{"id":6290,"date":"2020-02-29T09:53:39","date_gmt":"2020-02-29T08:53:39","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=6290"},"modified":"2020-02-29T09:55:44","modified_gmt":"2020-02-29T08:55:44","slug":"prayer-cafe-il-qrar","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/prayer-cafe-il-qrar\/","title":{"rendered":"Prayer Caf\u00e8: Il-Qrar"},"content":{"rendered":"\n<h5 class=\"wp-block-heading\"><strong>Is-sagrament tal-qrar<\/strong><\/h5>\n\n\n\n<p><strong>X\u2019inhuwa l-qrar? G\u0127alfejn g\u0127andna\nb\u017conn inqerru?<\/strong><\/p>\n\n\n\n<p>Il-qrar huwa s-sagrament li:<\/p>\n\n\n\n<p>a.&nbsp;&nbsp; bih jin\u0127afru d-dnubiet mejta u d-dnubiet\nvenjali;<\/p>\n\n\n\n<p>b.&nbsp;&nbsp; jer\u0121a\u2019\nj\u0127abbibna mill-\u0121did ma\u2019 Alla u mal-Knisja (il-\u0120isem Mistiku ta\u2019 Kristu). M\u2019hemmx komunjoni\nm\u2019Alla jekk m\u2019hemmx komunjoni mal-\u0120isem\nMistiku ta\u2019 Kristu, li hu l-Knisja. Kristu huwa l-Medjatur bejn Alla u\nl-bniedem. A\u0127na\nnie\u0127du sehem\nfil-\u0127ajja\ndivina permezz ta\u2019 Kristu.<\/p>\n\n\n\n<p>c.&nbsp;&nbsp;&nbsp; idewwaqna\nl-\u0127niena t\u2019Alla, biex kif Alla juri \u0127niena mag\u0127na u ja\u0127frilna, a\u0127na n\u0127ennu u\nna\u0127fru lil min jonqosna;<\/p>\n\n\n\n<p>d.&nbsp;&nbsp; jer\u0121a\u2019\njag\u0127tina l-grazzja li nkunu tlifna min\u0127abba d-dnub \u2013 Alla jer\u0121a\u2019 jg\u0127ammar\nfil-qalb tag\u0127na \u2013 jer\u0121a\u2019 jie\u0127u postu fina.<\/p>\n\n\n\n<p>e.&nbsp;&nbsp; jag\u0127tina l-qawwa u l-grazzji li ne\u0127tie\u0121u biex intejbu l-\u0127ajja tag\u0127na.<\/p>\n\n\n\n<div class=\"wp-block-image\"><figure class=\"alignright is-resized\"><img decoding=\"async\" loading=\"lazy\" src=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2020\/02\/confessione-243x300.jpg\" alt=\"\" class=\"wp-image-6292\" width=\"490\" height=\"605\" srcset=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2020\/02\/confessione-243x300.jpg 243w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2020\/02\/confessione-768x948.jpg 768w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2020\/02\/confessione.jpg 800w\" sizes=\"(max-width: 490px) 100vw, 490px\" \/><figcaption>Fondazione Cariplo \/ CC BY-SA (https:\/\/creativecommons.org\/licenses\/by-sa\/3.0)<\/figcaption><\/figure><\/div>\n\n\n\n<p><strong>X\u2019g\u0127andi\nnag\u0127mel biex nag\u0127raf dnubieti?<\/strong><\/p>\n\n\n\n<p>a.&nbsp;&nbsp; Nitlob\nl-g\u0127ajnuna t\u2019Alla biex idawwalli mo\u0127\u0127i u qalbi \u0127alli nara u nag\u0127raf dnubieti;<\/p>\n\n\n\n<p>b.&nbsp;&nbsp; Nag\u0127raf\nfiex inqast mill-qima tieg\u0127i lejn Alla u fiex inqast milli nag\u0127mel il-\u0121id lill-o\u0127rajn:<\/p>\n\n\n\n<p>i.