Il-grupp l-Kids 4 Jesus hu parti mill-Moviment Kerygma. F’Kids 4 Jesus, aħna t-tfal ta’ bejn 5 u 10 snin, niltaqgħu flimkien biex insiru nafu iktar dwar Ġesu u nsiru nħobbuh iktar. Niltaqgħu kull nhar ta’ Ġimgħa bejn is-7pm u t-8pm fiċ-Ċentru Kulturali Kerygma, ir-Rabat. Il-laqgħat ivarjaw minn diskussjonijiet, videos, stejjer, kant, tpinġijiet, krafts u talb flimkien. Ikollna wkoll mumenti fejn insiru nafu iktar lil xulxin u nikbru flimkien , kif ukoll sorpriżi oħra.
Jekk tixtieq tkun magħna, nistidnuk biex tiġi nhar il-Ġimgħa fis-7pm!
Mission statement
- Aħna t-tfal ilkoll speċjali! Insiru iktar speċjali meta nkunu ħbieb ta’ Ġesu u nsiru nafu iktar dwaru.
- Bħalissa aħna qed nibnu l-karattru tagħna u f’K4J qed niskopru kwalitajiet tajbin biex nikbru f’persuni sħaħ u ferħanin.
- F’K4J nitgħallmu kif dawn il-kwalitajiet sbieħ nistgħu nipprattikawhom fl-ambjenti kollha tagħna: id-dar, l-iskola u kull fejn inkunu.
- Dawn il-virtujiet ma jfissrux biss li nagħmlu xi ħaġa tajba, imma li nagħtu l-aħjar tagħna nfusna.
- F’K4J nemmnu li waqt li nkunu qed nipprattikaw dawn il-virtujiet, qed inħallu effett fuq il-familja tagħna, fuq sħabna u kull fejn inkunu. Lilna t-tfal, Ġesu jagħtina grazzji speċjali waqt li nkunu qed niffurmaw il-karattru tagħna.
- Meta nkunu mdawwrin b’messaġġi pożittivi u meta ningħataw għajnuna kif se niskopru u nipprattikaw dawn il-virtujiet, se nersqu iktar qrib Ġesu u nibnu l-karattru tagħna ibbażat fuq l-imħabba.