5 Aside Football Tournament b’riżq il-Creche tas-Sorijiet Ursulini
Kemm hija sabiħa l-għaqda bejn il-bnedmin, kemm fix-xogħol u kemm fid-divertiment. Iżjed u iżjed meta l-għan prinċipali huwa li ngħinu lil ħaddiehor. Il-Papa Franġisku f’din is-sena tal-ħniena jħeġġiġna kemm bil-kliem u kemm bl-azzjoni biex inkunu l-idejn u s-saqajn ta’ Ġesu’ Kristu f’din id-dinja. Fil-fatt Kristu jagħmila ċara li aħna l-insara għandna nkunu d-dawl u l-melħ tad-dinja.
Għalhekk il-Moviment Kerygma ha jorganizza festa ta Football. Waqt li nieħdu pjacir nilgħabu, ningħaqdu wkoll bħala familja waħda ħalli l-qligħ li jsir minn din l-attivita jmur għal min hu fil-bżonn. Ġesu’ Kristu dejjem jgħallimna biex naħsbu fuq min hu inqas ixxurtjat minnha. Is-Solidarjeta li nuru ma min hu batut hija l-qofol tal-Vangelu u tal-ħajja nisranija tagħna.
Allavolja fuq bażi ta’ solidarjeta; it-tournament fih innifsu huwa professjonali. Fil-fatt ħa nimxu fuq regoli ġenerali tal 5 aside. Ha jkun hemm ukoll fejn jinxtara ikel u xorb. Wieħed anke jista jġib il-familja tiegħu ħalli nifirħu lkoll flimkien. Ħa jkun hemm abbundanza ta’ grawnds fejn jintlagħab il-logħob. Ejjew ħa nagħmlu din il-maratona ta’ Football success u fl-istess ħin nieħdu pjacir flimkien. Narawkom!
GĦAL AKTAR INFORMAZZJONI U FORMOLA AGĦFAS HAWN!