&nbsp;&nbsp;&nbsp; bil-\u0127sieb;<\/p>\n\n\n\n<p>ii.&nbsp;&nbsp; bil-kliem;<\/p>\n\n\n\n<p>iii.&nbsp;&nbsp; bil-g\u0127emil;<\/p>\n\n\n\n<p>iv.&nbsp;&nbsp; g\u0127ax ma g\u0127amiltx dak li kelli nag\u0127mel.<\/p>\n\n\n\n<p>c.&nbsp;&nbsp;&nbsp; Nara\nliema kmandamenti ma \u0127aristx: fiex inqast mill-\u0121ustizzja lejn Alla u lejn\nl-o\u0127rajn;<\/p>\n\n\n\n<p>d.&nbsp;&nbsp; Inqabbel\n\u0127ajti mat-tag\u0127lim u l-\u0127ajja ta\u2019 \u0120esu\u2019, jien u nistaqsi:<\/p>\n\n\n\n<p>i.&nbsp;&nbsp;&nbsp; \u010aekkint\nlili nnifsi? Kont ta\u2019 servizz g\u0127all-\u0121id tal-o\u0127rajn? \u0126add \u0127sieb ta\u2019 min hu\nmwarrab, mag\u0127kus u mkassbar? \u0126adt \u0127sieb il-morda? \u0120ibt ru\u0127i mal-midinbin b\u0127al\n\u0120esu\u2019? G\u0127amilt sagrifi\u010b\u010bji\ng\u0127all-\u0121id tal-o\u0127rajn? Qalbi kemm hi marbuta mal-<em>mobile<\/em>, mat-TV, mal-flus, mal-partiti politi\u010bi? Kif nu\u017ca l-flus, l-affarijiet u\nl-\u0127in?<\/p>\n\n\n\n<p>ii.&nbsp;&nbsp; Kieku \u0120esu\u2019 kien minfloki x\u2019kien jag\u0127mel? <\/p>\n\n\n\n<p>ii.&nbsp;&nbsp; Qed nara lil \u0120esu\u2019 fl-o\u0127rajn?<\/p>\n\n\n\n<p>iii.&nbsp;&nbsp; Nara fiex inqast fl-im\u0127abba lejn Alla u lejn\nil-proxxmu.<\/p>\n\n\n\n<p>e.&nbsp;&nbsp; Inqabbel\n\u0127ajti mat-tag\u0127lim tal-Knisja (l-applikazzjoni tat-Tag\u0127lim t\u2019Alla fid-dinja\ntal-lum).<\/p>\n\n\n\n<p>f.&nbsp;&nbsp;&nbsp; Nistaqsi\nwkoll: <\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; i.&nbsp;&nbsp;&nbsp; Kif in\u0121ib ru\u0127i d-dar? <\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; ii.&nbsp;&nbsp; Kif in\u0121ib ru\u0127i mal-\u0127bieb? Nurihom rispett?\nNipprova nkun \u0127abib ta\u2019 kul\u0127add? Meta jwe\u0121\u0121g\u0127uni nkun lest li na\u0127frilhom? \u0120ieli\npattejthielhom? \u0120ieli qag\u0127dt nifta\u0127ar u nigdeb biex ni\u0121bed l-attenzjoni fuqi? <\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp; iv.&nbsp;&nbsp; Kif in\u0121ib ru\u0127i m\u2019Alla u fil-Knisja? Nitlob?\nNimpennja ru\u0127i fil-Knisja? Nie\u0127u sehem fil-quddiesa tal-\u0126add? Immur inqerr ta\u2019\nspiss? Kemm hu g\u0127al qalbi Alla? Kemm hu g\u0127al qalbi li nitg\u0127allem dwar Alla u\nl-\u0127ajja Nisranija? <\/p>\n\n\n\n<p><strong>X\u2019inhi l-indiema?<\/strong><\/p>\n\n\n\n<p>a.&nbsp;&nbsp; L-indiema\ntirreferi g\u0127al meta jiddispja\u010bini\nminn dnubieti g\u0127ax bihom nonqos lil Alla li tant i\u0127obbni li ming\u0127ajr ma\njist\u0127oqqli ta \u0127ajtu g\u0127alija u g\u0127all-bnedmin kollha biex je\u0127lisna proprju\nmid-dnub. L-indiema tfisser ukoll li jiddispja\u010bini g\u0127all-\u0127sara li nkun g\u0127amilt lill-o\u0127rajn. <\/p>\n\n\n\n<p>b.