawhom b\u0127ala espressjoni tar-rieda ta\u2019 Alla g\u0127all-komunit\u00e0.&nbsp; Meta kienu jag\u0127mlu hekk l-ideja kienet: kieku\nAlla kellu jag\u0127mel Patt mag\u0127na llum dawn huma l-kmandamenti,\nl-preskrizzjonijiet, u l-ordnijiet li kien jag\u0127ti lil Mos\u00e8 biex jimponihom\nfuqna.&nbsp;&nbsp; Dan il-pro\u010bess ta\u2019 li\u0121ijiet\n\u0121odda li jispe\u010bifikaw il-kundizzjonijiet tal-Patt dam sejjer sekli s\u0127a\u0127, u hekk\nil-Li\u0121i ta\u2019 Mos\u00e8 f\u2019dan is-sens kibret u kbiret.&nbsp;\nIr-ri\u017cultat kien li fil-\u0127afna li\u0121ijiet li llum nsibu fil-kotba\ntal-E\u017codu, Levitiku, Numri u Dewteronomju mhux dejjem hemm koerenza, u n-nies\nkultant kienet issibha diffi\u010bli kif taqbad tag\u0127mel biex toqg\u0127od\ng\u0127all-kundizzjonijiet tal-Patt.<\/p>\n\n\n\n<p>Hu\nx\u2019inhu, g\u0127all-\u0127abta ta tmiem is-seklu erbg\u0127a q.K. dan il-pro\u010bess li ji\u017cdiedu\nli\u0121ijiet ma\u2019 dawk li di\u0121\u00e0 kien hemm intemm darba g\u0127al dejjem.&nbsp; It-test tal-kmandamenti, preskrizzjonijiet, u\nordnijiet kien meqjus sagru, fiss darba g\u0127al dejjem, u \u0127add aktar ma kellu\ns-setg\u0127a j\u017cid jew inaqqas minnu.&nbsp; Biss\nis-sitwazzjoni tal-komunit\u00e0 ma kienitx fissa darba g\u0127al dejjem, baqg\u0127et\ntinbidel, u aktar ma kienet tinbidel aktar kien jin\u0127ass il-b\u017conn li xi \u0127add\njg\u0127id lin-nies kif kellhom jag\u0127mlu \u0127a joqog\u0127du g\u0127all-Li\u0121i.&nbsp; Lejn tmiem it-TQ kien\nhemm img\u0127allmin tal-Li\u0121i li kienu jg\u0127allmu reguli prati\u010bi kif wie\u0127ed g\u0127andu\nj\u0127ares il-Li\u0121i.&nbsp; Dawn it-tradizzjonijiet kienu\nta\u2019 awtorit\u00e0 tant li, b\u0127al-Li\u0121i miktuba, kienu meqjusin daqskieku \u0121ejjin minn\nMos\u00e8 nnifsu.&nbsp; Dawk l-img\u0127allmin li kienu\njg\u0127addu dawn it-tradizzjonijiet kienu jg\u0127idu li meta Mos\u00e9 ta l-Li\u0121i taha mhux\nbiss bil-miktub imma anki bil-kelma tal-fomm, u huma kienu qed ig\u0127allmu dak li\nkien g\u0127allem Mos\u00e8 bil-kelma fomm.&nbsp; G\u0127alhekk\nsa\u0127ansitra \u0120es\u00f9 kien jg\u0127id li biex ig\u0127allmu dawn l-img\u0127allmin kienu joqog\u0127du\nfuq il-katedra ta\u2019 Mos\u00e8 [Mt 23,2], u kienu jg\u0127allmu fl-iskejjel tag\u0127hom u nhar\nta\u2019 Sibt fis-singagoga [Atti 15,21].&nbsp; It-Testment\nil-\u0120did jag\u0127mel allu\u017cjoni g\u0127al dawn it-tradizzjonijiet [Mk 7,3; \u0120w 2,6; Gal\n1,14]. <\/p>\n\n\n\n<p>Dawn it-tradizzjonijiet mhux\ndejjem kienu jaqblu bejniethom, g\u0127ax g\u0127al \u010berti sitwazzjonijiet xi img\u0127allmin\nkienu jg\u0127idu mod u o\u0127rajn kienu jg\u0127idu mod ie\u0127or.&nbsp; Il-ka\u017c klassiku li jsemmih anki t-Testment\nil-\u0120did hu l-ka\u017c tad-divorzju.&nbsp; Fit-Testment\nil-Qadim jing\u0127ad li Mos\u00e8 kien ippermetta d-divorzju, imma ma kienx spe\u010bifika\nliema huma \u010b-\u010birkustanzi fejn hu permess id-divorzju [Dewt 24,1-4].