Il-Milied it-Tajjeb
Għeżież,
F’isem l-Eżekuttiv tal-Moviment Kerŷgma nixtiequ nieħdu din l-opportunita’ sabiex fl-aħħar ta’ din is-sena nirringrazzjaw lil dawk kollha li b’xi mod taw is-sehem tagħhom sabiex il-Moviment Kerŷgma rnexxielu jorganizza bosta attivitajiet ta’ evangelizzazzjoni u ta’ fund-raising b’suċċess. Bħala Moviment irnexxielna wkoll niġbru €1000 fi flus li offrejna lill- Creche tal-Ursolini nhar it-8 ta’ Diċembru, f’jum il-Moviment. Grazzi mill-qalb talli żżommu dan il-Moviment ħaj bit-talb u l-kontribut li intom tagħtu.
Nawguraw lilkom, lill-familja u lill-ħbieb tagħkom, Milied hieni mimli ferħ, hena u paċi li jaf jagħti biss Ġesu’ Bambin u li dan l-awguri tibqa’ magħkom tul is-sena l-ġdida.
Inwegħdukom it-talb tagħna!
Bernice Micallef
President