&nbsp;&nbsp; Biex\ninkun nista\u2019 nindem, l-ewwel irrid nag\u0127raf\nil-\u0127a\u017cin li nkun g\u0127amilt.<\/p>\n\n\n\n<p>c.&nbsp;&nbsp;&nbsp; L-indiema\ntitlob minni rieda li nag\u0127mel \u0127ilti kollha biex ma ner\u0121ax nidneb.<\/p>\n\n\n\n<p>d.&nbsp;&nbsp; L-indiema\nm\u2019hijiex sempli\u010bement sens ta\u2019 \u0127tija\njew jiddispja\u010bini g\u0127ax miniex ra\u0121el\/mara\ntajjeb\/tajba daqs kemm nixtieq. <\/p>\n\n\n\n<p><strong>G\u0127alfejn\nl-indiema?<\/strong><\/p>\n\n\n\n<p>a.&nbsp;&nbsp; L-indiema\ntift\u0127ilna qalbna biex nilqg\u0127u l-ma\u0127fra t\u2019Alla.<\/p>\n\n\n\n<p>b.&nbsp;&nbsp; Alla\nm\u2019g\u0127andux b\u017conn l-indiema tag\u0127na biex ja\u0127frilna. Huwa a\u0127na li g\u0127andna b\u017conn\nnindmu biex nilqg\u0127u l-ma\u0127fra tieg\u0127u.<\/p>\n\n\n\n<p>c.&nbsp;&nbsp;&nbsp; Alla,\nmin-na\u0127a tieg\u0127u, ja\u0127frilna qabel ma nindmu, qabel ma nitolbuh ma\u0127fra.<\/p>\n\n\n\n<p>d.&nbsp;&nbsp; L-ebda\ndnub, gravi kemm hu gravi ma jista\u2019 jnaqqas bi ftit l-im\u0127abba t\u2019Alla g\u0127alina.\nId-dnub jag\u0127laq lil qalbna g\u0127al Alla u mhux lil Alla g\u0127alina.<\/p>\n\n\n\n<p><strong>L-im<\/strong><strong>\u0127<\/strong><strong>abba t\u2019Alla g<\/strong><strong>\u0127<\/strong><strong>alina<\/strong><\/p>\n\n\n\n<ul><li>L-im\u0127abba t\u2019Alla g\u0127alina (g\u0127al kull bniedem) hija infinita u ma tinbidel\nqatt. <\/li><li>Jekk nassumu, biex niftehmu, li l-im\u0127abba t\u2019Alla hija 100, jien ma nista\u2019\nnag\u0127mel xejn\nla biex in\u017cidha\nu lanqas biex innaqqasha. <ul><li>L-ebda\ndnub, kbir kemm hu kbir, mhu se jnaqqas l-im\u0127abba t\u2019Alla (minn 100 ti\u0121i 99) u <\/li><\/ul><ul><li>l-ebda\nopra tajba, qaddisa kemm hi qaddisa, mhi ser i\u017c\u017cid l-im\u0127abba t\u2019Alla g\u0127alina (minn 100 ti\u0121i 101). <\/li><\/ul><\/li><li>Alla j\u0127obbna g\u0127ax a\u0127na\nbnedmin, indipendentement minn g\u0127emilna.\n<\/li><li>L-g\u0127emil tajjeb jift\u0127ilna qalbna biex nilqg\u0127u l-im\u0127abba t\u2019Alla g\u0127alina u l-g\u0127emil \u0127a\u017cin (id-dnub) jag\u0127lqilna qalbna biex nilqg\u0127uha. <\/li><li>L-g\u0127emil tajjeb jew \u0127a\u017cin\nbidla fina j\u0121ib\nu mhux f\u2019Alla. A\u0127na\nma nistg\u0127ux\ninbiddlu lil Alla.<\/li><\/ul>\n\n\n\n<p><strong>Kif\nnistqarr id-dnubiet?<\/strong><\/p>\n\n\n\n<p>a.&nbsp;&nbsp; Wara\nli nag\u0127raf dnubieti, g\u0127andi nistqarrhom quddiem is-sa\u010berdot b\u2019qalb umli u\nniedma.<\/p>\n\n\n\n<p>b.&nbsp;&nbsp; M\u2019hemmx\ng\u0127alfejn nirrakkontaw stejjer, qisna rridu ni\u0121\u0121ustifikaw lilna nnfusna.