{"id":6298,"date":"2020-03-04T14:33:32","date_gmt":"2020-03-04T13:33:32","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=6298"},"modified":"2020-03-04T14:33:35","modified_gmt":"2020-03-04T13:33:35","slug":"l-ekumenizmu-fil-hajja-tal-knisja","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/l-ekumenizmu-fil-hajja-tal-knisja\/","title":{"rendered":"L-EKUMENI\u017bMU FIL-\u0126AJJA TAL-KNISJA"},"content":{"rendered":"\n<p><\/p>\n\n\n\n<p>Il-laqg\u0127a&nbsp;bdiet&nbsp;bit-Talba&nbsp;tal-Moviment.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>L-Ekumeni\u017cmu&nbsp;fil-\u0126ajja&nbsp;tal-Knisja&nbsp;hu r-relazzjoni&nbsp;bejn&nbsp;il-Knisja&nbsp;Kattolika&nbsp;u&nbsp;knejjes&nbsp;o\u0127ra. Hu&nbsp;parti&nbsp;mportanti&nbsp;mill-missjoni&nbsp;tal-Knisja&nbsp;li&nbsp;twassal&nbsp;il-Kelma&nbsp;ta&#8217;&nbsp;\u0120esu&#8217;&nbsp;bil-kliem&nbsp;u bl-g\u0127emejjel. L-ekumeni\u017cmu&nbsp;hu li l-Knisja&nbsp;tpo\u0121\u0121i&nbsp;fil-prattika&nbsp;dak&nbsp;li&nbsp;qal&nbsp;\u0120esu&#8217;: &#8220;Nitlob&nbsp;li&nbsp;jkunu&nbsp;lkoll&nbsp;\u0127a\u0121a&nbsp;wa\u0127da&#8221;.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>\u0120esu&#8217;&nbsp;waqqaf&nbsp;knisja&nbsp;wa\u0127da,&nbsp;imma&nbsp;tul&nbsp;il-medda&nbsp;tas-sekli&nbsp;qamu&nbsp;firdiet&nbsp;kbar&nbsp;u&nbsp;serji.&nbsp;&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Il-kelma&nbsp;Ekumeni\u017cmu&nbsp;tfisser&nbsp;dak&nbsp;kollu&nbsp;li&nbsp;g\u0127andu&nbsp;x&#8217;jaqsam&nbsp;ma&#8217;&nbsp;relazzjoni&nbsp;bejn&nbsp;insara&nbsp;ta&#8217;&nbsp;knejjes&nbsp;differenti,&nbsp;imma&nbsp;mhux&nbsp;reli\u0121jonijiet&nbsp;o\u0127ra,&nbsp;b\u0127al&nbsp;Mussulmani,&nbsp;Buddisti,&nbsp;et\u010b. L-insara&nbsp;huma&nbsp;kollha&nbsp;membri&nbsp;tal-istess&nbsp;reli\u0121jon&nbsp;Kristjana&nbsp;&#8211;&nbsp;huma&nbsp;lkoll&nbsp;mg\u0127ammdin&nbsp;f&#8217;isem&nbsp;it-Trinita&#8217;,&nbsp;g\u0127andhom&nbsp;l-istess&nbsp;Bibbja,&nbsp;jemmnu&nbsp;f&#8217;\u0120esu&#8217;&nbsp;Kristu,&nbsp;ji\u010b\u010belebraw&nbsp;l-istess&nbsp;festi&nbsp;kbar. Dawn&nbsp;huma&nbsp;l-Kattoli\u010bi, l-Insara&nbsp;Ortodosi&nbsp;u l-Insara&nbsp;Protestanti.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Mela&nbsp;\u0120esu&#8217;&nbsp;waqqaf&nbsp;Knisja&nbsp;wa\u0127da,&nbsp;imma&nbsp;ma\u017c-\u017cmien&nbsp;se\u0127\u0127ew&nbsp;xi&nbsp;firdiet.&nbsp;Fis-sena&nbsp;1054&nbsp;saret&nbsp;dik&nbsp;bejn&nbsp;il-Knisja&nbsp;ta&#8217; Ruma u&nbsp;dik&nbsp;Ortodossa, meta l-Papa&nbsp;skomunika&nbsp;lill-Partijarka&nbsp;ta&#8217;&nbsp;Kostantinopli&nbsp;fuq&nbsp;xi&nbsp;twemmin&nbsp;u&nbsp;tag\u0127lim. Din l-iskomunika&nbsp;tne\u0127\u0127iet&nbsp;fl-1967 mill-Papa&nbsp;Pawlu&nbsp;VI. Il-firda&nbsp;se\u0127\u0127et&nbsp;ukoll&nbsp;min\u0127abba&nbsp;kwistjoni&nbsp;ta&#8217;&nbsp;u\u017canzi,&nbsp;tal-mod&nbsp;kif&nbsp;ji\u010b\u010belebraw&nbsp;il-Litur\u0121ija.