&nbsp; U kien hemm img\u0127allmin li kienu stretti u\nkienu jg\u0127idu li hu permess f\u2019\u010birkustanzi rari, imma kien hemm o\u0127rajn li kienu\naktar liberali u kienu jg\u0127idu li hu permess kwa\u017ci f\u2019kull \u010birkustanza.&nbsp; Il-Fari\u017cej ippruvaw jimplikaw lil \u0120es\u00f9 f\u2019din\nil-kontroversja [Mt 19,3].<\/p>\n\n\n\n<ul><li><strong>\u0120es<\/strong><strong>\u00f9, il-Li<\/strong><strong>\u0121i u\nt-Tradizzjonijiet Tag\u0127ha.<\/strong><\/li><\/ul>\n\n\n\n<p>\u0120es\u00f9 kellu stima kbira tal-Li\u0121i u\nsa \u010bertu punt anki ta\u2019 dak li kienu jg\u0127allmu l-img\u0127allmin tal-Li\u0121i.&nbsp; Kellu stima kbira tal-Li\u0121i g\u0127ax b\u0127all-bqija\ntal-komunit\u00e0 kien jag\u0127raf li biex wie\u0127ed jibqa\u2019 fidil g\u0127all-Patt kien\nne\u010bessarju li wie\u0127ed i\u0127ares il-Li\u0121i.&nbsp;\nBiss, kif naraw aktar \u2019l isfel, b\u0127all-img\u0127allmin tal-Li\u0121i, g\u0127allem kif\nwie\u0127ed g\u0127andu j\u0127arisha.&nbsp; Sa \u010bertu punt kellu\nstima kbira anki g\u0127at-tag\u0127lim li l-img\u0127allmin tal-Li\u0121i dment li dak li kienu\njg\u0127addu kien jirrifletti dak li kien stabilixxa Mos\u00e8.&nbsp; Darba minnhom qal lin-nies, \u201cFuq il-katedra\nta\u2019 Mos\u00e8 qag\u0127du l-kittieba u l-Fari\u017cej.&nbsp;\nMela kulma jg\u0127idulkom huma ag\u0127mluh u \u0127arsuh\u201d [Mt 23,2-3].&nbsp; U fil-Van\u0121elu ta\u2019 dan il-\u0126add jg\u0127id, \u201cJekk xi\n\u0127add i\u0121ib fix-xejn wie\u0127ed mill-i\u017cg\u0127ar minn dawn il-kmandamenti u jg\u0127allem\nlin-nies biex jag\u0127mlu l-istess, dan jissejja\u0127 l-i\u017cg\u0127ar fis-Saltna\ntas-Smewwiet.&nbsp; Imma min i\u0127arishom u\njg\u0127allimhom, dan kbir jissejja\u0127 fis-Saltna tas-Smewwiet\u201d [Mt 5,19].&nbsp; Kellu anqas stima tal-mod kif kienu\njinterpretaw u japplikaw dak li kien stabilixxa Mos\u00e8 [cf. Mt 15,1-20; 16,6;\n19,3-9].&nbsp; Jiddistingwi bejn dak li kien\nstabilixxa Mos\u00e8 u dak li kienu jg\u0127allmu l-img\u0127allmin tal-Li\u0121i.<\/p>\n\n\n\n<p>Fil-Li\u0121i \u0120es\u00f9 jiddistingwi tlett\ntipi ta\u2019 preskrizzjonijiet.&nbsp; L-ewwelnett\nkien hemm dawk il-preskrizzjonijiet li lil dak li jkun kienu <em>jobbligawh<\/em>\njag\u0127mel hekk jew hekk.&nbsp; Per e\u017cempju,\nil-Li\u0121i kienet tobbliga lill-Lhud jag\u0127mlu pellegrina\u0121\u0121 lejn it-Tempju biex\nji\u010b\u010belebraw il-festi prin\u010bipali: G\u0127id [Dewt 16,1-8; Lev 23,5-8], Pentekoste\n[Dewt 16,9-12; Lev 23,15-21; Num 28,26-31], G\u0127erejjex [Dewt 16,13-15; Lev\n23,33-43; Num 29,12-39].&nbsp; Kienet tobbliga\nil-\u0127arsien tal-mistrie\u0127 nhar ta\u2019 Sibt [E\u017c 20,10; Dewt 5,12-15].&nbsp; \u0120es\u00f9 dejjem qag\u0127ad g\u0127al dak li kienet\ntobbliga l-Li\u0121i.<\/p>\n\n\n\n<p>Fil-Li\u0121i kien hemm ukoll serje\nta\u2019 preskrizzjonijiet li lil dak li jkun kien <em>jipprojbulu <\/em>li jag\u0127mel\nhekk jew hekk.&nbsp; Per e\u017cempju, fl-g\u0127axar\nkmandamenti il-Li\u0121i kienet tipprojbixxi il-qtil, l-adulterju, is-serq,\nix-xhieda falza, kull xenqa g\u0127al dak li hu ta\u2019 \u0127addiehor [E\u017c 20,13-17; Dewt\n5,17-21].