<\/p>\n\n\n\n<p>c. &nbsp;&nbsp; Wisq\ninqas g\u0127andna nqerru d-dnubiet ta\u2019 \u0127addie\u0127or jew nilg\u0127abuha tal-vittmi.<\/p>\n\n\n\n<p>d.&nbsp;&nbsp; Qatt\nu qatt m\u2019g\u0127andna noqg\u0127odu nifta\u0127ru b\u2019kemm a\u0127na bravi.<\/p>\n\n\n\n<p><strong>Hemm\nma\u0127fra tad-dnubiet barra mis-sagrament tal-qrar?<\/strong><\/p>\n\n\n\n<p>a.&nbsp;&nbsp; Is-sagrament\nper e\u010b\u010bellenza g\u0127all-ma\u0127fra tad-dnubiet huwa l-mag\u0127mudija, li fih jin\u0127afer\nid-dnub tan-nisel u d-dnubiet li nkunu g\u0127amilna qabel il-mag\u0127mudija. It-trabi\nma jkollhomx dnubiet personali.<\/p>\n\n\n\n<p>b.&nbsp;&nbsp; Bis-sagrament\ntal-qrar jin\u0127afru d-dnubiet personali, kemm id-dnubiet mejta u kemm dawk\nvenjali. <\/p>\n\n\n\n<p>i.&nbsp;&nbsp;&nbsp; Fil-qrar\ng\u0127andna l-obbligu li nqerru d-dnubiet mejta u m\u0127e\u0121\u0121in inqerru wkoll id-dnubiet\nvenjali.<\/p>\n\n\n\n<p>ii.&nbsp;&nbsp; Biex\nil-qrara tkun valida, min iqerr irid ikun nidem minn dnubietu. Jekk min iqerr\nma jindimx, anke jekk is-sa\u010berdot jag\u0127tih l-assoluzzjoni (g\u0127ax ma jistax jara\nx\u2019hemm f\u2019qalb il-bniedem), il-qrara ma tg\u0127oddx.<\/p>\n\n\n\n<p>c.&nbsp;&nbsp;&nbsp; Waqt\nis-sagrifi\u010b\u010bju\ntal-quddiesa, b\u2019mod partikolari fl-att penitenzjali, jin\u0127afru d-dnubiet\nvenjali. Anke f\u2019dan il-mument wie\u0127ed irid jag\u0127raf dnubietu u jindem minnhom\nbiex jin\u0127afru.<\/p>\n\n\n\n<p>d.&nbsp;&nbsp; Sagrament\nie\u0127or li ja\u0127fer id-dnubiet huwa l-Gri\u017cma tal-morda. Jekk wie\u0127ed hu marid u ma\njistax iqerr jew hu mitluf minn sensieh, imma meta kien f\u2019sensieh dejjem wera\nx-xewqa li jqerr, l-Gri\u017cma tal-morda ta\u0127fer id-dnubiet mejta u venjali.<\/p>\n\n\n\n<p>e.&nbsp;&nbsp; Id-dnubiet venjali\njin\u0127afru wkoll bl-opri tal-\u0127niena, bil-penitenzi, bis-sawm u bis-sagrifi\u010b\u010bji.<\/p>\n\n\n\n<p><strong>Dnubiet\nmejta u dnubiet venjali<\/strong><\/p>\n\n\n\n<p><strong>X\u2019inhuwa\nd-dnub?<\/strong><\/p>\n\n\n\n<p>a.&nbsp;&nbsp; Id-dnub\nhuwa kull forma ta\u2019 offi\u017ca lil Alla: kull \u0127a\u0121a\nli ma taqbilx mal-\u0127ajja t\u2019Alla. Id-dnub jissejja\u0127 dnub g\u0127ax jag\u0127mel \u0127sara lilna\nu lill-o\u0127rajn.<\/p>\n\n\n\n<p>b.&nbsp;&nbsp; Id-dnubiet\njinqassmu fi tnejn:<\/p>\n\n\n\n<p>i.&nbsp;&nbsp;&nbsp; id-dnub ori\u0121inali\/tan-nisel;<\/p>\n\n\n\n<p>ii.&nbsp;&nbsp; id-dnub personali \u2013 dak li nag\u0127mlu a\u0127na, li\njinqassmu fi tnejn:<\/p>\n\n\n\n<ol><li>id-dnubiet\nmejta \u2013 li jifirduna minn Alla, min\u0127abba l-gravita\u2019 tag\u0127hom;<\/li><li>id-dnubiet\nvenjali \u2013 li jbeg\u0127duna minn Alla.