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Firda&nbsp;o\u0127ra&nbsp;kbira&nbsp;se\u0127\u0127et&nbsp;fis-seklu&nbsp;sittax&nbsp;&#8211;&nbsp;dik&nbsp;ta&#8217;&nbsp;Luteru. Il-Knisja&nbsp;kienet&nbsp;g\u0127addejja&nbsp;minn&nbsp;\u017cminijiet&nbsp;diffi\u010bli,&nbsp;kien&nbsp;hemm&nbsp;affarijiet&nbsp;li ma&nbsp;kinux&nbsp;qed&nbsp;isiru&nbsp;sew. Kien&nbsp;hemm&nbsp;xewqa&nbsp;g\u0127al&nbsp;riforma. Dil-firda&nbsp;xterdet&nbsp;\u0127afna&nbsp;u&nbsp;malajr&nbsp;peress&nbsp;li&nbsp;kienet&nbsp;di\u0121a&nbsp;\u0121iet&nbsp;ivvintata&nbsp;il-printing press (Gutenburg). Dak li&nbsp;qal&nbsp;Luteru&nbsp;nxtered&nbsp;malajr&nbsp;u n-nies&nbsp;bdiet&nbsp;tmur&nbsp;favur&nbsp;jew&nbsp;kontra&nbsp;l-Papa.&nbsp;Kieku&nbsp;kien&nbsp;hemm&nbsp;veru&nbsp;djalogu,&nbsp;kieku&nbsp;l-firda&nbsp;ma&nbsp;kinitx&nbsp;tikber&nbsp;u&nbsp;sse\u0127\u0127.&nbsp;Luteru&nbsp;kellu&nbsp;lista&nbsp;ta&#8217; 95&nbsp;nuqqasijiet,&nbsp;fosthom&nbsp;dik&nbsp;tal-bejg\u0127&nbsp;tal-indul\u0121enzi.&nbsp;Minn&nbsp;kwistjoni&nbsp;reli\u0121ju\u017ca&nbsp;saret&nbsp;ukoll&nbsp;wa\u0127da&nbsp;politika&nbsp;&#8211;&nbsp;ir-reli\u0121jon&nbsp;tieg\u0127ek&nbsp;trid&nbsp;tkun&nbsp;skond&nbsp;dik&nbsp;tas-sultan&nbsp;jew&nbsp;prin\u010bep&nbsp;tieg\u0127ek.&nbsp;Qamu&nbsp;wkoll&nbsp;gwerer&nbsp;kbar&nbsp;min\u0127abba&nbsp;f&#8217;hekk.&nbsp;Wa\u0127da&nbsp;minnhom&nbsp;damet&nbsp;sejra&nbsp;30&nbsp;sena&nbsp;&#8211;&nbsp;bejn&nbsp;1618 u 1648.&nbsp;Mietu&nbsp;mijiet&nbsp;ta&#8217;&nbsp;eluf&nbsp;ta&#8217;&nbsp;nies.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Mela&nbsp;g\u0127andna&nbsp;Knisja&nbsp;b&#8217;diversi&nbsp;firdiet. Fl-1910&nbsp;saret&nbsp;konferenza&nbsp;missjunarja&nbsp;f&#8217;Edinburgh,&nbsp;fl-Iskozja,&nbsp;fost&nbsp;xi&nbsp;knejjes&nbsp;Protestanti.&nbsp;Iddiskutew&nbsp;kif&nbsp;kienu&nbsp;qed&nbsp;jevan\u0121elizzaw&nbsp;fl-artijiet&nbsp;tal-Imperu&nbsp;Ngli\u017c. Kien&nbsp;hemm&nbsp;ix-xewqa&nbsp;ta&#8217;&nbsp;g\u0127aqda&nbsp;bejniethom. Dil-konferenza&nbsp;\u0127alliet&nbsp;\u010bertu&nbsp;mpatt,&nbsp;imma&nbsp;kienet&nbsp;biss&nbsp;fost&nbsp;il-Protestanti. Xi&nbsp;g\u0127axar&nbsp;snin&nbsp;wara&nbsp;anke&nbsp;l-Ortodossi&nbsp;wrew&nbsp;ix-xewqa&nbsp;li&nbsp;jitkellmu&nbsp;mal-Protestanti&nbsp;biex&nbsp;jibdew&nbsp;ja\u0127dmu&nbsp;g\u0127all-g\u0127aqda&nbsp;fost&nbsp;l-Insara.&nbsp;B&#8217;hekk&nbsp;twieled&nbsp;il-Moviment&nbsp;Ekumeniku,&nbsp;imma&nbsp;l-Knisja&nbsp;Kattolika&nbsp;ma&nbsp;kinitx&nbsp;g\u0127adha&nbsp;nvoluta.&nbsp;Infatti&nbsp;kien&nbsp;hemm&nbsp;anke&nbsp;l-Projbizzjoni:&nbsp;Kattoli\u010bi&nbsp;ma&nbsp;setg\u0127ux&nbsp;jid\u0127lu&nbsp;fi&nbsp;knejjes&nbsp;Protestanti.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Kien&nbsp;il-Papa&nbsp;\u0120wanni&nbsp;Pawlu&nbsp;XXIII li&nbsp;qal&nbsp;li&nbsp;rridu&nbsp;na\u0127dmu&nbsp;g\u0127all-g\u0127aqda&nbsp;tal-knejjes.