&nbsp; Anki hawn \u0120es\u00f9 qag\u0127ad g\u0127al dak\nkollu li kienet tipprojbixxi il-Li\u0121i.<\/p>\n\n\n\n<p>Fil-Li\u0121i kien hemm imbag\u0127ad serje\nta\u2019 preskrizzjonijiet li lil dak li jkun <em>jppermettulu <\/em>jag\u0127mel hekk jew\nhekk, u kienu j\u0127allu f\u2019idejh biex jidde\u010biedi x\u2019jag\u0127mel.&nbsp;&nbsp; Il-Li\u0121i ta\u2019 Mos\u00e8 kienet tippermetti li wie\u0127ed ipattieha lil min\njag\u0127milu l-\u0127sara.&nbsp; Din kienet il-<em>lex\ntalionis<\/em>, g\u0127ajn g\u0127al g\u0127ajn u sinna g\u0127al sinna [E\u017c 21,23-25; Lev 24,19-20;\nDewt 19,21].&nbsp; Il-Li\u0121i ta\u2019 Mos\u00e8 kienet\ntippermetti d-divorzju [Dewt 24,1-4].&nbsp; \u0120es\u00f9\n\u0127e\u0121\u0121e\u0121 lil dak li jkun biex ma japprofittax ru\u0127u minn kull ma tippermettilu\nl-Li\u0121i u f\u2019sitwazzjonijiet b\u0127al dawn juri m\u0127abbtu [Mt 5,31-32.38-42; 19,1-9].<\/p>\n\n\n\n<p>Il-fedelt\u00e0 g\u0127all-Li\u0121i ta\u2019 Mos\u00e8 \u0120es\u00f9 riedha tkun espressjoni tal-im\u0127abba lejn Alla u lejn il-proxxmu. Meta darba\nwie\u0127ed mill-img\u0127allmin tal-Li\u0121i staqsieh liema kien l-akbar kmandament \u0120es\u00f9 wie\u0121eb\nli kien il-kmandament tal-im\u0127abba lejn Alla u lejn il-proxxmu [Mt 23,34-40; Mk\n12,28-31; Lq 10,25-28].&nbsp; U dan\nfil-prattika kien ifisser li wie\u0127ed kellu j\u0127ares il-Li\u0121i g\u0127all-im\u0127abba ta\u2019 Alla\nu tal-proxxmu, u jekk wie\u0127ed ma japprofittax ru\u0127u mill-possibilitajiet li\nkienet tag\u0127tih il-Li\u0121i kellu jag\u0127mlu g\u0127all-im\u0127abba t\u2019Alla u tal-proxxmu.&nbsp; U spjega anki x\u2019kien il-kun\u010bett tieg\u0127u ta\u2019\nm\u0127abba.&nbsp; Mhux sempli\u010bement li t\u0127obb lil\nmin i\u0127obbok, imma t\u0127obb lil kul\u0127add, l-aktar lil min hu fil-b\u017conn [Mt 5,38-48].<\/p>\n\n\n\n<p>Ta\u0127t dan l-aspett l-atte\u0121\u0121jament\nta\u2019 \u0120es\u00f9 kien differenti \u0127afna minn dak tal-img\u0127allmin tal-Li\u0121i,\nil-Fari\u017cej.&nbsp; G\u0127alkemm kellu stima kbira\nta\u2019 dak li kienu jg\u0127allmu l-Fari\u017cej \u0127e\u0121\u0121e\u0121 lin-nies biex il-Li\u0121i ma j\u0127arsuhiex\nkif kienu j\u0127arsuha l-Fari\u017cej [Mt 23,3]. &nbsp;&nbsp;Kien hemm ra\u0121unijiet g\u0127aliex \u0120es\u00f9 ma qabilx\nmal-mod kif kienu j\u0127arsuha l-Fari\u017cej, u wa\u0127da minnhom kienet li ma kienux qed\ni\u0127arsuha g\u0127all-im\u0127abba t\u2019Alla u tal-proxxmu imma pjuttost g\u0127all-im\u0127abba tag\u0127hom\ninfushom.&nbsp; Riedu jimpressjonaw lin-nies\nbiex in-nies ikollha stima tag\u0127hom.&nbsp; Kienu\njfittxu l-ewwel postijiet fis-sinagoga u l-og\u0127la postijiet fl-imwejjed, u kienu\njistennew li n-nies isselmilhom b\u2019qima pubblikament u ttiehom it-titlu ta\u2019\nRabbi [Mt 23,5-7].