<\/li><\/ol>\n\n\n\n<p><strong>Distinzzjoni bejn id-dnub u l-<\/strong><strong>\u0127<\/strong><strong>tija:<\/strong><\/p>\n\n\n\n<ul><li>Id-dnub huwa l-<strong>g<\/strong><strong>\u0127<\/strong><strong>emil<\/strong>\njew nuqqas ta\u2019 g\u0127emil.\nL-g\u0127emil\njista\u2019 jkun bil-\u0127sieb\nu bil-kliem ukoll. Wara kull g\u0127emil\nhemm xi \u0127add\nli jag\u0127mlu.<\/li><li>Il-<strong>\u0127<\/strong><strong>tija<\/strong> tad-dnub tiddependi mill-intenzjoni ta\u2019 min\nqed jag\u0127mel l-g\u0127emil u mi\u010b-\u010birkustanzi\nli jinsab fihom.<\/li><li>Jista\u2019 jkun hemm id-dnub ming\u0127ajr il-\u0127tija, kif ukoll \u0127tija ming\u0127ajr dnub.<\/li><li>E\u017cempju: Jien kont qed insuq b\u2019attenzjoni kbira\nu bil-g\u0127aqal. I\u017cda f\u2019daqqa wa\u0127da \u0127ari\u0121li wie\u0127ed u \u0121ie\nta\u0127t ir-roti\nu miet. Jien ma kelli l-ebda intenzjoni noqtlu u min-na\u0127a tieg\u0127i ma kontx qed insuq bit-traskura\u0121\u0121ni. Il-qtil (l-g\u0127emil) huwa dejjem dnub. Imma f\u2019dan\nil-ka\u017c jien\nm\u2019iniex \u0127ati\ntal-qtil, g\u0127ax\njien kont qed insuq g\u0127all-affari\ntieg\u0127i biex\nnasal id-dar (intenzjoni). Il-proxxmu li tajjart \u0127are\u0121\nbl-addo\u010b\u010b u sab ru\u0127u ta\u0127t il-karozza tieg\u0127i (\u010birkustanzi).<\/li><li>Kif\nqed naraw g\u0127andna\n<strong>l-g<\/strong><strong>\u0127<\/strong><strong>emil fih innifsu<\/strong> li l-moralita\u2019 tieg\u0127u (jekk hux tajjeb jew \u0127a\u017cin) ma jiddependix minn min jag\u0127mlu, imma minnu nnifsu, b\u0127alma hu l-qtil.<\/li><li>G\u0127andna <strong>l-intenzjoni<\/strong>, li tiddependi minn min jag\u0127mel l-g\u0127emil \u2013 g\u0127andha x\u2019taqsam mal-\u0127tija (i\u017c\u017cid u tnaqqas il-\u0127tija)<\/li><li>G\u0127andna <strong>\u010b-\u010birkustanzi<\/strong>,\nli wkoll inaqqsu jew i\u017cidu l-\u0127tija. Kull min ja\u0121ixxi huwa dejjem f\u2019\u010birkustanzi\npartikolari.<\/li><\/ul>\n\n\n\n<p><strong>G\u0127alfejn \u010bertu dnubiet jissej\u0127u\ndnubiet mejta?<\/strong><\/p>\n\n\n\n<p>a.&nbsp;&nbsp; Biex\nin\u0127arsu l-\u0121id tag\u0127na u tal-o\u0127rajn, il-\u0127ajja tag\u0127na trid issir tixbah lill-\u0127ajja\nt\u2019Alla, ji\u0121ifieri g\u0127andna n\u0121ibu ru\u0127na mal-o\u0127rajn, bl-istess mod kif Alla j\u0121ib\nru\u0127u mag\u0127na: kif Alla j\u0127obbna, hekk a\u0127na g\u0127andna n\u0127obbu lil xulxin.<\/p>\n\n\n\n<p>b.