&nbsp;Minn&nbsp;snin&nbsp;qabel&nbsp;kien&nbsp;di\u0121a&nbsp;predispost&nbsp;g\u0127al&nbsp;din&nbsp;il-\u0127a\u0121a. Meta&nbsp;kien&nbsp;Nunzju&nbsp;fil-Bulgarija,&nbsp;pajji\u017c&nbsp;Ortodoss,&nbsp;g\u0127amel&nbsp;\u0127bieb&nbsp;mal-isqfijiet&nbsp;Ortodossi. L-istess&nbsp;g\u0127amel&nbsp;meta&nbsp;kien&nbsp;Nunzju&nbsp;fit-Turkija, fil-Gre\u010bja&nbsp;u&nbsp;f&#8217;Pari\u0121i. Kien&nbsp;jitaqa&#8217;&nbsp;mag\u0127hom&nbsp;u&nbsp;jg\u0127inhom. Ried&nbsp;jg\u0127annaq&nbsp;lil&nbsp;kul\u0127add.&nbsp;Permezz&nbsp;tieg\u0127u, id-djalogu&nbsp;beda&nbsp;jsir&nbsp;possibbli.&nbsp;&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Wie\u0127ed&nbsp;mill-g\u0127anijiet&nbsp;tal-Kon\u010bilju&nbsp;Vatican II&nbsp;kien&nbsp;li l-knisja&nbsp;ta\u0127dem&nbsp;g\u0127all-g\u0127aqda&nbsp;fost&nbsp;l-Insara, u&nbsp;b&#8217;hekk&nbsp;da\u0127let&nbsp;f&#8217;dan&nbsp;il-Moviment&nbsp;Ekumeniku.&nbsp;Infatti&nbsp;hemm&nbsp;dokument&nbsp;&#8220;Biex l-G\u0127aqda&nbsp;Ter\u0121a&#8217;&nbsp;SSe\u0127\u0127&nbsp;mill-\u0120did&#8221;. Dan&nbsp;\u0121iet&nbsp;ppublikat&nbsp;fis-sena&nbsp;1964.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Il-Moviment Ekumeniku li beda fl-1910 kompla jinfirex. Fl-1948 twaqqaf il-Kunsill Dinji tal-Knejjes &#8211; &#8220;World Council of Churches&#8221; &#8211; li wkoll kien qed ja\u0127dem g\u0127al dan il-g\u0127an &#8211; l-g\u0127aqda fost l-insara. Il-Knisja Kattolika mhix membru s\u0127i\u0127, imma osservatur. Pero&#8217; xorta tag\u0127ti sehem importanti fil-\u0127idma tieg\u0127u. Il-Knisja Kattolika mhix membru s\u0127i\u0127 min\u0127abba kwistjoni ta&#8217; min hu knisja u min mhux. Biex ikun hemm knisja irrid ikun hemm struttura. Fost il-Protestanti hemm min tilef is-su\u010b\u010bessjoni appostolika. G\u0127andhom ministers u pastors imma mhux qassisin. Tilfu l-Ewkaristija u s-Sa\u010berdozju. Allura jid\u0127ol id-dibattitu: dawn veru knejjes? Il-Kon\u010bilju Vatikan II jitkellem dwar knejjes u komunitajiet ekklesjali &#8211; g\u0127andhom aspetti ta&#8217; knisja imma m&#8217;g\u0127andhomx il-\u0121erarkija &#8211; isqfijiet, sa\u010berdoti u djakni. Allura mhumiex knejjes fil-veru sens tal-kelma.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Luteru, li kien studju\u017c u \u0127assieb, \u0127a s-silta tal-ewwel ittra ta&#8217; San Pietru: &#8220;Intom sa\u010berdozju qaddis&#8221;. Tkellem dwar is-sa\u010berdozju komuni tal-fidili. A\u0127na, bil-mag\u0127mudija, ir\u010bevejna s-sa\u010berdozju universali tal-fidili, imma mnhux dak ministerjali. Li \u0121ara hu li Luteru \u0127adu fl-estrem u hemm \u017cbalja. Allura bdew jag\u0127\u017clu minn fosthom nies biex jippriedkaw, imexxu komunita&#8217;. Bdew anke jag\u0127mlu \u010berimonji simili tal-ordinazzjoni.