“Bena daru fuq il-blat.”
Il-grupp ‘Teens 4 Jesus’ huwa fergħa mill-Moviment Kerygma li tagħti spazju lil adoloxxenti biex jikbru b’mod soċjali fuq valuri nsara. Dan nagħmluh billi norganizzaw il-‘Jesus Party’ kull xahar, u issa, anke ser jibda jkun hemm attivitajiet oħra, bħal live-ins, hikes, tournaments u iktar! Dak huwa l-ikbar aspett soċjali meta tħares lejn it-T4J. Iżda kif għidna, dan huwa mibni fuq il-valuri nsara, u kull nhar ta’ Ġimgħa fis-7pm niltaqgħu biex flimkien niddiskutu l-fidi tagħna, nwieġbu dawk il-mistoqsijiet li tant hemm bżonn li fis-soċjeta tal-lum nweġbuhom, niskopru l-Kelma ta’ Alla u nitolbu – dan kollu ma nagħmluhx b’mod individwali, iżda bħala familja, komunita’. Il-qofol ta’ kollox huwa t-talb u l-binja spiritwali tagħna, u b’hekk barra il-Ġimgħa, ma nonqsux wkoll milli norganizzaw attivitajiet oħra ta’ talb, quddies u faith forums.
Nistiednu lilek u lil ħbieb tiegħek, biex tiġu flimkien u tingħaqdu magħna f’din l-esperjenza ta’ fidi li qegħdin nagħmlu flimkien.
Nistennewk!
U qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu.” Mark 16, 15
il-Missjoni Tagħna
- Inkunu ta inkoraġiment għaż-żgħażagħ biex isaħħu r-relazzjoni ma’ Alla
- Ninvolvu liż-żġħażaġħ bi stejjer u attivitajiet dwar Alla
- Nagħtu opportunita’ liż-żgħażaġħ tal-lum biex ikunu katalisti għat-tiġdid tad-dinja ta’ għada
- Nippridkaw, ngħallmu u mmexxu liż-żgħażagħ lejn Alla
- Inħeġġu li-żgħażagħ jgħixu ħajjithom għal-Ġesù
- Inservu lill-adoloxxenti u żgħażagħ, li huma muġugħha emozzjonalment minħabba problemi mal-familja, l-iskola, il-komunità jew magħhom infushom
- Nkunu xhieda tal-prinċipji nsara kull fejn immorru
- Nibnu lilna nfusna aħjar, fuq il-blat mhux fuq ir-ramel