Riflessjonijiet wara l-Irtir tal-Avvent
Dawn huma xi riflessjonijiet għall-Avvent:
Trid tiddeċiedi li tħobb u timxi wara Ġesù kuljum. In-natura tagħna mhix inklinata li tadura lil krejatur tagħna għax ħafna drabi, id-dnub jieħu l-kontroll ta’ ħajjitna.
Ippjana l-ħin tat-talb għax inkella ssib li l-ġurnata għaddiet u ma tkunx sibt ħin tagħmel kuntatt mal-Mulej Alla tiegħek.
Sib/agħmel ħin għat-talb kuljum.
Itlob l-ewwel ħaġa filgħodu – ddedika l-ewwel mumenti tal-ġurnata lil Mulej.
Għid il-Missierna u agħmel is-sinjal tas-salib malli tqum.
Aqra l-Bibbja u ikteb l-esperjenza tiegħek ta’ kuljum/fil-ġimgħa mal-Mulej fil-ħajja tiegħek. Wara ftit taż-żmien int u terġa’ taqra dawn in-noti tinduna fejn wasalt fil-mixja spiritwali tiegħek – kemm kbirt fil-ħajja spiritwali tiegħek.
Il-ferħ tal-Vanġelu jimlielek qalbek, għaddieh lil oħrajn. Forsi dawk stess li jgħixu qribek qatt ma esperjenzaw dan il-ferħ li ssib BISS fil-Vanġelu.
Ħafna jesperjenzaw lil Alla f’ħajjithom, bħal qamar il-għasel: il-paċi u l-kapaċità li tifhem min hu Alla tassew għalik.
Sib qassis li jmexxik fil-qrar. Ħafna jsibuha diffiċli biex iqerru dnubiethom.Mhix faċli li titbattal minn dak li hu l-aktar intimu ġewwa fik. Agħmel appuntament kull xahar biex tqerr biex żgur ma titraskurax il-qrar. Huwa mument ta’ grazzja speċjali.
Fittex lil xi ħadd spiritwali biex jimxi miegħek il-mixja tal-fidi – biex jifhmek, jappoġjak, jinkoraġġik u jisimek.
Involvi lilek nnifsek f’servizz. Agħmel affarijiet zgħar għall-oħrajn fil-knisja tiegħek. Agħti ftit minn dak li tak il-Mulej.
Meta taqa’ fid-dnub, qum u kompli għaddej. Inti jistħoqqlok għaliex Ġesù xtara is-salvazzjoni tiegħek billi miet fuq is-salib.
Billi timxi wara Ġesù ma jfissirx li qatt m’int ser tirrabja, li m’intix se ssoffri, jew li m’intix se tidneb …imma dan iseħħ meta inti tħobb lil Ġesù aħseb u ara kieku ma tħobbux!!
Tqarben kuljum jekk ikun possibli. Il-qawwa li nirċievu minn Ġesù hi esperjenza ta’ bidla f’ħajjitna.Huwa mirkalu li jseħħ kuljum u li nistgħu nkunu parti minnu, jekk nagħmlu ħin għalih.
Ħajja spiritwali mingħajr talb hi bħal vanġelu mingħajr Ġesu!
Qtigħ il-qalb ma jiġi qatt minn Alla. Offri l-qtigħ il-qalb u l-għejja lilu.
Aħna Kristjani b’missjoni……