&nbsp;&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Meta fl-1967 il-Ppapa Pawlu VI iltaqa&#8217; mal-Ar\u010bisqof ta&#8217; Canterbury, Michael Ramsay, dan kien tah i\u010b-\u010burkett tieg\u0127u. Il-Papa kien qed jirrikonoxxi li dan l-Ar\u010bisqof, g\u0127alkemm mifrud, kellu rwol fil-Knisja Anglikana &#8211; tmexxija, sej\u0127a minn Alla, imexxi t-talb.&nbsp;&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Il-Papa Fran\u0121isku, biex jikkommemora il-50 sena minn din il-laqg\u0127a, g\u0127amel servizz ekumeniku u lilll-Ar\u010bisqof ta&#8217; Canterbury, Justin Welby, tah kopja tal-baklu tal-Papa Girgor il-Kbir. Dan, fi \u017cmien is-seklu sitta, kien bag\u0127at il-missjunarji Benedittini fl-Ingilterra biex jevan\u0121elizzaw. B&#8217;dan il-\u0121est il-Papa qisu qed jirrikonoxxi ir-rwol ta&#8217; tmexxija.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>L-Ekumeni\u017cmu hu dawk l-isforzi kollha li jsiru biex l-insara jersqu lejn xulxin. Illum ersaqna \u0127afna, g\u0127alkemm m&#8217;a\u0127niex mag\u0127qudin. G\u0127alhekk ma nistg\u0127ux nag\u0127mlu l-Ewkarisitja flimkien, imma talb flimkien g\u0127all-g\u0127aqda jista&#8217; jsir. Infatti sar servizz ta&#8217; Ras ir-Randan bejn Kattoli\u010bi u Protestanti flimkien &#8211; i\u010b-\u010berimonja tal-irmied. Kienet xi \u0127a\u0121a li lill-Protestanti mpressjonathom \u0127afna.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Hemm diversi tipi ta&#8217; Ekumeni\u017cmu. Hemm l-<strong>Ekumeni\u017cmu Spiritwali&nbsp;<\/strong>&#8211; li nitolbu flimkien, nisimg\u0127u l-kelma t&#8217;Alla flimkein, inkantaw flimkien.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Hemm l-<strong>Ekumeni\u017cmu fuq livell uman<\/strong>. Per e\u017cempju, issir taf li l-\u0121ara tieg\u0127ek hi membru ta&#8217; knisja o\u0127ra. Titkellem mag\u0127ha, ssaqsija fuq il-knisja tag\u0127ha, tkellimha fuq il-festi tag\u0127na. Ta\u0127seb f&#8217;dak li jkun, i\u017cur fl-isptar, tg\u0127in. B&#8217;hekk jibdew jaqg\u0127u l-\u0127itan.&nbsp;&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Hemm&nbsp;<strong>Ekumeni\u017cmu Dottrinali<\/strong>. Dawn ikunu esperti, teolo\u0121i li jiltaqg\u0127u biex jiddiskutu su\u0121\u0121etti partikolari. Jissej\u0127u djalogi bilaterali.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Hemm l-<strong>Ekumeni\u017cmu So\u010bjali<\/strong>. Isiriu inizzjattivi bejn Kattoli\u010bi, Ortodossi u Protestanti biex jg\u0127inu l-istess g\u0127an, l-istess kaw\u017ca \u0121usta, kemm f&#8217;Malta u kemm barra. Kull meta jsir servizz ekumeniku issir \u0121abra li tmur g\u0127al g\u0127an wie\u0127ed. Din is-sena marret g\u0127at-terremotati tal-Albanija. Issir ukoll \u0127idma ta&#8217; twinning, per e\u017cempju, bejn djo\u010besi Kattolika u o\u0127ra Ortodossa.