&nbsp;&nbsp; Bid-dnubiet\nmejta mhux talli ma nixbhuhx lil Alla talli proprju nag\u0127mlu l-kuntrarju. Meta\nl-\u0127ajja t\u2019Alla, l-im\u0127abba t\u2019Alla, ma tkunx fina, \u0127ajjitna tispi\u010b\u010ba ming\u0127ajr\nil-\u0127ajja t\u2019Alla. F\u2019dan is-sens dawn id-dnubiet jissej\u0127u dnubiet mejta, g\u0127ax\nAlla, l-g\u0127ajn tal-\u0127ajja, ma jg\u0127ixx aktar fina \u2013 inke\u010b\u010buh \u2018il barra minn qalbna.<\/p>\n\n\n\n<p><strong>Liema huma d-dnubiet mejta?<\/strong><\/p>\n\n\n\n<p>a.&nbsp;&nbsp; Kull dnub direttament kontra Alla huwa dnub\nmejjet: <\/p>\n\n\n\n<p>i.&nbsp;&nbsp;&nbsp; Meta\nn\u0127alli xi \u0127a\u0121a o\u0127ra tie\u0127u post Alla f\u2019qalbi, b\u0127al per e\u017cempju, l-flus,\nix-xog\u0127ol, ix-xalar, il-politika, l-isports, il-hobbies, e\u010b\u010b. Meta na\u0127sbu u nemmnu li dawn kollha\nhuma aktar importanti minn Alla fil-\u0127ajja tag\u0127na. Meta g\u0127al dawn l-affarijiet\nlesti li nag\u0127mlu kollox u kull sagrifi\u010b\u010bju\nu g\u0127al Alla n\u0121ibu kull sku\u017ca imma\u0121inabbli. Meta nsibu \u010bans g\u0127al kollox u qatt\nma nsibu \u010bans g\u0127all-quddies tal-\u0126add, g\u0127at-talb u biex ng\u0127ix il-\u0127ajja\nNisranija. Meta ni\u010b\u0127du\nl-e\u017cistenza t\u2019Alla; jkollna sentimenti ta\u2019 mibeg\u0127da lejn Alla, ni\u010b\u0127du l-fidi Kattolika, bil-kliem u\nbl-g\u0127emil. Dawn huma dnubiet kontra l-ewwel kmandament; <\/p>\n\n\n\n<p>ii.&nbsp;&nbsp; meta\nnwa\u0127\u0127al f\u2019Alla jew nakku\u017ca lil Alla ta\u2019 xi \u0127sara jew g\u0127aw\u0121 li nkun g\u0127addej\nminnu, id-dag\u0127a, kif ukoll dnubiet o\u0127ra kontra t-tieni kmandament; <\/p>\n\n\n\n<p>iii.&nbsp;&nbsp; meta\nma nie\u0127ux sehem fis-sagrifi\u010b\u010bju\ntal-quddiesa fil-\u0126dud u l-festi kmandati, g\u0127ax nuri ingratitudni gravi lejn\nAlla li ta \u0127ajtu g\u0127alija fuq is-salib, ji\u0121ifieri id-dnubiet kontra t-tielet\nkmandament.<\/p>\n\n\n\n<p>b.&nbsp;&nbsp; Dnubiet\ngravi lejn l-o\u0127rajn: mibeg\u0127da, egoi\u017cmu (na\u0127seb biss fija nnifsi u ma\njinteressanix minn \u0127addie\u0127or), il-kattiverja, nixtieq id-deni lil \u0127addie\u0127or,\nil-vjolenza, ir-razzi\u017cmu, ng\u0127ajjar u noffendi bi \u0127dura, il-qtil, l-g\u0127ira,\nir-reg\u0127ba u l-kilba g\u0127all-flus, dejjem irrid u mo\u0127\u0127ni biex inkun a\u0127jar minn\n\u0127addier\u0127or, is-serq, is-suppervja, l-arroganza u l-gideb gravi. L-isfruttament\ntal-\u0127addiema \/ impjegati jew meta niskartaw minn fuq ix-xog\u0127ol, nie\u0127du\nmill-Istat, mill-flus tal-poplu, dak li ma jist\u0127oqqilnniex, ma n\u0127allsux\nit-taxxi, bla ebda ra\u0121uni, meta nserr\u0127u fuq dahar \u0127addie\u0127or u napprofittaw\nmill-\u0121enero\u017cita\u2019 tag\u0127hom, qerq gravi, meta nissfruttaw lil \u0127addie\u0127or\ng\u0127all-pja\u010bir sesswali, kemm fi\u017c-\u017cwie\u0121 u kemm barra \u017c-\u017cwie\u0121, meta l-\u0121enituri ma\njrabbux sew \u2018l-ulied u jkunu ta\u2019 e\u017cempju \u0127a\u017cin g\u0127alihom.