Il-Presepju fil-Kunvent fuq Radju RTK 103FM
Wieħed ser ikun jista jsegwi iktar informazzjoni dwar Il-Presepju fil-Kunvent nhar it-Tnejn, 9 ta’ Diċembru fuq il-programm Kaskata Kulturali, ippreżentat minn Joyce Grech u li ser jixxandar fuq Radju RTK, 103FM, fit-3.05 ta’ wara nofsinhar. Sarah u Antoine Barbara, li huma l-moħħ wara l-kors ta’ bini ta’ presepji u l-wirja tal-presepji mibnija waqt l-istess kors, kienu mistiedna waqt il-programm u intervistati minn Ms Grech dwar din il-wirja, li ser tittella fiċ-Ċentru Kulturali Kerŷgma, fil-Kunvent tal-Patrijiet Dumnikani, fir-Rabat.
- Joyce Grech
L-intervista sħiħa tistgħu tisimgħuha hawn:
Segwu il-programm KASKATA KULTURALI kull nhar ta’ Tnejn u Ħamis fit 3.05pm,kull nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Ħamis fit-3.05pm, li jkollu ripetizzjoni fl-istess ġurnata fl-10.25pm.