&nbsp;&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Hemm ukoll l-Ekumeni\u017cmu tad-Demm &#8211; tal-Martri. \u0126afna nies mietu martri g\u0127ax kienu Nsara, jemmnu fi Kristu, imma mhux ne\u010bessarjament Kattoli\u010bi. Id-demm tal-martri t\u0127allat u l-Papa jg\u0127id li b&#8217;hekk di\u0121a hemm l-g\u0127aqda. E\u017cempju ta&#8217; dawn huma l-Martri tal-Uganda. (1887).&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>(Hawnhekk saru xi mistoqsijiet)&nbsp;&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Meta tid\u0127ol \u0121o knisja Protestanta tista&#8217; titqarben?&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Tista&#8217; tid\u0127ol fi knisja Protestanta imma ma tistg\u0127ax titqarben. Ghalkemm hemm similjanzi mal-quddiesa tag\u0127na, g\u0127ad m&#8217;hemmx g\u0127aqda. Tista&#8217; titlob, tista&#8217; titla biex tir\u010bievi barka. Mhux kwistjoni li titla titqarben biex ma turtax lil dak li jkun. Dawn huma jifhmuha M&#8217;g\u0127andniex nag\u0127tu sinjal ta&#8217; xi \u0127a\u0121a li a\u0127na m&#8217;a\u0127niex, g\u0127ax hemm il-firda. Huma ma jemmnux fil-Pre\u017cenza Reali, jew li nbidlet is-sustanza. F&#8217;ka\u017c ta&#8217; emer\u0121enza biss tista&#8217; per e\u017cempju tqerr fi Knisja Ortodossa&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Il-Papa \u0120wanni Pawlu II kien qal: &#8220;Hemm b\u017conn li nsibu mezz kif nistg\u0127u nistudjaw flimkien, a\u0127na u l-Orotdossi, kif jien nista&#8217; ne\u017cer\u010bita r-rwol tieg\u0127i b\u0127ala Isqof ta&#8217; Ruma&#8221;. Il-Papa Fran\u0121isku, l-ewwel darba li deher fil-pubbliku, qal li hu l-Isqof ta&#8217; Ruma. Din lill-Ortodossi g\u0127o\u0121bithom \u0127afna. Infatti l-Patijarka mar personali g\u0127a\u010b-\u010berimonja tal-Papa.&nbsp;&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Fil-bidu tal-Knisja kien hemm \u0127ames patrijarkati &#8211; Ruma, Lixandra, Kostantinopli, \u0120erusalemm u Antijokja. Dak ta&#8217; Ruma kellu r-rwol l-iktar importanti.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Dwar il-mi\u0121ja tal-Papa f&#8217;Malta, donnu li dan qed i\u017cur il-postijiet tal-periferija. Hemm min semma l-emigranti, anke min\u0127abba li t-tema &#8220;U laqg\u0127una bi \u0127lewwa liema b\u0127ala ssemmiet diversi drabi.&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Il-laqg\u0127a g\u0127alqet bit-Talba tal-Missierna.&nbsp;<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a&nbsp;bdiet&nbsp;bit-Talba&nbsp;tal-Moviment.&nbsp; L-Ekumeni\u017cmu&nbsp;fil-\u0126ajja&nbsp;tal-Knisja&nbsp;hu r-relazzjoni&nbsp;bejn&nbsp;il-Knisja&nbsp;Kattolika&nbsp;u&nbsp;knejjes&nbsp;o\u0127ra. Hu&nbsp;parti&nbsp;mportanti&nbsp;mill-missjoni&nbsp;tal-Knisja&nbsp;li&nbsp;twassal&nbsp;il-Kelma&nbsp;ta&#8217;&nbsp;\u0120esu&#8217;&nbsp;bil-kliem&nbsp;u bl-g\u0127emejjel. L-ekumeni\u017cmu&nbsp;hu li l-Knisja&nbsp;tpo\u0121\u0121i&nbsp;fil-prattika&nbsp;dak&nbsp;li&nbsp;qal&nbsp;\u0120esu&#8217;: &#8220;Nitlob&nbsp;li&nbsp;jkunu&nbsp;lkoll&nbsp;\u0127a\u0121a&nbsp;wa\u0127da&#8221;.