&nbsp; Meta \u0120es\u00f9 tkellem fuq\nl-g\u0127oti tal-karit\u00e0, talb, u sawm fil-mo\u0127bi u mhux g\u0127al g\u0127ajn in-nies b\u0127alma\njag\u0127mlu dawk ta\u2019 wi\u010b\u010b b-ie\u0127or [Mt 6,1-6.16-18] kellu f\u2019mo\u0127\u0127u l-im\u0121ieba ta\u2019 wi\u010b\u010b\nb\u2019ie\u0127or tal-Fari\u017cej [Mt 23,13.15.23.25.27.29].<\/p>\n\n\n\n<ul><li><strong>Il-Knisja&nbsp; u l-Li\u0121i ta\u2019 Mo<\/strong><strong>s\u00e8<\/strong><strong>.<\/strong><\/li><\/ul>\n\n\n\n<p>Dment li l-Van\u0121elu kien imxandar il-Palestina dawk li a\u010b\u010bettawh kienu Lhud;\nkienu j\u0127ossuhom membri tal-komunit\u00e0 Lhudija u kienu j\u0127ossuhom marbutin bil-Li\u0121i\nta\u2019 Mos\u00e8.&nbsp; Kienu ji\u010b\u010belebraw\nl-Ewkaristija g\u0127alihom, imma mal-bqija tal-komunit\u00e0 Lhudija kienu jie\u0127du sehem\nfil-litur\u0121ija tat-tempju u tas-sinagoga.&nbsp;\nIl-Knisja sabet ma\u2019 wi\u010b\u010bha problema kif il-Van\u0121elu \u0121ie mxandar barra\nl-Palestina, l-aktar g\u0127aliex fil-missjoni ta\u2019 Pawlu u Barnaba dawk li a\u010b\u010bettawh\nma kienux ta\u2019 nisel Lhudi.&nbsp; Fil-Knisja\nkien hemm xi nsara ta nisel Lhudi li bdew jit\u0127assbu jekk l-insara li ma kienux\nta\u2019 nisel Lhudi kellhomx joqog\u0127du g\u0127al-Li\u0121i ta\u2019 Mos\u00e8 g\u0127ax dan kien ne\u010bessarju\ng\u0127as-salvazzjoni [Atti 15,1-4].&nbsp; &nbsp;Biex jaffrontaw il-problema fis-sena 49\niltaqa\u2019 l-Kon\u010bilju ta\u2019 \u0120erusalemm ta\u0127t it-tmexxija tal-appostli, li qatg\u0127ha li\nl-insara li ma kienux ta\u2019 nisel Lhudi ma kienux marbutin bil-Li\u0121i ta\u2019 Mos\u00e8\n[Atti 15,7-12].&nbsp; Probabbilment aktar tard\nkien hemm laqg\u0127a o\u0127ra tat-tmexxija ta\u2019 \u0120akbu \u0127u l-Mulej li fformula kriterji li\nkienu jppermettu lill-insara ta\u2019 nisel Lhudi l-insara l-o\u0127ra jiltaqg\u0127u\nbejnietrhom [Atti 15,13-21].<\/p>\n\n\n\n<p>Kien hemm \u017cew\u0121 ra\u0121unijiet li g\u0127alihom il-Kon\u010bilju ta\u2019 \u0120erusalemm \u0127ass li ma\nkellux jimponi l-\u0127arsien tal-Li\u0121i fuq l-insara li ma kienux ta\u2019 nisel\nLhudi.&nbsp; Kien hemm ra\u0121uni ta\u2019 natura\nprattika.&nbsp; Ma kienx se jkun fa\u010bli li\nl-insara li ma kienux ta\u2019 nisel Lhudi imorru \u0120erusalemm biex jie\u0127du sehem\nfil-litur\u0121ija tat-Tempju, aktar u aktar li jit\u0127allew jag\u0127mlu dan mill-Lhud li\nma kienux a\u010b\u010bettaw il-kritjane\u017cimu.&nbsp; Kien\nhemm ukoll ra\u0121uni ta\u2019 natura teolo\u0121ika.&nbsp;\nKien hemm min qed jg\u0127id li s-salvazzjoni l-bniedem jiksibha bl-opri\nskont il-Li\u0121i ta\u2019 Mos\u00e8.&nbsp; Kienu konvinti\nli b\u2019xi mod il-bniedem jista\u2019 jikkundizzjona lil Alla, per e\u017cempju bl-g\u0127oti tal-karit\u00e0,\nbis-sagrifi\u010b\u010bji fit-Tempju, bl-\u0127arsien tal-Li\u0121i.&nbsp; Meta l-bniedem i\u0121ib ru\u0127u hekk Alla jtih dak\nli g\u0127andu b\u017conn, anki s-salvazzjoni.&nbsp; San\nPawl kien jemmen li l-bniedem ma jistax&nbsp;\njikkundizzjona lil Alla, u jekk b\u2019xi mod ja\u0127seb li jista\u2019 jikseb is-salvazzjoni\nbl-osservanza tal-Li\u0121i jkun qed jirrendi inutli l-missjoni ta\u2019 Kristu.