Il-Moviment Kerŷgma huwa Moviment Dumnikan ta’ lajċi rġiel u nisa ta’ etàjiet varji; minn tfal sa adulti, affiljat mal-Provinċja Dumnikana Maltija. Il-Moviment jaħdem skont l-għan tiegħu biex jaħdem “għal-impenn Kristjan fis-soċjeta” u jxandar il-bxara t-tajba fost id-diversi fergħat tiegħu. l-Moviment Kerŷgma, fl-inizzjattivi u l-ħidmiet tiegħu dejjem jaħdem f’għaqda sħiħa kif ispirat fit-Talba tal-Moviment
“Spirtu s-Santu nitolbuk tinżel fina,
biex turina xi trid minna,
sabiex b’għemilna u ħidmietna
inwasslu l-bxara t-tajba
fl-ambjent ta’ madwarna.
Dawlilna moħħna
biex nagħrfu nimpenjaw ruħna
bħala nsara fis-soċjetà.
Bierek il-ħidma tagħna,
ibqa’ magħna,
sabiex aħna nkunu strumenti
tal-Bxara t-Tajba.”
biex turina xi trid minna,
sabiex b’għemilna u ħidmietna
inwasslu l-bxara t-tajba
fl-ambjent ta’ madwarna.
Dawlilna moħħna
biex nagħrfu nimpenjaw ruħna
bħala nsara fis-soċjetà.
Bierek il-ħidma tagħna,
ibqa’ magħna,
sabiex aħna nkunu strumenti
tal-Bxara t-Tajba.”