&nbsp; \u0120esu&#8217;&nbsp;waqqaf&nbsp;knisja&nbsp;wa\u0127da,&nbsp;imma&nbsp;tul&nbsp;il-medda&nbsp;tas-sekli&nbsp;qamu&nbsp;firdiet&nbsp;kbar&nbsp;u&nbsp;serji.&nbsp;&nbsp; Il-kelma&nbsp;Ekumeni\u017cmu&nbsp;tfisser&nbsp;dak&nbsp;kollu&nbsp;li&nbsp;g\u0127andu&nbsp;x&#8217;jaqsam&nbsp;ma&#8217;&nbsp;relazzjoni&nbsp;bejn&nbsp;insara&nbsp;ta&#8217;&nbsp;knejjes&nbsp;differenti,&nbsp;imma&nbsp;mhux&nbsp;reli\u0121jonijiet&nbsp;o\u0127ra,&nbsp;b\u0127al&nbsp;Mussulmani,&nbsp;Buddisti,&nbsp;et\u010b. L-insara&nbsp;huma&nbsp;kollha&nbsp;membri&nbsp;tal-istess&nbsp;reli\u0121jon&nbsp;Kristjana&nbsp;&#8211;&nbsp;huma&nbsp;lkoll&nbsp;mg\u0127ammdin&nbsp;f&#8217;isem&nbsp;it-Trinita&#8217;,&nbsp;g\u0127andhom&nbsp;l-istess&nbsp;Bibbja,&nbsp;jemmnu&nbsp;f&#8217;\u0120esu&#8217;&nbsp;Kristu,&nbsp;ji\u010b\u010belebraw&nbsp;l-istess&nbsp;festi&nbsp;kbar. Dawn&nbsp;huma&nbsp;l-Kattoli\u010bi, l-Insara&nbsp;Ortodosi&nbsp;u l-Insara&nbsp;Protestanti.&nbsp; Mela&nbsp;\u0120esu&#8217;&nbsp;waqqaf&nbsp;Knisja&nbsp;wa\u0127da,&nbsp;imma&nbsp;ma\u017c-\u017cmien&nbsp;se\u0127\u0127ew&nbsp;xi&nbsp;firdiet.&nbsp;Fis-sena&nbsp;1054&nbsp;saret&nbsp;dik&nbsp;bejn&nbsp;il-Knisja&nbsp;ta&#8217; Ruma u&nbsp;dik&nbsp;Ortodossa, meta l-Papa&nbsp;skomunika&nbsp;lill-Partijarka&nbsp;ta&#8217;&nbsp;Kostantinopli&nbsp;fuq&nbsp;xi&nbsp;twemmin&nbsp;u&nbsp;tag\u0127lim. Din l-iskomunika&nbsp;tne\u0127\u0127iet&nbsp;fl-1967 mill-Papa&nbsp;Pawlu&nbsp;VI. Il-firda&nbsp;se\u0127\u0127et&nbsp;ukoll&nbsp;min\u0127abba&nbsp;kwistjoni&nbsp;ta&#8217;&nbsp;u\u017canzi,&nbsp;tal-mod&nbsp;kif&nbsp;ji\u010b\u010belebraw&nbsp;il-Litur\u0121ija.&nbsp; Firda&nbsp;o\u0127ra&nbsp;kbira&nbsp;se\u0127\u0127et&nbsp;fis-seklu&nbsp;sittax&nbsp;&#8211;&nbsp;dik&nbsp;ta&#8217;&nbsp;Luteru. Il-Knisja&nbsp;kienet&nbsp;g\u0127addejja&nbsp;minn&nbsp;\u017cminijiet&nbsp;diffi\u010bli,&nbsp;kien&nbsp;hemm&nbsp;affarijiet&nbsp;li ma&nbsp;kinux&nbsp;qed&nbsp;isiru&nbsp;sew. Kien&nbsp;hemm&nbsp;xewqa&nbsp;g\u0127al&nbsp;riforma. Dil-firda&nbsp;xterdet&nbsp;\u0127afna&nbsp;u&nbsp;malajr&nbsp;peress&nbsp;li&nbsp;kienet&nbsp;di\u0121a&nbsp;\u0121iet&nbsp;ivvintata&nbsp;il-printing press <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":1954,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[37],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6298"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=6298"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6298\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":6299,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6298\/revisions\/6299"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/1954"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=6298"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=6298"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=6298"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}