&nbsp; Is-salvazzjoni ma jiksibhiex bi dritt, imma\nhi grazzja li Alla ta lill-bniedem fil-missjoni ta\u2019 Kristu.&nbsp; <\/p>\n\n\n\n<p>Il-bniedem jg\u0127ix skont ir-rieda t\u2019Alla g\u0127ax jilqa\u2019 l-grazzja li Alla\noffrielu fil-missjoni ta\u2019 Kristu.&nbsp; Biex\njg\u0127ix skont ir-rieda t\u2019Alla il-bniedem joqg\u0127od g\u0127al \u010berti normi morali, u xi\nw\u0127ud minnhom qeg\u0127din anki fil-Li\u0121i ta\u2019 Mos\u00e8.&nbsp;\nImma nisrani josservahom mhux g\u0127ax qeg\u0127din fil-Li\u0121i ta\u2019 Mos\u00e8, imma\ng\u0127aliex jafhom mit-tradizzjoni nisranija kif tg\u0127allimhom il-Knisja.<\/p>\n\n\n\n<ul><li><strong>Konklu\u017cjoni.<\/strong><\/li><\/ul>\n\n\n\n<p>Kristu kien \u0127e\u0121\u0121e\u0121 lil dawk li jridu jimxu warajh biex ma japprofittawx\nru\u0127hom minn dak li kienet tippermettilhom il-Li\u0121i ta\u2019 Mos\u00e8.&nbsp; L-insara llum mhumiex marbutin bil-Li\u0121i ta\u2019\nMos\u00e8, imma fil-punent qed jg\u0127ixu f\u2019so\u010bjet\u00e0 permissiva, anzi so\u010bjet\u00e0 aktar\npermissiva minn dik tal-komunit\u00e0 Lhudija marbuta bil-Li\u0121i ta\u2019 Mos\u00e8.&nbsp; Is-so\u010bjet\u00e0 o\u010b\u010bidentali llum tippermettilek\ntg\u0127ix kif trid u kif jog\u0127o\u0121bok dment li ma tiksirx il-li\u0121i \u010bivili, u tg\u0127ix kif\ntg\u0127ix illum \u0127add mhu se jg\u0127id bik.&nbsp;\nF\u2019sitwazzjoni b\u0127al din in-nisrani g\u0127andu j\u017comm quddiem g\u0127ajnejh li qabel\nma japprofitta ru\u0127u minn dak li tippermettilu s-so\u010bjet\u00e0 jrid jara jekk hux\nkompatibbli mat-tag\u0127lim ta\u2019 Kristu.&nbsp; Fejn\nmhuwiex kompattibli ma jistax japprofitta ru\u0127u minn dak li tippermettilu\ns-so\u010bjet\u00e0.&nbsp; Fejn hu\nkompattibli jista\u2019 japprofitta ru\u0127u\nmill-possibilitajiet li ttih is-so\u010bjet\u00e0, imma g\u0127andu dejjem ifassal \u0127ajtu fuq il-pre\u010bett tal-im\u0127abba t\u2019Alla u tal-proxxmu.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Dskussjoni dwar il-Litur\u0121ija tas-VI \u0126add tas-Sena [A] Is-Sens tat-Terminu Li\u0121i. Fit-Testment il-\u0120did it-terminu li\u0121i jintu\u017ca f\u2019\u017cew\u0121 sensi differenti.&nbsp; Hemm testi fejn il-Li\u0121i huma kotba tat-Testment il-Qadim [\u0120w 10,34; 12,34; 15,25; <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":2555,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[37],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6274"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=6274"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6274\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":6275,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6274\/revisions\/6275"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/2555"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=6274"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=6274"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=6274"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}