<\/p>\n\n\n\n<p>c.&nbsp;&nbsp;&nbsp; Biex\nikun hemm \u0127tija\nta\u2019 dnub mejjet, je\u0127tie\u0121 li ji\u0121u m\u0127arsa dawn il-kundizzjonijiet:<\/p>\n\n\n\n<p>i.&nbsp;&nbsp;&nbsp; li\njkun <strong>g\u0127emil gravi<\/strong>, ji\u0121ifieri ssir\n\u0127sara kbira lil \u0127addie\u0127or u ssir in\u0121ustizzja kbira lejn Alla: i\u010b-\u010birkustanzi\njistg\u0127u jiggravaw jew inaqqsu l-gravita\u2019;<\/p>\n\n\n\n<p>ii.&nbsp;&nbsp; <strong>min\njag\u0127mlu jkun jaf x\u2019inhu jag\u0127mel<\/strong>;<\/p>\n\n\n\n<p>iii.&nbsp;&nbsp; <strong>irid\njag\u0127mlu b\u2019rieda s\u0127i\u0127a<\/strong>.<\/p>\n\n\n\n<p>d.&nbsp;&nbsp; Id-dnub\nmejjet jeqred fina l-im\u0127abba u jifridna minn Alla.<\/p>\n\n\n\n<p><strong>Id-dnubiet\nvenjali<\/strong><\/p>\n\n\n\n<p>a.&nbsp;&nbsp; Id-dnubiet\nvenjali: wie\u0127ed ma jfittixhomx u lanqas biss iridhom imma min\u0127abba stress,\nl-g\u0127ejja, dg\u0127ufija u \u010birkustanzi simili jaqa\u2019 fid-dnub.<\/p>\n\n\n\n<p><strong>Il-kuxjenza<\/strong><\/p>\n\n\n\n<ul><li>Il-kuxjenza m\u2019hijiex l-opinjoni\ntieg\u0127i, kif na\u0127sibha jien jew g\u0127ax jien hekk nemmen.<\/li><li>Il-kuxjenza hija l-vu\u010bi t\u2019Alla fil-qalb\ntal-bniedem. <\/li><li>It-tag\u0127lim t\u2019Alla u tal-Knisja idawwal qalb u mo\u0127\u0127 il-bniedem biex jag\u0127raf x\u2019inhu s-sewwa u xi\njrid Alla fis-sitwazzjoni partikolari li jinsab fiha. <\/li><\/ul>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Is-sagrament tal-qrar X\u2019inhuwa l-qrar? G\u0127alfejn g\u0127andna b\u017conn inqerru? Il-qrar huwa s-sagrament li: a.&nbsp;&nbsp; bih jin\u0127afru d-dnubiet mejta u d-dnubiet venjali; b.&nbsp;&nbsp; jer\u0121a\u2019 j\u0127abbibna mill-\u0121did ma\u2019 Alla u mal-Knisja (il-\u0120isem Mistiku <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":6291,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[37],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6290"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=6290"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6290\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":6294,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6290\/revisions\/6294"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/6291"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=6290"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=6290"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=6290"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}